LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 5/1 pp. 12-16
  • Nikxfu lir-“Raġel taʼ Bla Liġi”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nikxfu lir-“Raġel taʼ Bla Liġi”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Obbligati li Jħobbu lill-​Oħrajn
  • Nikxfu lir-​Raġel taʼ Bla Liġi
  • Għala Tant Qawwi?
  • Il-Ġudizzju t’Alla Kontra “Ir-Raġel taʼ Bla Liġi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Nidentifikaw lir-“Raġel taʼ Bla Liġi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Kristu Bagħad in-Nuqqas taʼ Ħarsien tal-Liġi—Hekk Tagħmel Int?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Qima Approvata minn Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 5/1 pp. 12-16

Nikxfu lir-​“Raġel taʼ Bla Liġi”

“Oħorġu minnha, poplu tiegħi, jekk ma tridux tieħdu sehem magħha fi dnubietha, u jekk ma tridux tirċievu parti mill-​kastigi tagħha.”−RIVELAZZJONI 18:4.

1, 2. (a) Ir-​raġel taʼ bla liġi kif jistaʼ jiġi identifikat? (b) X’inhi l-​ħarsa t’Alla dwar dawk li jistqarru li qed jaqduh iżda li huma ħatja tad-​demm? (Mattew 7:2l-23)

IL-​KELMA t’Alla ħabbret il-​miġja taʼ “raġel taʼ bla liġi.” Hija ħabbret ukoll li dan l-​element taʼ bla liġi kellu jiġi ‘mwarrab min-​nofs u jinġab fix-​xejn’ mill-​Esekutur tas-​sema t’Alla, Kristu Ġesù. (2 Tessalonkin 2:3-8) Kif urew l-​artiLli taʼ qabel, dak ir-​raġel taʼ bla liġi hu l-​kleru tal-​Kristjaneżmu. Sa minn żmien twil ilu huma abbandunaw il-​veritajiet tal-​Kelma t’Alla u addottaw tagħlim pagan, bħalma hu t-​Trinità, l-​infern tan-​nar, u l-​immortalità tar-​ruħ. Barra minn dan, huma produċew xogħlijiet kuntrarji għal-​liġijiet t’Alla. Bħal dawk li Pawlu wissa dwarhom lil Titus, “huma pubblikament jiddikjaraw li jafu ’l Alla, iżda jiċħduh bix-​xogħlijiet tagħhom, għaliex huma mistmerra u diżubbidjenti u m’humiex approvati għal xogħol tajjeb taʼ kwalunkwe xorta.”−Titus 1:16.

2 Ġesù qal: “Oqogħdu għassa għall-​profeti foloz li jiġu għandkom bil-​għata tan-​ngħaġ; iżda minn ġewwa huma lpup imġewħa. Mill-​frott tagħhom se tagħrfuhom.” Profeti foloz se jipproduċu “frott bla siwi.” (Mattew 7:15-17) Evidenza tal-​frott ħażin tal-​kleru hi l-​ħtija enormi tagħhom tad-​demm. Għal sekli huma appoġġaw kruċjati, inkwiżizzjonijiet, u gwerer li xerrdu d-​demm taʼ miljuni taʼ nies. Huma talbu għaż-​żewġ naħat u birkuhom fil-​gwerer li fihom membri tar-​reliġjonijiet tagħhom stess qatlu lil xulxin. F’kuntrast, l-​appostlu Pawlu setaʼ jgħid: “Jien nadif mid-​demm tal-​bnedmin kollha.” (Atti 20:26) Il-​kleru m’humiex. Lil uħud bħal dawn Alla jiddikjaralhom: “Avolja tagħmlu ħafna talbiet, m’iniex qed nagħti widen; b’tixrid tad-​demm idejkom stess saru mimlijin.”−Isaija 1:15.

3. Liema ġrajjiet taʼ sinjifikat globali qed joqorbu bil-​ħeffa?

3 Iż-​żmien biex Alla jesegwixxi l-​ġudizzju tiegħu kontra r-​raġel taʼ bla liġi qed joqrob bil-​ħeffa. Dalwaqt, bħalma ħabbar Ġesù, “se jkun hemm tribulazzjoni kbira li bħalha ma ġratx sa mill-​bidu tad-​dinja s’issa, le, lanqas ma se terġaʼ tiġri.” (Mattew 24:21) Dak iż-​żmien taʼ nkwiet li qatt ma kien hawn bħalu se jibda bil-​qerda taʼ Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza, li jinkludi r-​reliġjonijiet tal-​Kristjaneżmu. L-​elementi politiċi “se jagħmluha ħerba u għarwiena, u se jieklu l-​partijiet imlaħħma tagħha u se jaħarquha għalkollox bin-​nar.” (Rivelazzjoni 17:16) It-​tribulazzjoni se tintemm bil-​qerda tal-​fdalijiet tad-​dinja taʼ Satana f’Armageddon, “il-​gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox.”−Rivelazzjoni 16:14, 16; 19:1l-21.

Obbligati li Jħobbu lill-​Oħrajn

4. X’iridu jżommu f’moħħhom dawk li jqimu lil Alla “bl-​ispirtu u l-​verità”?

4 Ladarba dawn il-​ġrajjiet li heżhżu d-​dinja dalwaqt se jiġu fuq l-​art abitata, liema obbligi jaqgħu fuq dawk li “jqimu lill-​Missier bl-​ispirtu u l-​verità”? (Ġwann 4:23) Ħaġa waħda hi li jridu jżommu f’moħħhom li Ġesù qal: “Jekk tosservaw il-​kmandamenti tiegħi, se tibqgħu fl-​imħabba tiegħi, sewwa sew bħalma jien osservajt il-​kmandamenti tal-​Missier u nibqaʼ fl-​imħabba tiegħu. . . . Dan hu l-​kmandament tiegħi, li intom tħobbu lil xulxin sewwa sew bħalma ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din, li xi ħadd għandu jċedi ruħu għal ħbiebu. Intom ħbiebi jekk tagħmlu dak li qed nikkmandakom.”−Ġwann 15:10-14; 1 Ġwann 5:3.

5, 6. (a) Ġesù x’ikkmanda lid-​dixxipli tiegħu biex jagħmlu li kellu jidentifkahom? (b) F’liema sens kien dan kmandament ġdid?

5 Kristjani veri huma b’hekk obbligati li jħobbu n-​nies l-​oħrajn, b’mod speċjali lil ħuthom Kristjani rġiel u nisa fl-​artijiet kollha. (Atti 10:34; Galatin 6:10; 1 Ġwann 4:20, 21) Tabilħaqq, Kristjani sħab għandhom ikollhom “imħabba intensa lejn xulxin.” (1 Pietru 4:8) Dik it-​tip taʼ mħabba fuq skala globali tidentifikahom bħala adoraturi veri, għax Ġesù qal: “Qed nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin. sewwa sew bħalma ħabbejtkom jien, li intom ukoll tħobbu lil xulxin. B’dan kulħadd se jkun jaf li intom dixxipli tiegħi, jekk għandkom l-​imħabba bejnietkom.”−Ġwann 13:34, 35.

6 X’kien ġdid dwar dak il-​kmandament? Ma kinux il-​Lhud taħt il-​Liġi taʼ Mosè mogħtija l-​kmand, “Ħobb lil sieħbek bħalek innifsek”? (Levitiku 19:18) Iva, iżda Ġesù indika xi ħaġa miżjuda meta qal, “Sewwa sew bħalma ħabbejtkom jien.” L-​imħabba tiegħu kienet tinkludi li jagħti ħajtu għall-​oħrajn, u d-​dixxipli tiegħu jridu jkunu lesti li jagħmlu l-​istess. (Ġwann 15:13) Dak kien livell ogħla taʼ mħabba, ladarba sagrifiċċju bħal dan ma kienx mitlub mil-​liġi taʼ Mosè.

7. Liema reliġjon obdiet il-​liġi tal-​imħabba f’dan is-​seklu?

7 Fis-​seklu tagħna, liema reliġjon obdiet din il-​liġi tal-​imħabba? Ċertament mhux ir-​reliġjonijiet tal-​Kristjaneżmu, għax huma biċċru lil xulxin bil-​għaxriet taʼ miljuni f’żewġ gwerer dinjin u f’konflitti oħra. Huma x-​Xhieda taʼ Jehovah li obdew il-​liġi tal-​imħabba mal-​art kollha. Huma żammew newtralità stretta fil-​gwerer tal-​ġnus, għax Ġesù qal li s-​segwaċi tiegħu ma jridu jkunu “ebda parti mid-​dinja.” (Ġwann 17:16) B’hekk, huma jistgħu jgħidu, bħalma qal Pawlu, li huma’nodfa mid-​demm tal-​bnedmin kollha.’ Bħala eżempju, innota l-​parti tal-​ftuħ taʼ riżoluzzjoni addottata mill-​qaddejja taʼ Jehovah fil-​konvenzjoni taʼ Washington, D.C. fis-​27 taʼ Novembru, 1921:

“Bħala Kristjani li bil-​ħeġġa qed nistinkaw li nsegwu t-​tagħlim taʼ Kristu Ġesù l-​Mulej tagħna u tal-​Appostli tiegħu, aħna nemmnu: li l-​gwerra hija relikwa tal-​barbariżmu, qerrieda għall-​morali tajbin u taʼ tmaqdir għall-​popli Kristjani; li l-​prinċipji mgħallmin mill-​Mulej Ġesù Kristu jipprojbixxu lil Kristjani kkonsagrati milli jieħdu sehem, fil-​gwerra, tixrid tad-​demm,jew vjolenza taʼkwalunkwe għamla.”

8. Ir-​rekord storiku xi jgħid dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah matul it-​Tieni Gwerra Dinjija?

8 Dik il-​ħarsa kif ġiet applikata matul it-​Tieni Gwerra Dinjija? F’dik l-​agħar gwerra fl-​istorja umana kollha, xi 50 miljun ruħ inqatlu. Iżda lanqas ħadd ma ġie maqtul minn wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah! Per eżempju, kważi l-​kleru Ġermaniż kollu b’mod attiv jew passiv appoġġa n-​Nażiżmu. F’kuntrast, ix-​Xhieda taʼ Jehovah taħt ħakma Nażista żammew newtralità stretta u rrifjutaw li jsellmu lil Hitler jew li jkunu parti mill-​istruttura militari tiegħu. Għal-​daqstant, huma ma qatlux lil xi ħadd minn ħuthom spiritwali tal-​pajjiżi l-​oħra, jew lil xi ħadd ieħor jekk niġu f’dan. U x-​Xhieda taʼ Jehovah fl-​artijiet l-​oħrajn kollha żammew newtralità stretta wkoll.

9. Xi ġralhom ix-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​Ġermanja u fl-​Awstrija taħt ħakma Nażista?

9 Ħafna mix-​Xhieda taʼ Jehovah ċedew ruħhom għal ħbiebhom biex jobdu l-​liġi tal-​imħabba. Reviżjoni tal-​ktieb Kirchenkampf in Deutschland (Ġlieda tal-​Knejjes fil-​Ġermanja) minn Friedrich Zipfel, tgħid rigward ix-​Xhieda: “Sebgħa u disgħin fil-​mija tal-​membri taʼ dan il-​grupp reliġjuz żgħir kienu vittmi taʼ persekuzzjoni Soċjalistika Nazzjonali [Nażi]. Terz minnhom ġie maqtul, jew bl-​esekuzzjoni, atti vjolenti oħra, ġuħ, mard jew skjavitù. Il-​ħruxija taʼ din is-​sottomissjoni kienet mingħajr preċedent u kienet ir-​riżultat taʼ fidi bla kompromess li ma setgħetx tkun f’armonija mal-​ideoloġija Soċjalistika Nazzjonali.” Fl-​Awstrija, 25 fil-​mija tax-​Xhieda taʼ Jehovah kienu kkundannati jew imsawtin għall-​mewt jew mietu minn mard jew tbatija f’kampijiet Nażisti.

10. Liema fiduċja kellhom dawk li mietu talli obdew il-​liġi tal-​imħabba?

10 Dawk li ngħataw il-​martirju talli obdew il-​liġi tal-​imħabba kienu fiduċjużi li “Alla mhux bla tjieba biex jinsa xogħlijiethom u l-​imħabba li wrew għal ismu.” (Ebrej 6:10) Huma kienu jafu li “d-​dinja qed tgħaddi u l-​istess ix-​xewqa tagħha, iżda dak li jagħmel ir-​rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.” (1 Ġwann 2:17) Huma kellhom it-​tama ċerta li se jiġu rxoxtati bil-​ħajja taʼ dejjem quddiemhom. —Ġwann 5:28, 29; Atti 24:15.

11. B’liema mod huma uniċi l-​qaddejja taʼ Jehovah, u liema profezija qed tiġi mwettqa fihom?

11 Il-​qaddejja taʼ Jehovah huma uniċi f’li jobdu r-​regola msemmija minn Pietru u appostli oħra lil qorti għolja: “Irridu nobdu’l Alla bħala ħakem aktar milli lill-​bniedem.” (Atti 5:29) Għaliex ix-​Xhieda taʼ Jehovah jagħmlu hekk, huma appoġġati mill-​“ispirtu qaddis, li Alla ta lil dawk li qed jobdu lilu bħala ħakem.” (Atti 5:32) Dik hi l-​qawwa li tgħinhom iwettqu l-​profezija f’Isaija 2:2-4. Hija ħabbret li fi żmienna l-​qima vera kellha terġaʼ tiġi stabbilita u li nies mill-​ġnus u mir-​reliġjonijiet kollha kienu se jiġru lejha. Riżultat wieħed kellu jkun: “Se jkollhom jaħdmu sjufhom f’sikek u l-​lanez tagħhom f’imqassijiet taż-​żabra. Ġens mhux se jerfaʼ sejf kontra ġens, lanqas ma se jitgħallmu l-​gwerra aktar.” Għaliex il-​qaddejja taʼ Jehovah qed jippreparaw għall-​ħajja f’dinja ġdida taʼ paċi, mhux se jitgħallmu l-​gwerra aktar. Huma jitgħallmu l-​liġi tal-​imħabba. —Ġwann 13:34, 35.

12. Dawk li jobdu l-​liġi tal-​imħabba xi jridu jagħmlu għal oħrajn?

12 Ladarba l-​imħabba Kristjana tinkludi li ‘tħobb lil ġarek bħalek innifsek,’ il-​qaddejja t’Alla ma jistgħux ikunu egoisti dwar dak li jafu. (Mattew 22:39) Għad hemm oħrajn li forsi jridu jaqdu lil Alla u jgħixu fid-​dinja ġdida tiegħu. Dment li għad hemm iż-​żmien, dawn ukoll jinħtieġ li jitgħallmu dwar il-​liġi tal-​imħabba u l-​ħafna veritajiet oħra li għandhom x’jaqsmu mas-​Sovran Universali, Alla Jehovah. Huma jridu jiġu mgħallmin li lil Jehovah waħdu tixraqlu l-​qima tagħna u kif dik il-​qima għandha tingħata. (Mattew 4:10. Rivelazzjoni 4:11) Dawk li diġà tgħallmu dawn l-​affarijiet huma taħt obbliġu li jgħidu lill-​oħrajn dwarhom sabiex huma wkoll jistgħu jiksbu l-​favur taʼ Jehovah.—Eżekjel 33:7-9, 14-16.

Nikxfu lir-​Raġel taʼ Bla Liġi

13. Bħala parti mix-​xiehda tagħna mad-​dinja kollha, x’irridu nagħmlu magħruf, u għala?

13 Ġesù qal li “l-​aħbar tajba tas-​saltna se tkun ippridkata mal-​art abitata kollha bħala xiehda lill-​ġnus kollha; u mbagħad se jiġi t-​tmiem.” (Mattew 24:14) Bħala parti minn din ix-​xiehda mad-​dinja kollha, il-​qaddejja t’Alla huma taħt obbligu li jagħmlu magħruf il-​ġudizzju tiegħu kontra r-​reliġjon falza, b’mod speċjali l-​kleru tal-​Kristjaneżmu. Dawn huma iktar ħatja fil-​ħarsa t’Alla għaliex huma jistqarru li huma Kristjani. Huma jridu jiġu mikxufin sabiex dawk li jridu jaqdu ’l Alla jistgħu jinħelsu mill-​influwenza tagħhom u jistgħu jieħdu l-​passi xierqa għas-​salvazzjoni. Bħalma qal Ġesù: “Il-​verità se teħliskom.”−Ġwann 8:32.

14. X’messaġġ ċar irid jiġi proklamat rigward ir-​reliġjon falza?

14 B’hekk, ix-​Xhieda taʼ Jehovah iridu jagħmlu magħruf dan il-​messaġġ spirat rigward ir-​reliġjon falza: “Oħorġu minnha, poplu tiegħi, jekk ma tridux tieħdu sehem magħha fi dnubietha, u jekk ma tridux tirċievu parti mill-​kastigi tagħha. Għax dnubietha nġemgħu flimkien dritt sas-​sema, u Alla ftakar fl-​atti taʼ nġustizzja tagħha. . . . F’jum wieħed se jiġu l-​kastigi tagħha, mewt u għali u ġuħ, u hi se tinħaraq għalkollox bin-​nar għaliex Alla Jehovah, li ġġudikaha, hu b’saħħtu.”—Rivelazzjoni 18:4-8.

15. Is-​sena 1914 kif kellha parti fl-​iskeda taʼ Jehovah, u x’irriżulta wara l-​Ewwel Gwerra Dinjija?

15 Profeziji tal-​Bibbja juru li “l-​aħħar jiem” taʼ din is-​sistema taʼ affarijiet bdew fis-​sena kruċjali tal-​1914. (2 Timotew 3:l-5, 13; Mattew 24:3-13) Minn dik is-​sena ’l hawn aħna ninsabu fiż-​“żmien tat-​tmiem.” (Danjel 12:4) Preċiż wara l-​Ewwel Gwerra Dinjija, fi qbil mal-​iskeda taʼ Jehovah, il-​qaddejja tiegħu bdew b’mod vigoruż biex jespandu t-​taħbir tagħhom tas-​Saltna t’Alla bħalma hu mħabbar f’Mattew 24:14. Huma bdew ukoll jikxfu r-​reliġjon falza b’mod iktar bil-​qawwa, partikolarment il-​klassi tal-​kleru taʼ bla liġi tal-​Kristjaneżmu apostat.

16. Il-​kxif tar-​raġel taʼ bla liġi kif żdied fil-​qawwa għal iktar minn 70 sena?

16 Għal iktar minn 70 sena issa, b’forza dejjem iktar qawwija, il-​qaddejja t’Alla avżaw lin-​nies dwar l-​attività qarrieqa tar-​raġel taʼ bla liġi. Kien hemm biss ftit eluf Xhieda jagħmlu dan wara l-​Ewwel Gwerra Dinjija. Iżda issa huma saru “ġens setgħan” taʼ iktar minn tliet miljuni u nofs ministri attivi organizzati f’iktar minn 60,000 kongregazzjonijiet mal-​art kollha. (Isaija 60:22) Fuq skala li dejjem tinfirex, il-​qaddejja t’Alla qed jipproklamaw b’mod żeluż is-​Saltna t’Alla bħala l-​unika tama għall-​umanità u, fl-​istess ħin, qed jikxfu l-​kleru għal dak li hu—raġel qarrieq taʼ bla liġi.

Għala Tant Qawwi?

17. Il-​qaddejja taʼ Jehovah għala kixfu bil-​qawwa r-​raġel taʼ bla liġi?

17 Il-​qaddejja taʼ Jehovah għala kixfu b’mod tant qawwi lir-​raġel taʼ bla liġi matul dawn is-​snin kollha? Għaliex il-​miljuni tal-​folla kbira taʼ ngħaġ taʼ Jehovah li diġà qegħdin fit-​triq tas-​salvazzjoni jridu jiġu protetti mid-​dinja taʼ Satana u r-​reliġjon falza tagħha. (Ġwann l0:16; Rivelazzjoni 7:9-14) Barra minn hekk, jekk il-​kleru ma jiġix mikxuf, nies taʼ qalb onesta li għadhom m’humiex parti mill-​merħla t’Alla ma jkunux jafu kif jevitaw korsa żbaljata. Għalhekk huma jridu jiġu nformati, l-​istess bħalma Ġesù informa lin-​nies meta qal rigward il-​mexxejja reliġjużi ipokriti taʼ żmienu: “Gwidi għomja hu dak li huma. Jekk, mela, raġel għami jiggwida lil raġel għami, it-​tnejn se jaqgħu ġewwa ħofra.”—Mattew 15:14; ara wkoll 2 Korintin 4:4; 11:13-15.

18. Dawk li jfittxu l-​verità x’għandhom bżonn ikunu jafu?

18 Il-​kleru hu parti mid-​dinja taʼ Satana. (Ġwann 8:44) Iżda hija dinja li Alla dalwaqt se jgħaffiġha biex ma teżistix iżjed. (2 Pietru 3:11-13; 1 Ġwann 2:15-17) Għalhekk il-​kelma t’Alla twissi: “Kulmin, għalhekk, irid ikun ħabib tad-​dinja qed jagħmel lilu nnifsu għadu t’Alla.” (Ġakbu 4:4) Il-​kleru jinjora dik it-​twissija u jkompli jindaħal fi kwistjonijiet politiċi. Huma jgħidu lis-​segwaċi tagħhom li dinja aħjar se tiġi permezz taʼ sforzi taʼ xi politikanti. Iżda dik hi tama falza, ladarba din id-​dinja taħt Satana tinsab fi triqtha ’l barra. Għalhekk nies li jħarsu lejn din id-​dinja għal tama qed jiġu mqarrqin. Jinħtieġ li jintqalilhom il-​verità dwar lejn fejn miexja d-​dinja u x’sejjer jieħu postha.—ProverbJi 14:12; 19:21; Mattew 6:9, 10; Rivelazzjoni 21:4, 5.

19. Kemm xi wħud mill-​kleru huma tad-​dinja kif ġie mikxuf mill-​istampa fi żminijiet riċenti?

19 Kemm xi wħud mill-​kleru huma tad-​dinja ġie saħansitra mikxuf mill-​istampa fi żminijiet riċenti, bħal per eżempju l-​istili taʼ ħajja bla rażan u lussuża taʼ xi membri tal-​kleru tat-​Televiżjoni. Kittieb modern tal-​kanzunetti ikkompona kanzunetta bit-​titlu: “Kieku Ġesù kien Jilbes Rolex [arloġġ taʼ 10,000 dollaru] fil-​Wirja Televiżiva Tiegħu?” Il-​kanzunetta tissokta tgħid: “Kien se jkun politikant Ġesù li kieku ġie lura fuq l-​art, ikollu t-​tieni dar Tiegħu f’Palm Springs [kwartier lussuż] u jipprova jaħbi kemm għandu?” Barra minn hekk, iktar u iktar membri tal-​kleru jaċċettaw u jipprattikaw l-​omosesswalità. Saħansitra issa stess il-​knisja Kattolika fl-​Istati Uniti qed tħallas miljuni taʼ dollari f’danni bħala rikumpens għal qassisin ħatja taʼ abbuż sesswali fuq tfal.—Rumani 1:24-27; 1 Korintin 6:9, 10.

20. Il-​qaddejja t’Alla għala jridu jibqgħu jikxfu lir-​raġel taʼ bla liġi?

20 Kondotta ħażina bħal din ma tistax tiġi njorata mill-​qaddejja t’Alla iżda trid tiġi mikxufa għall-​benefiċċju taʼ oħrajn. Il-​folla kbira taʼ ngħaġ oħra trid tiġi protetta minn dawk li kieku jippruvaw immexxuhom biex jiksru l-​liġijiet t’Alla. U dawk li “jitniegħdu u jokorbu minħabba l-​affarijiet mistmerra li qed isiru” hemm bżonn li jitfittxew u jinġabru għal taħt il-​gwida protettiva tar-​Ragħaj il-​Kbir, Alla Jehovah, u “r-​ragħaj mill-​aħjar,” Kristu Ġesù.—Eżekjel 9:4; Ġwann l0:11; Proverbji 18:10.

21. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah x’se jkomplu jiddikjaraw?

21 Għalhekk, il-​poplu t’Alla mhux se joqgħod jaħsibha biex jiddikjara l-​vendetta tiegħu kontra d-​dinja kollha taʼ Satana, inkluż ir-​raġel taʼ bla liġi tagħha, il-​kleru tal-​Kristjaneżmu. Huma se jipproklamaw bis-​saħħa l-​messaġġ anġeliku taʼ Rivelazzjoni 14:7: “Ibżgħu minn Alla u agħtuh glorja, għaliex is-​siegħa tal-​ġudizzju minnu waslet.” U se jinkludu f’din il-​proklama t-​twissija urġenti taʼ Rivelazzjoni 18:4 rigward ir-​reliġjon falza: “Oħorġu minnha, poplu tiegħi, jekk ma tridux tieħdu sehem magħha fi dnubietha, u . . . tirċievu parti mill-​kastigi tagħha.”

Mistoqsijiet Għal Reviżjoni:

◻ X’se jkun il-​futur tar-​raġel taʼ bla liġi, u għala?

◻ X’obbligu għandhom il-​qaddejja taʼ Jehovah rigward oħrajn?

◻ Il-​poplu taʼ Jehovah kif żamm ħieles mid-​demm tal-​bnedmin kollha?

◻ X’lrridu nagħmlu rigward Babilonja l-​Kbira?

◻ Għala se nkomplu bil-​messaġġ qawwi tagħna rigward ir-​raġel taʼ bla liġi?

[Stampa f’paġna 15]

L-​appostli qalu lill-​qorti għolja: “Irridu nobdu ’l Alla bħala ħakem aktar milli lill-​bnedmin”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja