LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 126 p. 288-p. 289 para. 9
  • Miċħud fid-dar taʼ Kajfa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Miċħud fid-dar taʼ Kajfa
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Ċaħdiet fil-Bitħa
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Hu Tgħallem mis-Sid X’Inhi l-Maħfra
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Hu Tgħallem mis-Sid X’Inhi l-Maħfra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Pietru jgħid li ma jafx lil Ġesù
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 126 p. 288-p. 289 para. 9
Minn gallarija, Ġesù jħares ’l isfel lejn Pietru li għadu kemm ċaħdu; fuq wara jidher is-serduq

KAPITLU 126

Miċħud fid-​dar taʼ Kajfa

MATTEW 26:69-​75 MARKU 14:66-​72 LUQA 22:54-​62 ĠWANNI 18:15-​18, 25-​27

  • PIETRU JIĊĦAD LIL ĠESÙ

Meta Ġesù jiġi arrestat fil-​ġnien tal-​Ġetsemani, l-​appostli jabbandunawh u jaħarbu bil-​biżaʼ. Madankollu, tnejn minnhom jieqfu u jduru lura. Dawn huma Pietru u “dixxiplu ieħor,” li milli jidher hu l-​appostlu Ġwanni. (Ġwanni 18:15; 19:35; 21:24) Huma għandhom mnejn jilħqu lil Ġesù hekk kif ikun qed jittieħed għand Anna. Meta Anna jibgħat lil Ġesù għand il-​Qassis il-​Kbir Kajfa, Pietru u Ġwanni jsegwuh mill-​bogħod. X’aktarx li huma jħossuhom imtertqin, billi qed jibżgħu għal ħajjithom stess u fl-​istess ħin huma inkwetati dwar x’se jiġri lil Sidhom.

Peress li Ġwanni jaf lill-​Qassis il-​Kbir Kajfa jirnexxilu jidħol fil-​bitħa tad-​dar tiegħu. Pietru jibqaʼ barra ħdejn il-​bieb sakemm Ġwanni jerġaʼ lura u jkellem lil qaddejja li qiegħda mal-​bieb. Imbagħad Pietru jitħalla jidħol.

Huwa lejl kiesaħ, allura dawk fil-​bitħa jqabbdu n-​nar bil-​faħam. Pietru joqgħod bilqiegħda ħdejhom biex jibqaʼ sħun hekk kif jistenna “biex jara x’se jiġri” fil-​ġuri taʼ Ġesù. (Mattew 26:58) Issa, bid-​dawl tan-​nar, il-​qaddejja li kienet mal-​bieb u li ħalliet lil Pietru jidħol tistaʼ tarah sew. Hi tistaqsih: “Int m’intix ukoll wieħed mid-​dixxipli taʼ dan ir-​raġel?” (Ġwanni 18:17) U hi mhix l-​unika waħda li tagħraf lil Pietru u takkużah li jkun maʼ Ġesù.—Mattew 26:69, 71-​73; Marku 14:70.

Dan jinkwetah ferm lil Pietru. Hu qed jipprova ma jagħtix fil-​għajn, billi saħansitra joħroġ barra ħdejn il-​kanċell. Pietru jiċħad li kien maʼ Ġesù u ħin minnhom jgħid: “La nafu u lanqas naf x’int tgħid.” (Marku 14:67, 68) Ukoll, jibda “jisħet u jaħlef,” jiġifieri hu lest li jaħlef li qed jgħid il-​verità u li jekk le se jaħbatlu ħażin.—Mattew 26:74.

Sadanittant, għaddej il-​ġuri taʼ Ġesù, milli jidher f’parti tad-​dar taʼ Kajfa li tiġi fuq il-​bitħa. Pietru u oħrajn li qed jistennew isfel forsi jaraw lix-​xhieda ġejjin u sejrin biex jixhdu.

L-​aċċent Galilew taʼ Pietru juri li mhux qed jgħid il-​verità. Barra minn hekk, xi ħadd li hemm fosthom jiġi minn Malku, dak li Pietru qatagħlu widintu. Allura din l-​akkuża tinġieb kontra Pietru: “Ma rajtekx fil-​ġnien miegħu?” Meta Pietru jiċħad dan għat-​tielet darba, jidden is-​serduq, eżatt kif kien imbassar.—Ġwanni 13:38; 18:26, 27.

F’dan il-​waqt, Ġesù milli jidher qiegħed f’gallarija li tagħti għal fuq il-​bitħa. Il-​Mulej idur u jħares fiss lejn Pietru, dan żgur jolqot lil Pietru fil-​laħam il-​ħaj. Hu jiftakar dak li qal Ġesù ftit sigħat biss ilu fil-​karma taʼ fuq. Immaġina kif iħossu Pietru hekk kif jinduna x’għamel! Pietru joħroġ barra u jibki biki taʼ mrar.—Luqa 22:61, 62.

Dan kif setaʼ jiġri? Pietru—li kien tant ċert mill-​ispiritwalità u l-​lealtà tiegħu—kif setaʼ jiċħad lil Sidu? Il-​mexxejja reliġjużi qed jgħawġu l-​verità, u lil Ġesù qed ipinġuh bħala xi kriminal mill-​agħar. Meta Pietru setaʼ ddefenda lil raġel innoċenti, hu ta dahru lil dak il-​Wieħed li għandu “l-​kliem tal-​ħajja taʼ dejjem.”—Ġwanni 6:68.

L-​esperjenza tal-​biki taʼ Pietru turi li anki bniedem li għandu l-​fidi u li hu devot jistaʼ jinqabad fuq sieq waħda jekk ma jkunx preparat sew għal provi jew tentazzjonijiet mhux mistennijin. Jalla dak li għadda minnu Pietru jkun taʼ twissija għall-​qaddejja kollha t’Alla!

  • Pietru u Ġwanni kif jirnexxilhom jidħlu fil-​bitħa tad-​dar taʼ Kajfa?

  • Waqt li Pietru u Ġwanni qegħdin fil-​bitħa, x’inhu għaddej fid-​dar?

  • Xi jfisser li Pietru jisħet u jaħlef?

  • L-​esperjenza taʼ Pietru tgħallimna liema lezzjoni serja?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja