LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • It-Toroq Rumani—Monumenti taʼ l-Inġinerija tal-Qedem
    It-Torri tal-Għassa—2006 | Ottubru 15
    • Madwar 900 sena wara li nbniet it-​Triq t’Appju, Prokopju, kittieb Biżantin taʼ l-​istorja, iddeskrivieha bħala “meraviljuża.” Dwar iċ-​ċangaturi li fformaw il-​wiċċ tagħha, hu kiteb: “Minkejja ż-​żmien twil li għadda u l-​bosta vetturi li għaddew minn fuqhom ġurnata wara l-​oħra, il-​kundizzjoni tagħhom baqgħet bla mittiefsa, u ma tilfux il-​wiċċ lixx tagħhom.”

  • It-Toroq Rumani—Monumenti taʼ l-Inġinerija tal-Qedem
    It-Torri tal-Għassa—2006 | Ottubru 15
    • Minkejja dan, l-​evanġelizzaturi Kristjani kienu jippjanaw u jagħmlu ħafna vjaġġi taʼ distanzi twal. L-​appostlu Pawlu, bħan-​nies taʼ żmienu, kellu d-​drawwa li jivvjaġġa bil-​baħar meta kien ikun sejjer lejn in-​naħa tal-​lvant, biex jieħu vantaġġ mill-​irjieħ li jonfħu spiss f’dawk l-​inħawi. (Atti 14:​25, 26; 20:3; 21:​1-3) Fil-​Mediterran, dawn l-​irjieħ jonfħu mill-​punent matul ix-​xhur tas-​sajf. Madankollu, meta Pawlu kien jivvjaġġa lejn il-​punent hu kien juża s-​sistema Rumana tat-​toroq. Billi żamm maʼ din is-​sistema, Pawlu organizza t-​tieni u t-​tielet vjaġġ missjunarju tiegħu. (Atti 15:36-​41; 16:​6-8; 17:​1, 10; 18:​22, 23; 19:1)a Madwar is-​sena 59 E.K., Pawlu vvjaġġa tul it-​Triq t’Appju lejn Ruma u ltaqaʼ maʼ sħabu fit-​twemmin fil-​Forum mimli attività t’Appji, jew is-​Suq t’Appju, 74 kilometru lejn ix-​xlokk taʼ Ruma. Oħrajn stennewh fit-​Tliet Taverni, post taʼ mistrieħ 14-il kilometru eqreb lejn Ruma. (Atti 28:​13-​15) Madwar is-​sena 60 E.K., Pawlu setaʼ jgħid li l-​aħbar tajba kienet ġiet pridkata “fid-​dinja kollha” kif kienet magħrufa dak iż-​żmien. (Kolossin 1:​6, 23) Is-​sistema tat-​toroq kellha rwol biex tagħmel dan possibbli.

  • It-Toroq Rumani—Monumenti taʼ l-Inġinerija tal-Qedem
    It-Torri tal-Għassa—2006 | Ottubru 15
    • [Stampa f’paġna 17]

      Pawlu ltaqaʼ maʼ sħabu fit-​twemmin fil-​Forum mimli attività t’Appji, jew is-​Suq t’Appju

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja