-
“Jagħtihom Xhieda fid-Dettall”Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
-
-
“Jippritkalhom Dwar is-Saltna t’Alla” (Atti 28:30, 31)
19. Pawlu kif għamel użu tajjeb miċ-ċirkustanzi tiegħu?
19 Luqa jikkonkludi r-rakkont tiegħu fuq nota verament pożittiva u taʼ mħabba billi qal: “[Pawlu] baqaʼ fid-dar li kera sentejn sħaħ, u kien jilqaʼ mill-qalb lil dawk kollha li kienu jmorru għandu. Hu kien jippritkalhom dwar is-Saltna t’Alla u jgħallem dwar il-Mulej Ġesù Kristu bl-akbar libertà tal-kelma u bla tfixkil.” (Atti 28:30, 31) X’eżempju mill-aqwa t’ospitalità, fidi, u żelu!
20, 21. Semmi xi eżempji taʼ dawk li bbenefikaw mill-ministeru taʼ Pawlu f’Ruma.
20 Wieħed minn dawk li Pawlu laqaʼ b’qalb tajba kien raġel jismu Oneżimu, ilsir li kien ħarab minn Kolossi. Pawlu għen lil Oneżimu jsir Kristjan, u Oneżimu, min-naħa tiegħu, sar ‘ħu maħbub u leali’ għal Pawlu. Fil-fatt, Pawlu ddeskrivieh bil-kliem “ibni, li sirt missieru.” (Kol. 4:9; Flm. 10-12) Min jaf kemm Oneżimu inkuraġġixxa lil Pawlu!a
21 Oħrajn ukoll ibbenefikaw mill-eżempju tajjeb taʼ Pawlu. Lill-Filippin, hu kitbilhom: “Dak li ġrali rriżulta fl-avanz taʼ l-aħbar tajba minflok il-kontra, għax l-irbit tiegħi fi sħubija maʼ Kristu sar jaf bih kulħadd fost il-Gwardja Pretorjana u l-oħrajn kollha; u l-biċċa l-kbira mill-aħwa fil-Mulej, billi jħossuhom fiduċjużi minħabba l-irbit tiegħi fil-ħabs, qed juru iktar u iktar kuraġġ biex jitkellmu l-kelma t’Alla bla biżaʼ.”—Flp. 1:12-14.
-
-
“Jagħtihom Xhieda fid-Dettall”Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
-
-
25, 26. Fi ftit inqas minn 30 sena, Pawlu liema profezija tal-għaġeb raha titwettaq, u dan kif jitqabbel maʼ żmienna?
25 Appostlu taʼ Kristu arrestat f’daru ‘jipprietka dwar is-Saltna t’Alla’ lil kull min kien iżuru—x’konklużjoni li tqawwi l-qalb għall-ktieb dinamiku tal-Atti! Fl-ewwel kapitlu qrajna l-inkarigu li Ġesù ta lis-segwaċi tiegħu meta qal: “Intom se tirċievu l-qawwa meta l-ispirtu qaddis jiġi fuqkom u se tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha, fis-Samarija, u fl-art kollha.” (Atti 1:8) Issa, inqas minn 30 sena wara, il-messaġġ tas-Saltna kien ġie pritkat “fil-ħolqien kollu li hu taħt is-sema.”d (Kol. 1:23) X’testimonjanza għall-qawwa tal-ispirtu t’Alla!—Żak. 4:6.
-