LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 7/1 p. 13
  • Kont taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Imtieħen li Jipprovdulna l-Ħobża taʼ Kuljum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Int Theżhiżhom Snienek?
    Stenbaħ!—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 7/1 p. 13

KONT TAF?

Kif kienu jintużaw l-​imtieħen tal-​idejn fi żmien il-​qedem?

L-​imtieħen tal-​idejn kienu jintużaw biex il-​qamħ jintaħan fi dqiq biex isir il-​ħobż. L-​użu taʼ mtieħen bħal dawn kien parti mix-​xogħol taʼ kuljum tan-​nisa jew tal-​qaddejja taʼ prattikament kull dar. Il-​ħoss tat-​tħin kien assoċjat mal-​ħajja taʼ kuljum fi żmien il-​qedem.—Eżodu 11:5; Ġeremija 25:10.

Artefatt Eġizzjan taʼ persuna titħan fuq mitħna tal-idejn

Artefatti mill-​Eġittu tal-​qedem juru l-​proċess. Il-​qamħ kien jitpoġġa fuq wiċċ taʼ ġebla orizzontali kemm kemm imħaffra fit-​tond, li kienet tifforma l-​mitħna. It-​taħħan kien joqgħod għarkopptejh quddiem il-​mitħna u b’idejh it-​tnejn jaqbad ġebla tat-​tħin iżgħar, li kienet titmexxa ’l quddiem u lura fuq il-​wiċċ orizzontali biex jintaħan il-​qamħ. Skont sors wieħed, ġebla taʼ fuq bħal din ġeneralment kienet tiżen bejn 2 u 4 kilogrammi. Kieku kellha tintuża bħala arma, ġebla bħal din setgħet tkun qattiela.—Imħallfin 9:50-​54.

It-​tħin taċ-​ċereali tant kien essenzjali għall-​benesseri tal-​familja li l-​Bibbja pprojbiet li tinħataf ġebla taʼ mitħna bħala rahan. “Ħadd m’għandu jaħtaf bħala rahan mitħna taʼ l-​idejn jew il-​ġebla taʼ fuq tagħha, għaliex ikun qed jaħtaf ruħ bħala rahan,” jgħid Dewteronomju 24:6.

Għal xiex tirreferi l-​espressjoni “fi ħdan”?

L-appostlu Ġwanni fi ħdan Ġesù fl-aħħar Qbiż

Il-Bibbja tgħid li Ġesù qiegħed “fi ħdan” il-​Missier. (Ġwanni 1:18) Din l-​espressjoni tirreferi għall-​intimità u l-​approvazzjoni partikulari li għandu Ġesù maʼ Alla. Dan il-​kliem jirreferi għall-użanza li l-​Lhud segwew huma u jieklu.

Fi żmien Ġesù, il-​Lhud imteddew fuq divani mdawrin madwar il-​mejda tal-​ikel. Ir-​ras taʼ kull min ikun qed jiekol kienet in-​naħa tal-​mejda u saqajh ’l hemm minnha, waqt li kellu s-​sapport taʼ kuxin taħt minkbu tax-​xellug. Din il-​pożizzjoni ħallietlu driegħu l-​leminija libera. Ladarba dawk li jkunu qed jieklu jkunu mimdudin fuq in-​naħa x-​xellugija taʼ ġenbhom, wieħed maġenb l-​ieħor, “ras raġel minnhom kienet maġenb sider ir-​raġel li kien mimdud warajh,” jispjega sors wieħed, “u b’hekk, kien jingħad dwaru li ‘hu mimdud fi ħdan’ l-​ieħor.”

Li tkun mimdud fi ħdan il-​kap taʼ familja jew taʼ dak li jkun stiednek għal festa kien kunsidrat bħala unur jew privileġġ kbir. Għalhekk, fl-​aħħar Qbiż taʼ Ġesù, kien id-​dixxiplu li ‘Ġesù kien iħobb,’ l-​appostlu Ġwanni, li kien fi ħdan Ġesù. Ġwanni b’hekk setaʼ “ntelaq lura fuq sider Ġesù” biex jistaqsih mistoqsija.—Ġwanni 13:23-25; 21:20.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja