LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Hu ħabbna l-ewwel”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • L-​Akbar Att taʼ Mħabba

      4. Wieħed suldat Ruman kif irrealizza li Ġesù ma kienx xi bniedem komuni, u xi kkonkluda dak is-​suldat?

      4 Iċ-​ċenturjun Ruman li dderieġa l-​qtil taʼ Ġesù baqaʼ mistagħġeb kemm bid-​dalma li waqgħet qabel ma miet Ġesù u kemm bit-​terremot qawwi li seħħ wara. “Dan kien tassew Bin Alla!” qal hu. (Mattew 27:54) B’mod ċar, Ġesù ma kienx xi bniedem komuni. Dak is-​suldat kien għen biex jinqatel l-​Iben uniġenitu taʼ l-​Alla l-​Iktar Għoli! Eżattament, kemm kien għażiż dan l-​Iben għal Missieru?

      5. Kif jistaʼ jiġi spjegat l-​ammont vast taʼ żmien li Jehovah u Ibnu qattgħu flimkien fis-​sema?

      5 Il-​Bibbja ssejjaħ lil Ġesù “l-​ewwel imwieled mill-​ħolqien kollu.” (Kolossin 1:15, NW) Aħseb ftit—l-​Iben taʼ Jehovah kien jeżisti qabel l-​univers fiżiku. Allura, kemm kienu ilhom flimkien il-​Missier u l-​Iben? Xi xjenzati jikkalkulaw li l-​univers ilu jeżisti għal 13-​il biljun sena. Tistaʼ timmaġina biss kemm hu twil dan iż-​żmien? Sabiex in-​nies ikunu jistgħu jifhmu kemm ilu jeżisti l-​univers skond ma kkalkulaw ix-​xjenzati, f’wieħed mill-​planetarji li jeżistu fid-​dinja hemm tabella kronoloġika twila 110 metri. Hekk kif il-​viżitaturi jimxu tul din it-​tabella, kull pass li jagħmlu jirrappreżenta madwar 75 miljun sena fil-​ħajja taʼ l-​univers. Fl-​aħħar tat-​tabella, l-​istorja kollha tal-​bniedem hija mmarkata b’sinjal wieħed biss, oħxon daqs xagħra taʼ bniedem! Madankollu, anki li kieku dan il-​kalkolu huwa korrett, dik it-​tabella kronoloġika kollha m’hijiex twila biżżejjed biex tirrappreżenta t-​tul taʼ ħajja taʼ Bin Jehovah! X’qagħad jagħmel matul dak il-​perijodu twil ħafna taʼ żmien?

      6. (a) L-​Iben taʼ Jehovah x’qagħad jagħmel matul l-​eżistenza tiegħu qabel sar bniedem? (b) X’tip taʼ rabta teżisti bejn Jehovah u Ibnu?

      6 L-​Iben qeda bil-​ferħ bħala l-​“ħaddiem tas-​sengħa” taʼ Missieru. (Proverbji 8:30, NW) Il-​Bibbja tgħid: “Xejn ma sar mingħajru [l-​Iben].” (Ġwanni 1:3) Mela Jehovah u Ibnu ħadmu flimkien biex l-​affarijiet l-​oħra kollha bdew jeżistu. Min jaf kemm kellhom mumenti eċċitanti u hienja! Issa, ħafna jaqblu li l-​imħabba li teżisti bejn ġenitur u ibnu hija b’saħħitha ferm. U l-​imħabba “hi rabta perfetta li tgħaqqad.” (Kolossin 3:14, NW) Mela, min minna jistaʼ qatt jibda biex jifhem x’qawwa għandha rabta li ilha teżisti għal dan it-​tul immens taʼ żmien? B’mod ċar, Alla Jehovah u Ibnu huma magħqudin bl-​iktar rabta soda taʼ mħabba li qatt ġiet ifformata.

      7. Meta Ġesù tgħammed, Jehovah kif esprima s-​sentimenti tiegħu għal Ibnu?

      7 Minkejja dan, il-​Missier bagħat lil Ibnu fuq l-​art biex jitwieled bħala tarbija umana. Dan kien ifisser li għal xi għexur taʼ snin, Jehovah kellu jgħaddi mingħajr is-​sħubija intima taʼ Ibnu l-​maħbub fis-​sema. B’interess profond, Hu mis-​sema qagħad josserva lil Ġesù u rah jikber u jsir raġel perfett. Meta kellu madwar 30 sena, Ġesù tgħammed. M’għandniex għalfejn naqtgħu kif Jehovah ħassu dwaru. Il-​Missier tkellem personalment mis-​sema: “Dan hu Ibni l-​għażiż: fih sibt l-​għaxqa tiegħi.” (Mattew 3:17) Min jaf kemm kien ferħan Missieru meta ra li Ġesù wettaq fedelment dak kollu li kien ġie profetizzat, kulma kien mitlub minnu!—Ġwanni 5:36; 17:4.

      8, 9. (a) Ġesù minn xiex kellu jgħaddi nhar l-​14 taʼ Nisan tas-​sena 33 E.K., u Missieru tas-​sema kif kien effettwat? (b) Jehovah għala ħalla lil Ibnu jbati u jmut?

      8 Iżda, Jehovah kif ħassu fl-​14 taʼ Nisan tas-​sena 33 E.K.? Kif ħassu meta ra lil Ibnu jiġi tradut u mbagħad arrestat bil-​lejl minn marmalja? Meta Ġesù ġie abbandunat minn ħbiebu u deher quddiem l-​awtoritajiet b’mod illegali? Meta twaqqaʼ għaċ-​ċajt, beżqulu, u tawh bil-​ponn? Meta fflaġellawh, b’dahru mfellel bis-​swat? Meta sammruh minn idejh u saqajh ma’ zokk taʼ l-​injam u tħalla hemm imdendel waqt li n-​nies qagħdu jżebilħuh? Kif ħassu l-​Missier hekk kif Ibnu l-​għażiż beda jgħajjatlu fl-​eqqel taʼ l-​agunija tiegħu? Kif ħassu Jehovah hekk kif Ġesù ħa l-​aħħar nifs taʼ ħajtu, u għall-​ewwel darba mill-​bidu tal-​ħolqien kollu, l-​għażiż Ibnu waqaf jeżisti?—Mattew 26:14-​16, 46, 47, 56, 59, 67; 27:38-​44, 46; Ġwanni 19:1.

      “Alla . .  ta lil Ibnu l-waħdieni”

      9 Dan kollu jħallina bla kliem. Ladarba Jehovah għandu sentimenti, l-​uġigħ li ħass minħabba l-​mewt taʼ Ibnu ħadd ma jistaʼ jsib kliem biex jesprimih. Dak li nistgħu nesprimu huwa l-​motiv għala Jehovah ħalla dan jiġri. Il-​Missier għala ħalla lilu nnifsu jġarrab dawn is-​sentimenti? Jehovah jirrivelalna xi ħaġa taʼ l-​għaġeb fi Ġwanni 3:16—vers mill-​Bibbja tant importanti li ġie msejjaħ l-​Evanġelju fiċ-​ċokon. Dan jgħid: “Alla hekk ħabb lid-​dinja li ta lil Ibnu l-​waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” Mela l-​motiv taʼ Jehovah kien dan: l-​imħabba. Ir-​rigal taʼ Jehovah—li bagħat lil Ibnu biex ibati u jmut għalina—kien l-​akbar att taʼ mħabba li qatt sar.

  • “Hu ħabbna l-ewwel”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • 12 A·gaʹpe tirreferi għal imħabba gwidata minn prinċipju. Mela tfisser iktar minn sempliċement reazzjoni emozzjonali għal dak li persuna oħra tgħid jew tagħmel. Tinkludi ħafna iktar affarijiet u bażikament tintwera b’ħafna iktar ħsieb u intenzjoni. Fuq kollox, a·gaʹpe ma tinvolvi l-​ebda sinjal taʼ egoiżmu. Per eżempju, erġaʼ ara Ġwanni 3:16. X’inhi “d-​dinja” li Alla tant ħabbha li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu? Hija d-​dinja taʼ bnedmin li jistgħu jiġu mifdijin. Din tinkludi lil ħafna nies li qed jgħixu ħajja midinba. Iħobb Jehovah lil kull wieħed minnhom bħala ħabib persunali, l-​istess kif kien iħobb lil-​leali Abraham? (Ġakbu 2:23) Le, imma Jehovah bi mħabba jestendi tjubija lejn kulħadd, anki jekk dan ikun ifisser sagrifiċċju kbir għalih. Hu jrid li kulħadd jindem u jirranġa triqtu. (2 Pietru 3:9) Ħafna hekk jagħmlu. Lil dawn hu jilqagħhom b’idejh miftuħa bħala l-​ħbieb tiegħu.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja