LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Ħu Ħsieb Din id-Dielja”!
    It-Torri tal-Għassa—2006 | Ġunju 15
    • Sewwasew bħalma Ġeħova qabbel lil Iżrael letterali maʼ dielja, Ġesù uża metafora simili. Matul dik li ħafna jsejħulha l-​Aħħar Ċena, Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu: “Jien id-​dielja vera, u Missieri l-​bidwi.” (Ġwanni 15:1) Ġesù qabbel lid-​dixxipli tiegħu mal-​friegħi tad-​dielja. Bħalma l-​friegħi taʼ dielja letterali jiksbu s-​saħħa tagħhom miz-​zokk prinċipali, hekk ukoll id-​dixxipli taʼ Kristu jridu jibqgħu f’unjoni miegħu. Ġesù qal: “Mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.” (Ġwanni 15:5) Il-​bdiewa jikkultivaw dielja għall-​frott tagħha, u Ġeħova jistenna li l-​poplu tiegħu jagħmel frott spiritwali. Dan iġib sodisfazzjon u glorja lil Alla, Dak li jikkultiva d-​dielja.​—Ġwanni 15:8.

  • “Ħu Ħsieb Din id-Dielja”!
    It-Torri tal-Għassa—2006 | Ġunju 15
    • ‘Ibqgħu Agħtu Ħafna Frott’

      Il-​friegħi figurattivi tad-​“dielja vera” jirrappreżentaw lill-​Kristjani midlukin. Però, in-​“nagħaġ oħrajn” ukoll iridu jagħtu prova li huma dixxipli produttivi taʼ Kristu. (Ġwanni 10:16) Huma wkoll jistgħu jagħtu “ħafna frott” u jġibu glorja lil Missierhom tas-​sema. (Ġwanni 15:​5, 8) It-​tixbiha taʼ Ġesù tad-​dielja vera tfakkarna li s-​salvazzjoni tiddependi milli nibqgħu f’unjoni maʼ Kristu u nipproduċu frott spiritwali tajjeb. Ġesù qal: “Jekk tosservaw il-​kmandamenti tiegħi, tibqgħu fi mħabbti, bħalma jien osservajt il-​kmandamenti tal-​Missier u nibqaʼ fi mħabbtu.”​—Ġwanni 15:10.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja