LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 17
  • X’Tip taʼ Persuna Hu Ġesù?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tip taʼ Persuna Hu Ġesù?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Min Hu Ġesù?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • ‘L-Iben Lest li Jirrivela lill-Missier’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Min hu Ġesù Kristu?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • X’Għamel Ġesù Meta Kien Fuq l-Art?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 17
Lezzjoni 17. Ġesù joħroġ idejh u jfejjaq raġel marid permezz taʼ miraklu.

LEZZJONI 17

X’Tip taʼ Persuna Hu Ġesù?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Minn dak li qal u għamel Ġesù fuq l-​art, nistgħu nitgħallmu l-​kwalitajiet sbieħ li għandu. Minħabba dawn il-​kwalitajiet, se nkunu rridu nsiru nafu lil Ġesù u lil Missieru Ġeħova aħjar. X’inhuma xi ftit minn dawn il-​kwalitajiet? Kif nistgħu nimitaw lil Ġesù f’ħajjitna?

1. Ġesù kif jixbah lil Ġeħova?

Ġesù għex għal biljuni taʼ snin fis-​sema. Matul dak iż-​żmien kollu, hu tgħallem mingħand Missieru. Minħabba f’hekk, hu jaħseb, iħoss, u jagħmel l-​affarijiet bħal Missieru. (Aqra Ġwanni 5:19.) Ġesù tant jimita l-​kwalitajiet taʼ Ġeħova li qal: “Min ra lili ra wkoll lill-​Missier.” (Ġwanni 14:9) Meta titgħallem dwar il-​personalità taʼ Ġesù, int se ssir taf iżjed lil Ġeħova. Pereżempju, il-​mod kif Ġesù kien jimpurtah min-​nies juri kemm Ġeħova jimpurtah minnek.

2. Ġesù kif wera li jħobb lil Ġeħova?

Ġesù qal: ‘Sabiex id-​dinja tkun taf li jien inħobb lill-​Missier, bħalma ordnali l-​Missier qed nagħmel.’ (Ġwanni 14:31) Meta kien fuq l-​art, Ġesù wera li kien iħobb lil Missieru billi obdieh anki f’sitwazzjonijiet diffiċli. Hu kien iħobb jitkellem dwar Missieru u jgħin lil oħrajn biex isiru jafuh.​—Ġwanni 14:23.

3. Ġesù kif wera li jħobb lin-​nies?

Il-​Bibbja tgħid li Ġesù kien iħobb ħafna lin-​nies. (Proverbji 8:31) Hu wera din l-​imħabba billi dejjem inkuraġġixxa u għen lin-​nies. Il-​mirakli li għamel ma wrewx biss il-​qawwa li kellu, imma anke kemm kien jinteressah min-​nies. (Marku 1:​40-​42) Hu dejjem kien qalbu tajba maʼ oħrajn u tratta lil kulħadd l-​istess. B’dak li qal, kien jgħin lin-​nies biex iħossuhom aħjar u jagħti tama lil kull min kien jixtieq jismaʼ. Ġesù jħobb lin-​nies kollha għax kien lest li jbati u jmut għalihom. Imma b’mod speċjali jħobb lil dawk li lesti li jisimgħuh u jobduh.​—Aqra Ġwanni 15:​13, 14.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af iktar il-​kwalitajiet taʼ Ġesù, u kif tistaʼ timita l-​imħabba u l-​ġenerożità tiegħu.

4. Ġesù jħobb lil Missieru

Mill-​eżempju taʼ Ġesù nistgħu nitgħallmu kif nuru li nħobbu lil Alla. Aqra Luqa 6:12 u Ġwanni 15:10; 17:26. Wara li taqra kull vers, iddiskuti:

  • Kif nistgħu nimitaw lil Ġesù u nuru li nħobbu lil Ġeħova?

Ġesù jitlob.

Ġesù kien iħobb lil Missieru Ġeħova u kien jitkellem miegħu fit-​talb

5. Ġesù jimpurtah min-​nies

Ġesù kien jimpurtah minn oħrajn iżjed minnu stess. Anki meta kien għajjien, hu uża l-​ħin u l-​enerġija tiegħu biex jgħin lin-​nies. Aqra Marku 6:​30-​44, u mbagħad iddiskuti:

  • F’dan ir-​rakkont, Ġesù kif wera li jimpurtah minn oħrajn?​—Ara versi 31, 34, 41, u 42.

  • X’ġiegħel lil Ġesù jgħin lin-​nies?​—Ara vers 34.

  • Peress li Ġesù jimita l-​kwalitajiet taʼ Ġeħova, dan ir-​rakkont x’jgħallmek dwar Ġeħova?

  • B’liema modi nistgħu nimitaw kif Ġesù kien jimpurtah minn oħrajn?

Ġesù b’miraklu jitmaʼ lil eluf b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet. Id-​dixxipli jagħtu l-​ikel lill-​irġiel, nisa, u tfal.

6. Ġesù ġeneruż

Avolja Ġesù ma tantx kellu affarijiet, hu kien jaqsam dak li kellu m’oħrajn. Hu jgħallimna nkunu ġenerużi wkoll. Aqra Atti 20:​35, u mbagħad iddiskuti:

  • Skont Ġesù, kif nistgħu nkunu ferħanin?

Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

VIDJOW: ‘Hemm Iktar Ferħ Meta Tagħti’​—Parti mill-​Vidjow (4:​00)

  • Kif nistgħu naqsmu dak li għandna m’oħrajn avolja ma jkollniex ħafna flus?

Kont taf?

Il-​Bibbja tgħallimna li għandna nitolbu lil Ġeħova f’isem Ġesù. (Aqra Ġwanni 16:​23, 24.) Meta nitolbu b’dan il-​mod, inkunu qed nuru li napprezzaw dak li Ġesù għamel biex jgħinna nsiru ħbieb taʼ Ġeħova.

ĦAFNA JGĦIDU: “Alla ma jimpurtahx meta nbatu.”

  • Dak li għamel Ġesù fuq l-​art, kif juri li Ġeħova jimpurtah minna?

XI DDISKUTEJNA?

Ġesù jħobb lil Ġeħova u lin-​nies. Ġesù jagħmel l-​affarijiet bħal Missieru. Allura, iżjed ma ssir taf lil Ġesù, iżjed se ssir taf lil Ġeħova.

X’Tgħallimt

  • Kif nistgħu nuru li nħobbu lil Ġeħova bħalma għamel Ġesù?

  • Kif nistgħu nuru li nħobbu lil oħrajn bħalma għamel Ġesù?

  • Liema kwalitajiet li għandu Ġesù jogħġbuk l-​iżjed?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara liema kwalitajiet taʼ Ġesù tistaʼ timita.

“Biex timita lil Ġesù, . . .” (Ġesù​—It-​triq, il-​verità, u l-​ħajja, paġna 317)

Tgħallem għala għandna nitolbu f’isem Ġesù.

“Għala Nitolbu f’Isem Ġesù?” (It-​Torri tal-​Għassa, April-​Ġunju, 2008)

Titkellem il-​Bibbja dwar kif kien jidher Ġesù?

“Kif Kien Jidher Ġesù?” (Artiklu fuq jw.org)

X’nistgħu nitgħallmu minn kif Ġesù kien jittratta lin-​nisa?

“Alla Jrid li n-​Nisa Jiġu Rrispettati” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja