LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 2/1 p. 11
  • ‘Nitkellmu l-Kelma t’Alla bi Qlubija’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Nitkellmu l-Kelma t’Alla bi Qlubija’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Materjal Simili
  • Imita lil Ġesù—Ippriedka bil-Qlubija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • ‘Xandar il-Kelma t’Alla bil-Qlubija’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Kompli Xandar il-Kelma t’Alla bil-Qlubija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Egħleb il-Biżaʼ
    L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 2/1 p. 11

‘Nitkellmu l-​Kelma t’Alla bi Qlubija’

ALLA JEHOVAH jistaʼ jagħti qawwa lill-​qaddejja tiegħu biex ‘jitkellmu l-​Kelma t’Alla bil-​qlubija.’ (Atti 4:31) Saħansitra dawk iż-​żgħażagħ fil-​mogħdijiet tal-​verità tal-​Bibbja u bla esperjenza fl-​attività tal-​evanġelizzazzjoni m’għandhomx għalfejn iżommu lura milli jitkellmu l-​aħbar tajba bil-​qlubija. F’Côte d’Ivoire, żewġ pubblikaturi tal-​aħbar tajba kienu qed jieħdu sehem fil-​ministeru minn bieb għal bieb meta ltaqgħu maʼ professur tal-​università. Ix-​Xhud li kien iżgħar fl-​età, Seriki, billi ħassu mhux ikkwalifikat biex jitkellem maʼ raġel daqshekk taʼ skola ħalla lix-​Xhud l-​ieħor jitkellem.

Il-professur ħassu nkwetat bil-​preġudizzju razzjali u waħħal f’Alla għall-​problemi razzjali li jeżistu, billi ħass li hu kien dak li ħalaq ir-​razez differenti. Wara diskussjoni fit-​tul li dehret li ma kienet qed twassal imkien, Seriki fl-​aħħar għamel il-​kuraġġ biex jitkellem, u hu bl-​edukazzjoni interrompa l-​konverżazzjoni. (1 Tessalonkin 2:2) Billi nnota li d-​dar tal-​professur kienet imżejna b’għażla ħelwa taʼ kuluri, Seriki staqsa lill-​professur, “Għala m’għamiltx id-​dar kollha tiegħek l-​istess kulur?”

“Int qed taħseb li jien miġnun!” wieġeb il-​professur. Seriki wieġbu: “Le, iżda għala għandna nistennew lil Alla li jagħmel kollox u lil kulħadd l-​istess kulur?” Il-​punt kien ċar. Dik it-​tixbieha sempliċi kienet effettiva, u xiehda tajba ngħatat minn Seriki li qabel kien mistħi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja