LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 16 p. 42-p. 43 para. 8
  • Ġesù juri żelu għall-qima vera

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù juri żelu għall-qima vera
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Żelu għall-Qima taʼ Jehovah
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ġesù jkeċċi lill-bejjiegħa mit-tempju
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • It-tieni miraklu waqt li qiegħed Kana
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Iwettaq l-ewwel miraklu tiegħu
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 16 p. 42-p. 43 para. 8

KAPITLU 16

Ġesù juri żelu għall-​qima vera

ĠWANNI 2:12-​22

  • ĠESÙ JNADDAF IT-​TEMPJU

Wara t-​tieġ f’Kana, Ġesù jerħilha lejn Kafarnahum. Omm Ġesù u ħutu mill-​omm—Ġakbu, Ġużeppi, Xmun, u Ġuda—qed jivvjaġġaw miegħu.

Imma Ġesù għala jmur Kafarnahum? Il-​belt qiegħda f’post iktar prominenti minn Nazaret jew Kana u milli jidher hi akbar. Ukoll, ħafna mid-​dixxipli ġodda taʼ Ġesù joqogħdu Kafarnahum jew viċin tagħha. Allura Ġesù jistaʼ jagħtihom xi taħriġ fl-​inħawi fejn joqogħdu.

Matul iż-​żmien li jqattaʼ Kafarnahum, Ġesù jwettaq ukoll ħafna għemejjel meraviljużi. B’hekk, ħafna nies mill-​belt u mill-​inħawi tal-​madwar jisimgħu dwar l-​affarijiet li qed jagħmel hemmhekk. Imma Ġesù u sħabu, li huma rġiel Lhud devoti, dalwaqt se jkollhom imorru Ġerusalemm biex jattendu l-​Qbiż tas-​sena 30 WK.

Waqt li qegħdin fit-​tempju taʼ Ġerusalemm, id-​dixxipli taʼ Ġesù jaraw xi ħaġa dwar Ġesù impressjonanti ħafna, xi ħaġa differenti minn dak li raw s’issa.

Il-​Liġi t’Alla tirrikjedi li l-​Iżraelin jagħmlu sagrifiċċji tal-​annimali fit-​tempju, u l-​viżitaturi jkollhom bżonn provvisti tal-​ikel matul iż-​żjara tagħhom. Allura l-​Liġi tippermetti lil dawk li jivvjaġġaw lejn Ġerusalemm minn post imbiegħed biex iġibu l-​flus magħhom ħalli jkunu jistgħu jixtru ‘baqar, nagħaġ, mogħoż,’ u affarijiet utli oħrajn matul iż-​żmien li jqattgħu l-​belt. (Dewteronomju 14:24-​26) Minħabba f’hekk, negozjanti f’Ġerusalemm qed ibigħu annimali jew għasafar f’bitħa kbira fit-​tempju stess. U xi wħud minnhom qed jisirqu lin-​nies billi jżommulhom iżżejjed.

Mgħaddab għall-​aħħar, Ġesù jxerred il-​muniti tas-​sarrafa tal-​flus, jaqilbilhom l-​imwejjed tagħhom, u jkeċċi l-​irġiel ’il barra. Ġesù mbagħad jgħid: “Neħħu dawn minn hawn! Tibqgħux tagħmlu dar Missieri dar tal-​merkanzija!”—Ġwanni 2:16.

Meta d-​dixxipli taʼ Ġesù jaraw dan, huma jiftakru fil-​profezija dwar l-​Iben t’Alla: “Iż-​żelu għal darek jikolni.” Imma l-​Lhud jistaqsu: “X’sinjal għandek x’turina, ladarba qed tagħmel dan?” Ġesù jwieġeb: “Ġarrfu dan it-​tempju u fi tlett ijiem intellgħu.”—Ġwanni 2:17-​19; Salm 69:9.

Il-​Lhud jaħsbu li Ġesù qed jitkellem dwar it-​tempju letterali li hemm Ġerusalemm, allura jistaqsuh: “Dan it-​tempju nbena f’sitta u erbgħin sena, u int se ttellgħu fi tlett ijiem?” (Ġwanni 2:20) Madankollu, Ġesù qed jirreferi għal ġismu bħala tempju. Tliet snin wara, meta jiġi rxoxtat, id-​dixxipli tiegħu jiftakru f’dan il-​kliem.

  • Wara t-​tieġ f’Kana, Ġesù jivvjaġġa lejn liema postijiet?

  • Ġesù għala hu mgħaddab minħabba dak li jara fit-​tempju, u x’jagħmel?

  • Ġesù għal xiex jirreferi meta jsemmi “dan it-​tempju,” u xi jrid ifisser b’dan il-​kliem?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja