LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 6/1 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • Għajnuna Mingħand l-Anġli t’Alla
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • “It-Tagħlim Dwar Dak li Jgħid Ġeħova Kompla Jinfirex”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • L-Anġli—Kif Jeffettwaw lill-Bnedmin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Għandek Int Anġlu Kustodju?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 6/1 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Meta d-​dixxipli semgħu li Pietru, li kien il-​ħabs, kien qiegħed fil-​bieb taʼ barra, għala qalu: “Dak l-​anġlu tiegħu”?​—Atti 12:15.

Id-​dixxipli għandhom mnejn ħasbu b’mod żbaljat li messaġġier anġeliku li jirrappreżenta lil Pietru kien qiegħed fil-​bieb. Ikkunsidra l-​kuntest taʼ dan ir-​rakkont.

Pietru kien ġie arrestat minn Erodi, li kien qatel lil Ġakbu. Għalhekk, id-​dixxipli kellhom raġuni valida biex jaħsbu li Pietru kien se jispiċċa l-​istess. Erbaʼ gruppi t’erbaʼ suldati l-​wieħed kienu qed jgħassu lil Pietru li kien marbut bil-​ktajjen fil-​ħabs. Imbagħad, lejl wieħed hu ġie meħlus permezz taʼ miraklu u maħruġ ’il barra mill-​ħabs minn anġlu. Fl-​aħħar, meta Pawlu induna x’kien qed jiġri, hu qal: “Issa naf tassew li Ġeħova bagħat l-​anġlu tiegħu u ħelisni minn id Erodi.”​—Atti 12:​1-​11.

Minnufih, Pietru mar id-​dar taʼ Marija, omm Ġwanni Marku, fejn kien hemm xi dixxipli miġburin. X’ħin ħabbat fuq il-​bieb taʼ barra, qaddejja jisimha Roda marret biex tara min kien hemm. Hekk kif għarfet leħen Pietru, hi marret tinforma lill-​oħrajn mingħajr ma stidnitu jidħol! Għall-​ewwel, id-​dixxipli ma setgħux jemmnu li kien hemm Pietru fil-​bieb. Minflok, b’mod żbaljat ħasbu: “Dak l-​anġlu tiegħu.”​—Atti 12:​12-​15.

Kienu d-​dixxipli qed jaħsbu li Pietru kien diġà nqatel u li l-​ispirtu bla ġisem tiegħu kien fil-​bieb? Ma tantx jistaʼ jkun il-​każ, għaliex is-​segwaċi taʼ Ġesù kienu jafu l-​verità Skritturali dwar il-​mejtin​—li dawn “ma jafu xejn.” (Koħèlet 9:​5, 10) Allura, x’riedu jfissru d-​dixxipli meta qalu: “Dak l-​anġlu tiegħu”?

Id-dixxipli taʼ Ġesù kienu jafu li matul l-​istorja, l-​anġli kienu jgħinu lill-​poplu t’Alla b’mod persunali. Per eżempju, Ġakobb tkellem dwar ‘l-​anġlu li salvah minn kull għawġ.’ (Ġenesi 48:16) U dwar tifel żgħir li kien f’nofshom, Ġesù qal lis-​segwaċi tiegħu: “Araw li ma tistmerrux lil xi wieħed minn dawn iċ-​ċkejknin; għax ngħidilkom li l-​anġli tagħhom fis-​sema dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-​sema.”​—Mattew 18:10.

Taʼ interess, il-​Young’s Literal Translation of the Holy Bible, jagħti l-​kelma aggelos (“anġlu”) bħala “messaġġier.” Jidher ċar li xi Lhud kienu jemmnu li kull qaddej t’Alla kellu l-​anġlu tiegħu​—jiġifieri, “anġlu kustodju.” M’għandniex xi ngħidu, din il-​ħarsa m’hijiex mgħallma direttament fil-​Kelma t’Alla. Xorta waħda, jistaʼ jkun li meta d-​dixxipli qalu, “Dak l-​anġlu tiegħu,” huma ħasbu li fil-​bieb kien hemm messaġġier anġeliku li kien qed jirrappreżenta lil Pietru.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja