LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 4/15 pp. 11-16
  • Nitgħallmu s-Sigriet Sagru tad-Devozzjoni Lejn Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nitgħallmu s-Sigriet Sagru tad-Devozzjoni Lejn Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Nitgħallmu mill-​Eżemplar Tagħna
  • Ingħixu Għat-​Tjieba
  • Misteru Mistmerr
  • Niddikjaraw il-​Ġudizzji t’Alla
  • Sigriet Sagru Jinkixef
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Segwi l-Eżempju taʼ Ġesù taʼ Devozzjoni Lejn Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Żid id-Devozzjoni Lejn Alla mas-Sabar Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Iġru Wara d-Devozzjoni Lejn Alla Bħala Kristjani Mgħammdin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 4/15 pp. 11-16

Nitgħallmu s-​Sigriet Sagru tad-​Devozzjoni Lejn Alla

“Anki Kristu bata għalikom, Billi ħallielkom mudell għalikom biex issegwu l-​passi tiegħu mill-​qrib.”—1 PIETRU 2:21.

1. X’kien l-​iskop taʼ Jehovah rigward “is-​sigriet sagru tad-​devozzjoni lejn Alla”?

“IS-​SIGRIET sagru taʼ din id-​devozzjoni lejn Alla” m’għadux sigriet! (1 Timotew 3:16) Kemm hu differenti dan mis-​sigrieti tar-​reliġjon falza, bħat-​Trinità mistika, li jibqgħu sigrieti! Ħadd ma jistaʼ jifhimhom. Minflok, Jehovah kellu l-​iskop li s-​sigriet sagru mikxuf fil-​persuna taʼ Ġesù Kristu għandu jingħata l-​iktar pubbliċità possibbli. Ġesù nnifsu sar l-​eżempju li jispikka taʼ xandâr żeluż tas-​Saltna t’Alla. Nistgħu nitgħallmu ħafna mill-​messaġġ u l-​manjiera taʼ ppridkar tiegħu, kif se naraw issa.

2. L-​imministrar taʼ Ġesù għala ġie mqiegħed qabel ir-​rahan? (Mattew 20:28)

2 Ejjew, mela, nikkunsidraw iżjed dwar li Ġesù sar “magħmul jidher fil-​laħam.” (1 Timotew 3:16) F’Mattew 20:28 naqraw li Ġesù “ġie, mhux biex ikun imministrat, iżda biex jimministra u biex jagħti ruħu bħala rahan bi bdil maʼ ħafna.” Dan saħansitra jpoġġi l-​imministrar tiegħu qabel ir-​rahan. Dan għala? Iva, lura f’Għeden is-​Serpent makakk kien argumenta dwar id-​dritt tas-​sovranità taʼ Jehovah fuq l-​umanità, billi implika li l-​ħolqien t’Alla kien difettuż u li taħt prova l-​ebda bniedem ma setaʼ jżomm l-​integrità lejn l-​Aktar Għoli. (Qabbel Ġob 1:6-12; 2:l-10.) Il-​ministeru impekkabbli taʼ Ġesù bħala bniedem perfett, “l-​aħħar Adam,” wera kemm l-​isfidant Satana kien giddieb mill-​agħar. (1 Korintin 15:45) Barra minn dan, Ġesù ta prova bis-​sħiħ dwar il-​kwalifiki tiegħu biex jaqdi bħala l-​“Aġent Ewlieni u Salvatur” t’Alla u biex ”jiġġudika lill-​art abitata fit-​tjieba,” f’li jivvendika s-​sovranità taʼ Jehovah.—Atti 5:31; 17:31.

3. Ġesù kif wera kompletament il-​falzità tal-​isfida taʼ Satana?

3 Ġesù wera kompletament il-​falzità tal-​isfida provokanti taʼ Satana! Matul l-​istorja kollha, l-​ebda bniedem fuq l-​art ma qeda lil Alla b’tant devozzjoni—minkejja redikular, swat, u torturi fiziċi u mentali. Kristu kellu jissaporti tmaqdir midgħi bħala l-​Iben t’Alla. Matul dan kollu—saħansitra sa mewta krudila u taʼ diżunur—hu żamm sod, bla ma jitħarrek fil-​lejaltà lejn Missieru. Fil-​Filippin 2:8, 9, Pawlu jikteb li peress li Ġesù obda’ sal-​mewt, iva, mewt fuq zokk tat-​tortura, Alla għollieh u tah l-​isem li hu fuq kull isem ieħor.’ Ġesù kixef lil Satana bħala l-​giddieb velenuż li hu!

4. Ġesù għala setaʼ jgħid lil Pilatu li hu kien ġie fid-​dinja biex jagħti xiehda għall-​verità?

4 B’hekk, fil-​konklużjoni taʼ biss ftit snin taʼ pridkar intensiv, Ġesù setaʼ jixhed bil-qlubija lil Ponzju Pilatu: “Int innifsek qed tgħid li jien sultan. Għal dan jien twelidt, u għal dan jien ġejt ġewwa d-​dinja, biex nagħti xiehda għall-​verità. Kulmin qiegħed fuq in-​naħa tal-​verità jismaʼ leħni.” (Ġwann 18:37) Ġesù kien wera devozzjoni lejn Alla superlattiva f’li jxandar il-​verità tas-​Saltna t’Alla mal-​Palestina kollha. Hu ħarreġ lid-​dixxipli tiegħu biex ikunu predikaturi żelużi wkoll. Kemm iqanqalna l-​eżempju tiegħu biex insegwu l-​passi tiegħu llum!

Nitgħallmu mill-​Eżemplar Tagħna

5. X’nistgħu nitgħallmu dwar id-​devozzjoni lejn Alla billi nħarsu fissi lejn Ġesù?

5 Bid-​devozzjoni tagħna lejn Alla f’li nagħmlu r-​rieda taʼ Jehovah, aħna wkoll nistgħu noħorġu lix-​Xitan taʼ giddieb. Huma x’inhuma l-​provi li nġarrbu, l-​ebda waħda qatt ma se tkun daqs l-​aguniji u l-​indinjitajiet imġarrba minn Ġesù. Ejjew, mela, nitgħallmu mill-​Eżemplar tagħna. Kif iħeġġiġna Ebrej 12:1, 2, jalla niġru t-​tellieqa bis-​sabar fit-​tul “hekk kif aħna nħarsu fissi lejn l-​Aġent Ewlieni u Dak li Jipperfezzjoni l-​fidi tagħna, Ġesù.” Kuntrarju għal Adam, li falla meta ġie pruvat rigward id-​devozzjoni lejn Alla, Ġesù sar l-​uniku raġel fuq l-​art li għadda l-​provi kollha b’mod perfett. Sal-​mewt, hu wera li kien “lejali, bla ħtija, bla mniġġes, mifrud mill-​midinbin.” (Ebrej 7:26) B’integrità impekkabbli, hu setaʼ jgħid lill-​egħdewwa tiegħu: “Min minnkom jixlini bi dnub?” Ġesù tefaʼ lura lil Satana l-​isfida tiegħu, billi ddikjara: “Il-​ħakkiem tad-​dinja . . . m’għandu ebda awtorità fuqi.” U biex jikkonkludi t-​taħdita finali tiegħu mad-​dixxipli tiegħu qabel it-​tradiment u l-​arrest tiegħu, hu qalilhom: “Agħmlu kuraġġ! Jien ikkonkwistajt id-​dinja.” —Ġwann 8:46; 14:30; 16:33.

6. (a) Ġesù għala jaf xi kwalità taʼ serħan hu meħtieġ mill-​umanità? (b) Sa liema punt wera Ġesù l-​biża t’Alla?

6 Fil-​laħam hawn fuq l-​art, Ġesù ġarrab xi jfisser li tkun bniedem, “ftit iżgħar mill-​anġli.” (Ebrej 2:7) Hu sar familjari mad-​djufijiet umani u b’hekk hu armat tajjeb biex jaqdi bħala s-​Sultan u l-​Imħallef tal-​bnedmin għal elf sena. Dan l-​Iben t’Alla, li qal, “Ejjew għandi, intom ilkoll li taħdmu iebes u mgħobbijin wisq, u jien se nserraħkom,” jaf xi kwalità taʼ serħan hu meħtieġ mill-​umanità. (Mattew 11:28) Ebrej 5:7-9 igħidilna: “Fil-​jiem tal-​laħam tiegħu Kristu offra tħannin u wkoll petizzjonijiet lil dak li sataʼ jsalvah mill-​mewt, b’għajjat qawwi u dmugħ, u kien mismugħ b’favur minħabba l-​biżaʼ tiegħu minn Alla. Għalkemm kien Iben, hu tgħallem l-​ubbidjenza mill-​affarijiet li sofra; u wara li ntgħamel perfett [fl-ubbidjenza] sar responsabbli għal salvazzjoni dejjiema għal dawk kollha li jobduh.” Ġesù ma tħarrikx, avolja kellu jissaporti sal-​punt li jġarrab in-​niggieża tal-​mewt umana f’li jirċievi ‘ferita fil-​għarqub’ mis-​Serpent taʼ mibgħeda. (Ġenesi 3:15) Bħal Ġesù, jalla aħna dejjem nuru biżaʼ t’Alla, saħansitra sal-​mewt jekk hemm bżonn, fiduċjużi li Alla Jehovah se jismaʼ t-​tħanniniet tagħna u jagħtina s-​salvazzjoni.

Ingħixu Għat-​Tjieba

7. Skond l-​1 Pietru 2:2l-24, x’mudell ħallielna Ġesù, u l-​korsa tiegħu kif għandha teffettwana?

7 Meta ġie magħmul jidher fil-​laħam, Ġesù bil-​lejaltà kixef is-​sigriet sagru tad-​devozzjoni lejn Alla. Naqraw fl-​1 Pietru 2:2l-24: “Anki Kristu bata għalikom, billi ħallielkom mudell għalikom biex issegwu l-​passi tiegħu mill-​qrib. Hu ma kkommetta ebda dnub, lanqas ma nstab qerq ġewwa fommu. Meta kien qed jiġi nsultat, ma marx jinsulta lura. Meta kien qed ibati, ma marx ihedhed, iżda baqaʼ jikkommetti ruħu lil dak li jiġġudika bit-​tjieba. Hu nnifsu ġarr id-​dnubiet tagħna f’ġismu stess fuq iz-​zokk, sabiex aħna nistgħu neħilsu mid-​dnubiet u ngħixu għat-​tjieba.” Hekk kif nimmeditaw fuq il-​korsa taʼ Ġesù, kemm tinkuraġġina biex insegwu d-​devozzjoni lejn Alla, biex inżommu l-​integrità, u biex ingħixu għat-​tjieba kif għamel hu!

8. Kif nistgħu ngħixu għat-​tjieba kif għamel Ġesù?

8 Ġesù verament għex għat-​tjieba. Salm 45:7 profetizza dwaru: “Inti ħabbejt it-​tjieba u tobgħod il-​ħażen.” Billi applika dak il-​kliem għal Ġesù, l-​appostlu Pawlu f’Ebrej 1:9 qal: “Int ħabbejt it-​tjieba, u int bgħadt in-​nuqqas taʼ żamma tal-​liġi.” Fid-​dawl tal-​fehma tagħna tas-​sigriet sagru taʼ din id-​devozzjoni lejn Alla, jalla aħna bħal Ġesù dejjem inħobbu dak li hu taʼ tjieba u nobogħdu dak li hu ħażin. Fil-​morali Kristjani, illum tant attakkati b’mod feroċi mid-​dinja taʼ Satana, u fil-​kuntatti tagħna kollha maʼ dawk ġewwa u barra l-​organizzazzjoni t’Alla, ejjew inkunu determinati li ngħixu għat-​tjieba, billi nappoġġjaw il-​prinċipji tajbin taʼ Jehovah. U ejjew kontinwament niffesteġġaw fil-​Kelma t’Alla sabiex ikollna d-​dehen divin tant essenzjali biex nirreżistu lix-​Xitan u l-​pjanijiet tiegħu!

9. X’żied iż-​żelu taʼ Ġesù fil-​ministeru, u dan involva liema ħaġa rigward ir-​ragħajja reliġjużi foloz?

9 Xi ħaġa oħra qanqlet lil Ġesù biex ikun żeluż fil-​ministeru tiegħu. X’kienet din? F’Mattew 9:36 naqraw: “Malli ra l-​folol huwa tħassarhom, għaliex kienu mqaxxrin u mitfugħin ’il hawn u ’l hemm bħal ngħaġ mingħajr ragħaj.” Għalhekk Ġesù “beda jgħallimhom ħafna affarijiet.” (Mark 6:34) B’neċessità, dan kien jinvolvi l-​kxif tal-​ħażen u tal-​ksur tal-​liġi tar-​ragħajja reliġjużi foloz. Skond Mattew 15:7-9, Ġesù qal lil uħud minn dawn: Ja ipokriti, sewwa pprofetizza dwarkom Isaija, meta qal, ‘Dan il-​poplu jonorani b’xofftejhom, iżda qalbhom imbiegħda minni. Għalxejn jibqgħu jqimuni, għaliex igħallmu kmandi tal-​bnedmin bħala duttrini.’”

Misteru Mistmerr

10. Illum, “il-​misteru taʼ dan in-​nuqqas taʼ ħarsien tal-​liġi” jiċċentra fuq min, u taʼ xiex huma ħatja?

10 Bħalma Ġesù tkellem bil-​miftuħ kontra mexxejja reliġjużi foloz, l-​istess aħna llum nistmerru misteru li jispikka f’kuntrast qawwi mas-​sigriet sagru tad-​devozzjoni lejn Alla. Fit-​2 Tessalonkin 2:7, Pawlu sejjaħlu “l-​misteru taʼ dan in-​nuqqas taʼ ħarsien tal-​liġi.” Kien misteru fl-​ewwel seklu E.K. għaliex ma kellux jinkixef sa ħafna żmien wara l-​mewt tal-​appostli. Illum, huwa jiċċentra fuq il-​kleru tal-​Kristjaneżmu, li hu iktar interessat fil-​politika milli f’li jiddikjara l-​aħbar tajba tas-​Saltna taʼ tjieba t’Alla. L-​ipokrezija hija abbundanti fosthom. Evanġelisti tat-​televiżjoni tas-​setet Protestanti tal-​Kristjaneżmu huma eżempju notevoli: imposturi li jġiżżu l-​merħliet tagħhom, jibnu imperi taʼ ħafna miljuni taʼ dollari, jgħixu maʼ prostituti, jibku biki tal-​kukkudrilli meta huma nfushom jinkixfu, u jibqgħu jittallbu għall-​flus, dejjem iżjed flus. Il-​Vatikan tal-​Kattoliċiżmu Ruman jippreżenta stampa qarsa simili, bil-​konnessjonijiet politiċi bla skrupli tiegħu, il-​pompa fuq barra, u l-​prattiċi bankarji korrotti.

11. X’se jiġrilhom il-​kleru tal-​Kristjaneżmu u Babilonja l-​Kbira kollha?

11 Mhux taʼ b’xejn li l-​klassi tal-​kleru tal-​Kristjaneżmu tistaʼ tiġi identifikata bħala “r-​raġel taʼ bla liġi”! (2 Tessalonkin 2:3) Din il-​parti dominanti taʼ Babilonja l-​Kbira bħal prostituta se tiġi mikxufa u meqruda għalkollox, flimkien mal-​bqija tar-​reliġjon falza. Kif naqraw f’Rivelazzjoni 18:9-17, politikanti u merkanti (u l-​bankiera tagħhom) imbagħad se jnewħu: “X’ħasra, x’ħasra, int belt kbira!” Babilonja l-​Kbira u l-​misteri tagħha se jkunu ġew mikxufin, f’kuntrast kbir maʼ dak kollu li jdawwal is-​sigriet sagru tad-​devozzjoni lejn Alla.

12. L-​imħabba taʼ Ġesù għat-​tjieba wasslitu biex jagħmel liema ħaġa?

12 L-​imħabba taʼ Ġesù għat-​tjieba u l-​mibgħeda għan-​nuqqas taʼ ħarsien tal-​liġi wassluh biex jirsisti bla waqfien għan-​nom tal-​qima vera. Fl-​ewwel żjara tiegħu lil Ġerusalemm bħala l-​Iben midluk t’Alla, Kristu tefaʼ ’l barra lin-​negozjanti u s-​sarrafa tal-​flus mit-​tempju, billi ddikjara: “Ħudu dawn l-​affarijiet minn hawn! Ieqfu milli tagħmlu d-​dar taʼ Missieri dar tal-​merkanzija!” (Ġwann 2:13-17) Fi żjara oħra wara din lit-​tempju, Ġesù qal lil-​Lhud li kienu jopponu: “Intom minn missierkom ix-​Xitan, u tixtiequ tagħmlu x-​xewqat taʼ missierkom. Dak il-​wieħed kien qattiel meta beda, u ma żammx sħiħ fil-​verità, għaliex il-​verità mhix fih. Meta jgħid il-​gidba, hu jitkellem skond ix-​xeħta tiegħu, għaliex hu giddieb u missier il-​gidba.” (Ġwann 8:44) X’kuraġġ wera Ġesù f’li qalilhom f’wiċċhom lil dawk ir-​reliġjonisti li kienu giddieba u wlied ix-​Xitan!

13. (a) Fejn b’mod speċjali hi esprimuta l-​mibgħeda taʼ Ġesù għan-​nuqqas taʼ ħarsien tal-​liġi? (b) Il-​kleru bla liġi għala jixraqlu ġudizzju simili għal dak pronunzjat minn Ġesù fuq l-​iskribi u l-​Fariżej?

13 Il-​mibgħeda taʼ Ġesù għan-​nuqqas taʼ ħarsien tal-​liġi mkien m’hi esprimuta aħjar milli fid-​denunzja li tniggeż tiegħu tal-​iskribi u l-​Fariżej malizzjużi, kif insibu f’Mattew kapitlu 23. Hemm hu jippronunzja “gwaj” għal sebaʼ darbiet, billi jqabbilhom maʼ ‘oqbra mbajda mimlijin b’kull xorta taʼ nuqqas taʼ ndafa, ipokrezija u nuqqas taʼ ħarsien tal-​liġi.’ Kemm ixxennaq Ġesù biex jeħles lin-​nies oppressati minn dak in-​nuqqas taʼ ħarsien tal-​liġi! “Ġerusalemm,” għajjat b’leħen għoli, “kemm-il darba ridt niġbor lit-​tfal tiegħek flimkien, bil-​mod li qroqqa tiġbor il-​flieles tagħha flimkien taħt ġwenħajha! Iżda intom ma ridtuhiex. Ħares! Darkom hi abbandunata għalikom.” (Versi 37, 38) Il-​kleru taʼ bla liġi taʼ żmienna jixraqlu ġudizzju simili għaliex, fil-​kliem tat-​2 Tessalonkin 2:12, ‘huma ma jemmnux il-​verità imma jieħdu pjaċir bin-​nuqqas taʼ tjieba.’ In-​nuqqas taʼ ħarsien tagħhom tal-​liġi huwa l-​oppost eżatt tad-​devozzjoni lejn Alla li Ġesù wera b’mod tant lejali meta kien hawn fuq l-​art.

Niddikjaraw il-​Ġudizzji t’Alla

14. Apprezzament għas-​sigriet sagru tad-​devozzjoni lejn Alla għandu jqanqalna biex nagħmlu liema ħaġa?

14 L-​apprezzament tagħna għas-​sigriet sagru tad-​devozzjoni lejn Alla għandu jwassalna dejjem biex insegwu l-​passi taʼ Ġesù mill-​qrib. Bħalu, għandna nkunu żelużi f’li nipproklamaw dak li Isaija 61:2 jiddeskrivi bħala “s-​sena taʼ rieda tajba min-​naħa taʼ Jehovah u jum il-​vendetta min-​naħa t’Alla tagħna.” U jalla b’mod żeluż nagħmlu l-​parti tagħna ‘biex infarrġu lill-​imnikktin.’ Bħal meta Ġesù kien fuq l-​art, jirrikjedi kuraġġ illum biex aħna niddikjaraw il-​ġudizzji taʼ Jehovah, inkluzi l-​messaġġi qawwija f’artikli diretti tat-​Torri tal-​Għassa u fil-​ktieb Revelation—Its Grand Climax At Hand! Aħna rridu nippridkaw bil-​qlubija u bit-​tattika, kliemna jkun “imħawwar bil-​melħ” sabiex ikun taʼ togħma tajba għal dawk inklinati lejn it-​tjieba. (Kolossin 4:6) Billi nkunu tgħallimna mill-​eżempju taʼ Ġesù taʼ devozzjoni lejn Alla, jalla nkunu nistgħu nirrapportaw fiż-​żmien xieraq li temmejna x-​xogħol li Jehovah tana x’nagħmlu.—Mattew 24:14; Ġwann 17:4.

15. Rigward is-​sigriet sagru t’Alla, x’ġara mill-​1914 ’il hawn?

15 Waqt li kien magħmul jidher fil-​laħam, x’Eżemplar jiddi kien Ġesù! Kemm ġie mwettaq ċar fih is-​sigriet sagru taʼ devozzjoni lejn Alla! Kemm igglorifika bil-​qlubija l-​isem taʼ Jehovah! U kemm ippremjah b’mod meraviljuż Missieru tal-​korsa tiegħu taʼ żamma taʼ integrità! Iżda hemm saħansitra iżjed fis-​sigriet sagru t’Alla. Mill-​1914 ’il hawn qegħdin ingħixu f’“jum il-​Mulej.” (Rivelazzjoni 1:10) Kif jistqarr Rivelazzjoni 10:7, huwa ż-​żmien meta ‘s-​sigriet sagru t’Alla skond l-​aħbar tajba għandu jinġieb lejn tmiem.’ Ilħna tas-​sema issa pproklamaw: “Is-​saltna tad-​dinja tassew saret is-​saltna tal-​Mulej tagħna [Jehovah] u tal-​Kristu tiegħu, u hu se jaħkem bħala sultan għal dejjem taʼ dejjem.” (Rivelazzjoni 11:15) Jehovah ħatar lis-​Sultan Messjaniku, Ġesù Kristu, fuq it-​tron glorjuż tiegħu biex ikun mexxej imsieħeb Miegħu!

16. Is-​Sultan appena nkurunat, Ġesù Kristu, kif wera malajr l-​istima tiegħu għat-​tjubija fis-​sema?

16 Bħala mexxej imsieħeb maʼ Alla fis-​Saltna li għadha kemm twieldet, Ġesù huwa msejjaħ ukoll Mikael (li jfisser “Min Hu Bħal Alla?”). L-​ebda ribell qatt ma jistaʼ jirnexxilu jsir bħal Alla, u s-​Sultan appena nkurunat malajr wera dan billi waddab lis-​Serpent oriġinali, Satana, u l-​anġli tiegħu ’l isfel lejn l-​art. (Rivelazzjoni 12:7-9) Iva, Ġesù għandu stima għat-​tjubija fis-​sema, l-​istess bħalma wera devozzjoni lejn Alla waqt li kien fuq l-​art. Ġesù gglorifikat mhux se jistrieħ qabel ikun qered għalkollox ir-​reliġjon falza u jtemm bis-​sħiħ l-​organizzazzjoni taʼ Satana, li tidher u li ma tidhirx.

17. Mill-​1914 ’il hawn, x’qed jiġri bi twettieq taʼ Mattew 25:3l-33?

17 Mill-​1914 ’il hawn it-​twettieq tal-​profezija taʼ Ġesù stess f’Mattew 25:3l-33 dawlet b’mod li jiddi s-​sigriet sagru t’Alla. Hemm Ġesù ddikjara: “Meta Bin il-​bniedem jasal fil-​glorja tiegħu, u l-​anġli kollha miegħu, imbagħad se joqgħod bil-​qiegħda fuq it-​tron glorjuż tiegħu. U l-​ġnus kollha se jinġabru quddiemu, u hu se jifred lin-​nies wieħed mill-​ieħor, sewwa sew bħalma ragħaj jifred in-​ngħaġ mill-​mogħoż. U se jqiegħed lin-​ngħaġ fuq idu l-​leminija, iżda l-​mogħoż fuq ix-​xellug tiegħu.” Mill-​punt vantaġġuż tiegħu fis-​smewwiet, dan is-​Sultan glorjuż, Imħallef, u Avukat tad-​devozzjoni lejn Alla se jġib vendetta, l-​ewwel fuq il-​bniedem taʼ nuqqas taʼ ħarsien tal-​liġi u partijiet oħra taʼ Babilonja l-​Kbira, u mbagħad fuq l-​elementi kollha li jibqaʼ u wħud bħal mogħoż li jappoġġaw l-​organizzazzjoni mill-​agħar taʼ Satana fuq l-​art. Satana mbagħad jintefaʼ fl-​abbiss. (Rivelazzjoni 20:l-3) Iżda “l-​uħud taʼ tjieba” bħal ngħaġ se jidħlu fil-​ħajja taʼ dejjem. (Mattew 25:46) Jalla l-​ġiri tiegħek wara d-​devozzjoni lejn Alla jpoġġik f’dak il-​grupp taʼ nies retti!

18. Xi privileġġ glorjuż għandna f’konnessjoni mas-​sigriet sagru tad-​devozzjoni lejn Alla?

18 Rivelazzjoni 19:10 jinkuraġġina biex ‘inqimu ’l Alla.’ U għala? L-​Iskrittura tissokta tgħid: “Għax il-​għoti taʼ xiehda dwar Ġesù hu dak li jnebbaħ l-​ipprofetizzar.” Għadd kbir mill-​profeziji spirati taʼ żmien il-​qedem taw xiehda għal Ġesù! U hekk kif dawn il-​profeziji ġew imwettqin, is-​sigriet sagru t’Alla sar ċar daqs il-​kristall. Aħna nifirħu, għalhekk, li nkunu nafu li s-​sigriet sagru taʼ din id-​devozzjoni lejn Alla ġie ppersonifikat f’Ġesù. Ipprivileġġati b’mod meraviljuż aħna li nsegwu fil-​passi tiegħu bħala ministri umlin tas-​Saltna t’Alla. Iva, aħna onorati li nieħdu sehem f’li nifhmu u nipproklamaw is-​sigriet sagru kollu t’Alla skond l-​aħbar tajba!

Kif Se Twieġeb?

◻ X’nistgħu nitgħallmu mill-​eżempju taʼ Ġesù taʼ devozzoni lejn Alla?

◻ Kif nistgħu ngħixu għat-​tjieba kif għamel Ġesù?

◻ Liema misteru mistmerr jispikka f’kuntrast qawwi mas-​sigriet sagru tad-​devozzjoni lejn Alla?

◻ L-​apprezzament tagħna għas-​sigriet sagru tad-​devozzjoni lejn Alla għandu jqanqalna biex nagħmlu liema ħaġa?

[Stampa f’paġna 12]

Bħala avukat tad-​devozzjoni lejn Alla u xandâr żeluż tas-​Saltna, Ġesù setaʼ jgħid lil Pilatu: “Għal dan jien ġejt ġewwa d-​dinja, biex nagħti xiehda għall-​verità”

[Stampa f’paġna 14]

Id-​devozzjoni lejn Alla taʼ Ġesù ġiet esprimuta meta hu akkuża pubblikament lill-​iskribi u l-​Fariżej

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja