LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 3/15 pp. 1-12
  • L-Ispirtu taʼ Jehovah Imexxi lill-Poplu Tiegħu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Ispirtu taʼ Jehovah Imexxi lill-Poplu Tiegħu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Staqsi lil Alla għall-​Ispirtu Tiegħu
  • Jehovah Hu Lest biex Igħin
  • Kif Igħin l-​Ispirtu
  • “Bi Krib mhux Imlissen”
  • Qatt Tnikket lill-​Ispirtu
  • Ibqaʼ Itlob għall-​Ispirtu Qaddis
  • ‘Fl-Isem tal-Ispirtu Qaddis’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Imxi bl-Ispirtu u Għix fi Qbil mad-Dedikazzjoni Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Gwidati bl-Ispirtu t’Alla fl-Ewwel Seklu u Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • L-Ispirtu Qaddis—Għamiltu Jien l-Ajjutant Persunali Tiegħi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 3/15 pp. 1-12

L-Ispirtu taʼ Jehovah Imexxi lill-Poplu Tiegħu

“L-​ispirtu tiegħek huwa tajjeb; jalla jmexxini fl-​art tal-​modi retti.”−SALM 143:10.

1, 2. X’jistaʼ jikkaġuna niket għall-​qaddejja leali taʼ Jehovah?

‘INĦOSSNI dipress wisq! Fejn nistaʼ nsib xi faraġ? Abbandunani Alla?’ Int qatt tħossok hekk? Jekk iva, m’intix waħdek. Għalkemm il-​qaddejja leali taʼ Jehovah igħammru fil-​ġenna spiritwali li dejjem tiffjorixxi, huma xi drabi jiffaċċjaw problemi taʼ

niket, provi, u tentazzjonijiet komuni għall-​bnedmin.—1 Korintin 10:13.

2 Forsi int imgħobbi b’xi prova li ilha fuqek jew b’xi ħaġa li tikkawża stress kbir. Int forsi mnikket minħabba l-​mewt taʼ xi ħadd maħbub u forsi tħossok wisq waħdek. Jew forsi qalbek imnikkta minħabba l-​mard taʼ xi ħabib għażiż. Dawn iċ-​ċirkostanzi forsi qegħdin jisirqulek il-​ferħ u l-​paċi u jistgħu forsi saħansitra qegħdin iheddu l-​fidi tiegħek. X’għandek tagħmel?

Staqsi lil Alla għall-​Ispirtu Tiegħu

3. Jekk xi ħaġa qiegħda tisraqlek il-​kwalitajiet bħalma huma l-​paċi u l-​ferħ, x’ikun għaqli li tagħmel?

3 Jekk xi ħaġa qiegħda tisraqlek il-​paċi, il-​ferħ, jew xi kwalità taʼ tjieba oħra, ikun għaqli li titlob għall-​ispirtu qaddis, jew forza attiva, t’Alla. Għala? Għaliex l-​ispirtu taʼ Jehovah jipproduċi frott tajjeb li jgħin lil Kristjan biex jiffaċċja problemi, provi, u tentazzjonijiet. Wara li wissa kontra “x-​xogħlijiet tal-​laħam,” l-​appostlu Pawlu kiteb: “Mill-​banda l-​oħra, il-​frott tal-​ispirtu hu mħabba, ferħ, paċi, sabar fit-​tul, qalb tajba, tjubija, fidi, ħlewwa, kontroll fuqek innifsek. Kontra dawn l-​affarijiet ma hemm ebda liġi.”−Galatin 5:19-23.

4. Meta tiġi ffaċċjat minn xi prova jew tentazzjoni għala jistaʼ jkun xieraq li tkun speċifiku fit-​talb tiegħek?

4 Minħabba t-​tip taʼ prova li qed tiffaċċja, int forsi tirrealizza li tinsab fil-​periklu li titlef il-​ħlewwa, jew it-​temperament kalm tiegħek. Allura kun speċifiku billi titlob lil Alla Jehovah għall-​frotta tal-​ispirtu tal-​ħlewwa. Jekk int iffaċċjat minn xi tentazzjoni, int b’mod speċjali tinħtieġ il-​frotta taʼ kontroll fuqek innifsek. M’għandniex xi ngħidu, ikun xieraq ukoll li titlob għal għajnuna divina biex tirreżisti t-​tentazzjoni, għal ħelsien minn Satana, u għall-​għerf meħtieġ biex tissaporti l-​prova.—Mattew 6:13; Ġakbu 1:5,6.

5. Jekk iċ-​ċirkostanzi tant huma taʼ niket li ma tkunx taf għal liema frotta tal-​ispirtu titlob, x’jistaʼ jsir?

5 Xi drabi, madankollu, iċ-​ċirkostanzi jistgħu jkunu tant taʼ niket jew taʼ konfużjoni li ma tkunx taf liema frotta tal-​ispirtu tinħtieġ. Fil-​fatt, il-​ferħ, il-​paċi, il-​ħlewwa, u kwalitajiet taʼ tjieba oħrajn jistgħu kollha jkunu fil-​periklu. Imbagħad x’għandu jsir? Għaliex ma tistaqsix lil Alla għall-​ispirtu qaddis innifsu u tħallih iġiegħel lill-​frottiet meħtiġin li jiffjorixxi fil-​każ tiegħek? Il-​frottiet neċessarji jistgħu jkunu l-​imħabba jew il-​ferħ jew il-​paċi jew taħlita tal-​frott tal-​ispirtu. Ukoll itlob li Alla jgħinek iċċedi għad-​direzzjoni tal-​ispirtu tiegħu, jużah biex imexxi lill-​poplu tiegħu.

Jehovah Hu Lest biex Igħin

6. Ġesù kif impressjona lis-​segwaċi tiegħu l-​ħtieġa li jitolbu bla ma jieqfu?

6 Meta dixxipli taʼ Ġesù Kristu riedu struzzjoni fuq it-​talb, f’parti hu ħeġġiġhom biex jitolbu għall-​ispirtu t’Alla. Ġesù l-​ewwel uża tixbiha mfassla biex tqanqalhom biex jitolbu bla ma jieqfu. Hu qal: “Min minnkom se jkollu ħabib u se jmur għandu f’nofs il-​lejl u jgħidlu, ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għaliex ħabib minn tiegħi għadu kif ġie għandi fuq vjaġġ u m’għandi xejn xi nqiegħed quddiemu’? U dak il-​wieħed minn ġewwa jgħid fi tweġiba, ‘Tibqax tinkwetani. Il-​bieb diġà msakkar, u t-​tfal żgħar tiegħi qegħdin miegħi fis-​sodda; ma nistax inqum u nagħtik xi ħaġa.’ Ingħidilkom, Għalkemm mhux se jqum u jagħtih xi ħaġa minħabba li hu l-​ħabib tiegħu, ċertament minħabba l-​persistenza qalbiena tiegħu hu se jqum u jagħtih dawk l-​affarijiet li għandu bżonn.”−Luqa 11:5-8.

7. X’inhi l-​essenza tal-​kliem taʼ Ġesù f’​Luqa 11:11-13, u liema assigurazzjoni jagħtina rigward Alla u l-​ispirtu tiegħu?

7 Jehovah hu lest li jgħin lil kull wieħed mill-​qaddejja leali u ddedikati tiegħu, u jismaʼ t-​talbiet tagħhom. Imma jekk wieħed bħal dan ‘jibqaʼ jistaqsi,’ bħalma ħeġġeġ Ġesù, dan jindika xewqa mill-​qalb u hija turija taʼ fidi. (Luqa 11:9, 10) Kristu żied: “Tabilħaqq, liema missier hemm fostkom li, jekk ibnu jistaqsi għal ħuta, se jnewwillu forsi serpent minflok ħuta? Jew jekk ukoll jistaqsi għal bajda, se jnewwillu skorpjun? Għalhekk, jekk intom, għalkemm intom mill-​agħar, tafu kif tagħtu għotjiet tajbin lil uliedkom, kemm iktar il-​Missier fis-​sema se jagħti spirtu qaddis lil dawk li qegħdin jistaqsuh!” (Luqa 11:11-13) Jekk ġenitur tal-​art, għalkemm hu ftit jew wisq mill-​agħar minħabba l-​istat midneb li wiret, jagħti affarijiet tajbin lil ibnu, ċertament li Missierna tas-​sema se jkompli jagħti l-​ispirtu qaddis tiegħu lil kwalunkwe wieħed mill-​qaddejja leali tiegħu li bl-​umiltà jistaqsi għalih.

8. Salm 143:10 kif japplika għal David, għal Ġesù, u għall-​qaddejja t’Alla taż-​żmien modern?

8 Biex nibbenefikaw mill-​ispirtu t’Alla, irridu nkunu lesti li nsegwu t-​tmexxija tiegħu daqs kemm kien David. Hu talab: “Għallimni nagħmel ir-​rieda tiegħek, għax int Alla tiegħi. L-​ispirtu tiegħek huwa tajjeb; jalla jmexxini fl-​art tal-​modi retti.” (Salm 143:10) David, li kien ġie mċaħħad mill-​protezzjoni tal-​liġi mis-​sultan Iżraelit Sawl, ried l-​ispirtu t’Alla biex imexxih sabiex ikun ċert li l-​korsa tiegħu kienet dritta. Wara ftit taż-​żmien Abjatar ġie b’efod taʼ qassis li kien jintuża biex tiġi aċċertata r-​rieda t’Alla. Bħala r-​rappreżentant saċerdotali t’Alla, Abjatar ta struzzjoni lil David rigward it-​triq li għandu jieħu biex jogħġob lil Jehovah. (1 Samwel 22:17-23:12; 30:6-8) Bħal David, Ġesù ġie mmexxi mill-​ispirtu taʼ Jehovah, u dan kien ukoll il-​każ għas-​segwaċi midlukin taʼ Kristu bħala klassi. Fl-​1918-19, huma kienu f’pożizzjoni mbegħda quddiem is-​soċjetà umana, u l-​għedewwa reliġjużi tagħhom ħasbu li setgħu jeqirduhom. Il-​midlukin talbu għal triq biex joħorġu mill-​istat inattiv tagħhom, u fl-​1919, Alla wieġeb it-​talb tagħhom, ħelishom, u tahom il-​ħajja mill-​ġdid fis-​servizz tiegħu. (Salm 143:7-9) Ċertament, l-​ispirtu taʼ Jehovah kien qed igħin u jmexxi lill-​poplu tiegħu, kif għadu jagħmel sal-​lum.

Kif Igħin l-​Ispirtu

9. (a) L-​ispirtu qaddis kif jaqdi bħala wieħed “li jgħin”? (b) Kif nafu li l-​ispirtu qaddis m’huwiex persuna? (Ara nota taʼ taħt.)

9 Ġesù Kristu sejjaħ lill-​ispirtu qaddis wieħed “li jgħin.” Per eżempju, hu qal lis-​segwaċi tiegħu: “Jien se nitlob lill-​Missier u hu se jagħtikom ieħor li jgħin biex ikun magħkom għal dejjem, l-​ispirtu tal-​verità, li d-​dinja ma tistax tirċievi, għaliex hi la tilmħu u lanqas tafu. Intom tafuh, għaliex jibqaʼ magħkom u qiegħed fikom.” Fost affarijiet oħrajn, dak il-​wieħed “li jgħin” kien se jkun għalliem, għax Kristu wiegħed: “Dak li jgħin, l-​ispirtu qaddis, li l-​Missier se jibgħat f’ismi, dak se jgħallimkom l-​affarijiet kollha u jġib lura f’imħuħkom l-​affarijiet kollha li għedtilkom.” L-​ispirtu kien se jixhed ukoll dwar Kristu, u hu żgura lid-​dixxipli tiegħu: “Hu għall-​ġid tagħkom li jien sejjer nitlaq. Għax jekk ma nitlaqx, dak li jgħin b’ebda mod ma se jiġi għandkom; imma jekk nitlaq lejn triqti, jien se nibgħatulkom.”−Ġwann 14:16, 17, 26; 15:26; 16:7.a

10. L-​ispirtu qaddis b’liema modi wera li hu wieħed li jgħin?

10 Mis-​sema, Ġesù ferraʼ l-​ispirtu qaddis imwiegħed fuq is-​segwaċi tiegħu fil-​jum taʼ Pentekoste fis-​sena 33 E.K. (Atti 1:4, 5; 2:1-11) Bħala wieħed li jgħin, l-​ispirtu tahom fehma miżjuda dwar ir-​rieda u l-​iskop t’Alla u fetħilhom il-​Kelma profetika tiegħu. (1 Korintin 2:10-16; Kolossin 1:9, 10; Ebrej 9:8-10) Dak il-​wieħed li jgħin ukoll ta l-​qawwa lid-​dixxipli taʼ Ġesù biex ikunu xhieda fl-​art kollha. (Luqa 24:49; Atti 1:8; Efesin 3:5, 6) Il-​lum, l-​ispirtu qaddis jistaʼ jgħin lil Kristjan iddedikat biex jikber fil-​għarfien jekk hu jieħu vantaġġ mill-​provvedimenti spiritwali magħmulin minn Alla permezz tal-​“irsir fidil u diskret.” (Mattew 24:45-47) L-​ispirtu t’Alla jistaʼ jipprovdi għajnuna billi jissupplixxi l-​kuraġġ u s-​saħħa meħtieġa biex nagħtu xiehda bħala qaddejja taʼ Jehovah. (Mattew 10:19, 20; Atti 4:29-31) Madankollu, l-​ispirtu qaddis igħin ukoll lill-​poplu t’Alla f’modi oħrajn.

“Bi Krib mhux Imlissen”

11. Jekk xi prova tidher li hi bla tarf, Kristjan x’għandu jagħmel?

11 Jekk Kristjan hu mġarrab minn xi prova li tidher bla tarf, x’għandu jagħmel? Iva, jitlob għall-​ispirtu qaddis, u jħallih jagħmel ix-​xogħol tiegħu! “L-​ispirtu wkoll jissieħeb b’għajnuna għad-​djufija tagħna,” qal Pawlu, “għax il-​problema taʼ x’għandna nitolbu skond ma neħtieġu ma nafux, imma l-​ispirtu nnifsu jidħol għalina bi krib mhux imlissen. Iżda dak li jfittex il-​qlub jaf it-​tifsira tal-​ispirtu x’inhi, għaliex qiegħed jitlob fi qbil maʼ Alla għal uħud qaddisin.”−Rumani 8:26, 27.

12, 13. (a) Rumani 8:26, 27 kif japplika għal talb offrut f’sitwazzjonijiet li huma speċjalment taʼ prova? (b) Pawlu u sħabu x’għamlu meta kienu taħt pressjoni estrema fid-​distrett tal-​Asja?

12 Dawk il-​qaddisin li għalihom jidħol l-​ispirtu t’Alla huma s-​segwaċi midlukin taʼ Ġesù, b’tama għas-​sema. Imma kemm jekk għandek sejħa għas-​sema u kemm jekk għandek tama għall-​art, bħala Kristjan int jistaʼ jkollok il-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis t’Alla. Jehovah xi drabi jagħti tweġiba diretta għal xi talba speċifika. Xi drabi, madankollu, int forsi tkun tant imnikket li ma tkunx tistaʼ tpoġġi s-​sentimenti tiegħek fi kliem u tkun tistaʼ biss tissupplika lil Jehovah bi krib mhux imlissen. Fil-​fatt, int forsi ma tafx x’inhu l-​aħjar għalik u forsi saħansitra tistaqsi għall-​oġġett il-​ħażin jekk ma titlobx għall-​ispirtu qaddis. Alla jaf li int trid li ssir ir-​rieda tiegħu, u hu konxju taʼ dak li int verament tinħtieġ. Jerġaʼ, permezz tal-​ispirtu qaddis tiegħu, hu ġiegħel li ħafna talbiet jitniżżlu fil-​Kelma tiegħu, u dawn jittrattaw maʼ sitwazzjonijiet taʼ prova. (2 Timotew 3:16, 17; 2 Pietru 1:21) Għaldaqstant, Jehovah jistaʼ jħares lejn ċerti sentimenti li jesprimu dawn it-​talbiet ispirati bħala espressjonijiet li int tixtieq tagħmel bħala wieħed mill-​qaddejja tiegħu, u jistaʼ jweġibhom għan-​nom tiegħek.

13 Pawlu u sħabu forsi ma kinux jafu għalxiex għandhom jitolbu meta ġarrbu tribulazzjoni fid-​distrett tal-​Asja. Billi kienu ‘taħt pressjoni estrema li saħħithom ma kinitx tiflaħ għaliha, huma ħassew ġewwa fihom li kienu rċevew is-​sentenza tal-​mewt.’ Imma huma staqsew lil oħrajn biex jitolbu għalihom u fdaw f’Alla, li jistaʼ jqajjem lill-​mejtin, u hu ħelishom. (2 Korintin 1:8-11) Kemm hu taʼ faraġ li Alla Jehovah jismaʼ u jaġixxi fuq it-​talb tal-​qaddejja leali tiegħu!

14. X’ġid jistaʼ jirriżulta jekk Jehovah jippermetti xi prova li tibqaʼ għal xi żmien?

14 Il-​poplu t’Alla taʼ spiss jiġi ffaċċjat minn provi bħala organizzazzjoni. Kif ġie nnotat qabel, huma ġew ppersegwitati matul l-​Ewwel Gwerra Dinjija. Għalkemm ma kellhomx dak iż-​żmien fehma ċara dwar il-​pożizzjoni tagħhom u għalhekk ma kinux jafu eżatt għalxiex għandhom jitolbu, il-​Kelma taʼ Jehovah kien fiha talbiet profetiċi li hu wieġeb għan-​nom tagħhom. (Salmi 69, 102, 126; Isaija, kapitlu 12) Imma x’jiġri jekk Jehovah jippermetti xi prova biex tkompli għal xi żmien? Dan jistaʼ jirriżulta f’xiehda, jistaʼ jqanqal lil xi wħud biex iħaddnu l-​verità, u jipprovdi opportunità lil Kristjani biex juru mħabba tal-​aħwa billi jitolbu għal sħabhom fit-​twemmin li qegħdin isofru jew billi jgħinuhom b’xi modi oħrajn. (Ġwann 13:34, 35; 2 Korintin 1:11) Ftakar li Jehovah imexxi lill-​poplu tiegħu permezz tal-​ispirtu qaddis tiegħu, jagħmel dak li hu l-​aħjar għalihom, u dejjem isolvi l-​affarijiet b’tali mod li jonora u jqaddes lill-​isem qaddis tiegħu.—Eżodu 9:16; Mattew 6:9.

Qatt Tnikket lill-​Ispirtu

15. Il-​Kristjani jistgħu jistrieħu fuq l-​ispirtu taʼ Jehovah biex jagħmel liema ħaġa għan-​nom tagħhom?

15 Jekk int qaddej taʼ Jehovah, għalhekk, itlob għall-​ispirtu qaddis meta tgħaddi minn xi provi u fi żminijiet oħrajn. Imbagħad kun ċert li ssegwi l-​gwida tiegħu, għax Pawlu kiteb: “Tkunux qegħdin tnikktu lill-​ispirtu qaddis t’Alla, li bih ġejtu ssiġillati għal jum taʼ ħelsien b’rahan.” (Efesin 4:30) L-​ispirtu t’Alla kien u għadu siġill, jew ‘turija taʼ dak li jrid jiġi,’ għal Kristjani midlukin leali—jiġifieri, ħajja immortali tas-​sema. (2 Korintin 1:22; Rumani 8:15; 1 Korintin 15:50-57; Rivelazzjoni 2:10) Kemm il-​Kristjani midlukin u kemm dawk b’tama għall-​art jistgħu jistrieħu fuq l-​ispirtu taʼ Jehovah biex jagħmel ħafna għan-​nom tagħhom. Jistaʼ jidderiġihom f’ħajja taʼ fedeltà u jgħinhom biex jevitaw għemejjel midinbin li jwasslu għan-​nuqqas taʼ approvazzjoni minn Alla, it-​telfa tal-​ispirtu qaddis tiegħu, u l-​falliment f’li jiksbu ħajja eterna.—Galatin 5:19-21.

16, 17. Kristjan kif jistaʼ jnikket lill-​ispirtu?

16 Kristjan kif jistaʼ, apposta jew bla ma jaf, inikket lill-​ispirtu? Sewwa, Jehovah juża l-​ispirtu tiegħu biex javvanza l-​unità u biex jaħtar irġiel responsabbli fil-​kongregazzjoni. Għalhekk, jekk membru tal-​kongregazzjoni jibda jgerger kontra l-​anzjani maħturin, ixerred tqasqis li jikkalunnja, u affarijiet bħal dawn, hu ma jkunx qed isegwi t-​tmexxija tal-​ispirtu t’Alla lejn il-​paċi u l-​unità. B’mod ġenerali, hu jkun qed inikket lill-​ispirtu.—1 Korintin 1:10; 3:1-4, 16, 17; 1 Tessalonkin 5:12, 13; Ġuda 16.

17 Meta kiteb lill-​Kristjani f’Efesu, Pawlu wissa kontra tendenzi lejn il-​qerq, iż-​żamma tal-​korla, is-​serq, il-​kliem mhux xieraq, interess erotiku fil-​fornikazzjoni, kondotta taʼ mistħija, u ċajt oxxen. Jekk Kristjan iħalli lilu nnifsu li jitkaxkar lejn affarijiet bħal dawn, hu jkun qed imur kontra l-​parir tal-​Bibbja mnebbaħ mill-​ispirtu. (Efesin 4:17-29; 5:l-5) Iva, u sa ċertu punt hu jkun b’hekk qed inikket lill-​ispirtu t’Alla.

18. X’jistaʼ jiġri lil kwalunkwe Kristjan li jibda jinjora l-​parir tal-​Kelma t’Alla mnebbħa bl-​ispirtu?

18 Attwalment, kwalunkwe Kristjan li jibda jinjora l-​parir tal-​Kelma taʼ Jehovah imnebbħa bl-​ispirtu jistaʼ jibda jiżżviluppa attitudnijiet u xeħtiet li jistgħu jirriżultaw fi dnub apposta u fit-​telfien tal-​favur divin. Għalkemm forsi ma jkunx qed jipprattika d-​dnub fil-​preżent, hu jistaʼ jkun miexi lejn dik id-​direzzjoni. Kristjan bħal dan li jmur kuntrarju għat-​tmexxija tal-​ispirtu ikun qed inikktu. Hu jkun b’hekk ukoll qed jirreżisti u jnikket lil Jehovah, is-​Sors tal-​ispirtu qaddis. Wieħed li jħobb lil Alla qatt ma jkun irid jagħmel dan!

Ibqaʼ Itlob għall-​Ispirtu Qaddis

19. In-​nies taʼ Jehovah għala għandhom bżonn l-​ispirtu tiegħu b’mod speċjali llum?

19 Jekk int qaddej taʼ Jehovah, ibqaʼ itlob għall-​ispirtu qaddis tiegħu. B’mod speċjali f’dawn “l-​aħħar jiem,” biż-​żminijiet kritiċi tagħhom tant iebes biex issib tarfhom, il-​Kristjani għandhom bżonn il-​għajnuna tal-​ispirtu t’Alla. (2 Timotew 3:1-5) Ix-​Xitan u d-​demonji tiegħu, mitfugħin ’il barra mis-​sema u issa fil-​viċinanza tal-​art, huma mimlijin vjolenza kontra l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah. Għaldaqstant, issa iktar minn qatt qabel, in-​nies t’Alla għandhom bżonn l-​ispirtu qaddis tiegħu biex imexxihom, jew jiggwidahom, u jgħinhom jissaportu tbatijiet u persekuzzjoni.—Rivelazzjoni 12:7-12.

20, 21. Għala għandna nsegwu d-​direzzjoni tal-​Kelma, tal-​ispirtu, u tal-​organizzazzjoni taʼ Jehovah?

20 Dejjem uri apprezzament lejn l-​għajnuna li jipprovdi Alla Jehovah permezz tal-​ispirtu qaddis tiegħu. Segwi d-​direzzjoni tal-​Kelma tiegħu mnebbħa bl-​ispirtu, il-​Bibbja. Ikkopera bis-​sħiħ mal-​organizzazzjoni t’Alla mmexxija bl-​ispirtu fuq l-​art. Qatt tħalli lilek innifsek li tiżvija lejn korsa mhix skritturali li jkun jammonta għal li tnikket l-​ispirtu qaddis, għax dan jistaʼ eventwalment iwassal għall-​irtirar tiegħu u b’hekk għal diżastru spiritwali.—Salm 51:11.

21 Li tkun immexxi mill-​ispirtu taʼ Jehovah huwa l-​uniku mod biex togħġbu u biex ikollok ħajja taʼ paċi u ferħ. Ftakar, ukoll, li Ġesù sejjaħ lill-​ispirtu qaddis wieħed “li jgħin,” jew wieħed “li jfarraġ.” (Ġwann 14:16, nota taʼ taħt) Permezz tiegħu, Alla jfarraġ lill-​Kristjani u jsaħħaħhom biex jiffaċċjaw il-​provi tagħhom. (2 Korintin 1:3, 4) L-​ispirtu jagħti l-​qawwa lin-​nies taʼ Jehovah biex jippridkaw l-​aħbar tajba u jgħinhom biex jiftakru punti Skritturali meħtieġa biex tingħata xiehda mill-​aħjar. (Luqa 12:11, 12; Ġwann 14:25, 26; Atti 1:4-8; 5:32) Permezz tat-​talb u l-​gwida tal-​ispirtu, il-​Kristjani jistgħu jegħlbu provi tal-​fidi b’għerf tas-​sema. Fiċ-​ċirkostanzi kollha tal-​ħajja, għalhekk, huma jibqgħu jitolbu għall-​ispirtu qaddis t’Alla. Bħala riżultat, l-​ispirtu taʼ Jehovah imexxi lill-​poplu tiegħu.

[Nota taʼ taħt]

a Għalkemm ippersonifikat bħala wieħed “li jgħin,” l-​ispirtu qaddis m’huwiex persuna, għax pronom newtru Grieg (“it” bl-​Ingliż) huwa applikat għall-​ispirtu. Pronomi femminili Ebrej huma b’mod simili applikati għall-​għerf ippersonifikat. (Proverbji 1:20-33; 8:1-36) Jerġaʼ, l-​ispirtu qaddis ġie “mferraʼ,” ħaġa li ma tistax issir b’persuna.—Atti 2:33.

X’Inhuma t-​Tweġibiet Tiegħek?

◻ Għala għandna nitolbu għall-​ispirtu qaddis taʼ Jehovah?

◻ L-​ispirtu qaddis kif inhu wieħed li jgħin?

◻ Xi jfisser li tnikket lill-​ispirtu, u kif nistgħu nevitaw li nagħmlu dan?

◻ Għala għandna nibqgħu nitolbu għall-​ispirtu qaddis u nsegwu t-​tmexxija tiegħu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja