LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa—2004 | Diċembru 1
    • Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

      Ġesù rxoxtat għala stieden lil Tumas biex imissu mentri qabel ma kienx ħalla lil Marija l-​Maddalena tagħmel hekk?

      Xi traduzzjonijiet tal-​Bibbja jagħtu l-​impressjoni li Ġesù qal lil Marija l-​Maddalena biex ma tmissux. Per eżempju, it-​traduzzjoni taʼ l-​Għaqda Biblika Maltija tittraduċi l-​kliem taʼ Ġesù b’dan il-​mod: “La tmissnix, għax għadni ma tlajtx għand il-​Missier.” (Ġwanni 20:17) Madankollu, il-​verb oriġinali bil-​Grieg, li ġeneralment jiġi tradott “mess,” ifisser ukoll “qabad maʼ, iddendel maʼ, iggranfa maʼ, żamm.” Mela b’mod raġunat, Ġesù ma qalx lil Marija l-​Maddalena biex ma tmissux, ladarba lil nisa oħra li kienu ħdejn il-​qabar ħalliehom ‘jaqbdulu saqajh.’—Mattew 28:9.

      Ħafna traduzzjonijiet b’lingwaġġ modern, bħat-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Griega Kristjana, The New Jerusalem Bible, u The New English Bible, jgħinuna nifhmu t-​tifsir veru tal-​kliem taʼ Ġesù billi jittraduċuh hekk: “Tibqax imqabbda miegħi.” Ġesù għala qalilha hekk lil Marija l-​Maddalena, li kienet ħabiba tiegħu?—Luqa 8:1-3.

      X’aktarx li Marija l-​Maddalena bdiet tibżaʼ li Ġesù dalwaqt kien se jitlaq u jitlaʼ s-​sema. Minħabba x-​xewqa qawwija li tkun mal-​Mulej tagħha, hi qabdet maʼ Ġesù u żammitu sod biex ma tħallihx jitlaq. Sabiex jiżguraha li ma kienx sejjer għal issa, Ġesù qal lil Marija biex ma tibqax imqabbda miegħu imma minflok tmur tgħid lid-​dixxipli tiegħu bl-​aħbar li kien irxoxta.—Ġwanni 20:17.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa—2004 | Diċembru 1
    • B’hekk, fil-​każ taʼ Marija l-​Maddalena, Ġesù kien qed jieħu ħsieb sitwazzjoni li fiha persuna kellha x-​xewqa żbaljata li ma tħallihx jitlaq; fil-​każ taʼ Tumas, Ġesù kien qed jgħin lil xi ħadd li kellu d-​dubji. Fiż-​żewġ każi, Ġesù kellu raġunijiet tajbin biex jagħmel dak li għamel.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja