LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 12/1 pp. 7-11
  • Mudell Ispirat taʼ Xogħol Missjunarju Kristjan

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mudell Ispirat taʼ Xogħol Missjunarju Kristjan
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Gżira taʼ Ċipru
  • Il-​Witja tal-​Asja Minuri
  • Ikonjum, Listra, u Derbe
  • Iwettqu bis-​Sħiħ ix-​Xogħol t’Alla
  • In-Nies taʼ Jehovah Issodati fil-Fidi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • “Huma Ppritkaw bil-Kuraġġ bl-Awtorità taʼ Ġeħova”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • ’Kienu Ferħanin u Rċivew l-Ispirtu’
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • Barnaba—“Bin il-Faraġ”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 12/1 pp. 7-11

Mudell Ispirat taʼ Xogħol Missjunarju Kristjan

“Siru imitaturi tiegħi, saħansitra bħalma jien taʼKristu.”−1 KORINTIN 11:1.

1. Liema huma xi modi li bihom Ġesù ħalla eżempju tal-​għaġeb għas-​segwaċi tiegħu biex jimitawh? (Filippin 2:5-9)

X’EŻEMPJU li jispikka Ġesù waqqaf għad-​dixxipli tiegħu! Hu telaq bil-​ferħ il-​glorja tiegħu tas-​sema biex jinżel fuq l-​art u jgħix fost bnedmin midinbin. Hu kien lest li jgħaddi minn tbatija kbira għas-​salvazzjoni tal-​umanità u, iktar importanti, għat-​taqdis taʼ isem Missieru tas-​sema. (Ġwann 3:16; 17:4) Meta kien għaddej ġuri għal ħajtu, Ġesù bil-​qlubija ddikjara: “Għal dan jien twelidt, u għal dan jien ġejt fid-​dinja, biex nagħti xiehda għall-​verità.”−Ġwann 18:37.

2. Ġesù rxoxtat għala setaʼ jikkmanda lid-​dixxipli tiegħu biex ikomplu x-​xogħol li kien beda hu?

2 Qabel mewtu, Ġesù pprovda taħriġ eċċellenti għad-​dixxipli tiegħu sabiex huma setgħu jkomplu x-​xogħol taʼ għoti taʼ xiehda għall-​verità tas-​Saltna. (Mattew 10:5-23; Luqa 10:1-16) B’hekk, wara l-​irxoxt tiegħu, Ġesù setaʼ jagħti l-​kmand: “Morru . . . u agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha, billi tgħammduhom fl-​isem tal-​Missier u tal-​Iben u tal-​ispirtu qaddis, billi tgħallmuhom josservaw l-​affarijiet kollha li kkmandajtkom.”−Mattew 28:19, 20.

3. Ix-​xogħol taʼ trawwim taʼ dixxipli kif espanda, imma f’liema reġjuni kien prinċipalment ikkonċentrat?

3 Matul it-​tliet snin u nofs taʼ wara, id-​dixxipli taʼ Ġesù obdew dan il-​kmand imma llimitaw ix-​xogħol tagħhom taʼ trawwim taʼ dixxipli għal Lhud, prożeliti Lhud, u Samaritani ċirkonċiżi. Imbagħad, fis-​sena 36 E.K., Alla dderieġa li l-​aħbar tajba tiġi ppridkata lil raġel mhux ċirkonċiż, Kornelju u lil taʼ daru. Matul l-​għaxar snin taʼ wara, Ġentili oħrajn iddaħħlu ġewwa l-​kongregazzjoni. Madankollu, ħafna mix-​xogħol jidher li kien ikkonċentrat għal regjuni tal-​Mediterran tal-​Lvant.—Atti 10:24, 44-48; 11:19-21.

4. Liema żvilupp sinjifikanti seħħ madwar is-​sena 47-48 E.K.?

4 Xi ħaġa kienet meħtieġa biex tqanqal jew iġġiegħel lill-​Kristjani biex jagħmlu dixxipli minn Lhud u Ġentili f’reġjuni iżjed ’il bogħod. Mela, madwar is-​sena 47-48 E.K., l-​anzjani tal-​kongregazzjoni taʼ Antijokija tas-​Sirja rċevew dan il-​messaġġ divin: “Mill-​persuni kollha warrbu għalija lil Barnabas u Sawlu għax-​xogħol li għalih sejjaħtilhom.” (Atti 13:2) Innota li Pawlu dak iż-​żmien kien magħruf bl-​isem oriġinali tiegħu, Sawlu. Innota ukoll li Alla semma lil Barnabas qabel Pawiu, forsi għaliex f’dak iż-​żmien Barnabas kien meqjus bħala l-​akbar wieħed minnhom it-​tnejn.

5. Ir-​rakkont tal-​vjaġġ missjunarju taʼ Pawlu u Barnabas għala huwa taʼ valur kbir għall-​Kristjani llum?

5 Ir-​rakkont iddettaljat tal-​vjaġġ missjunarju taʼ Pawlu u Barnabas huwa taʼ inkuraġġiment kbir għax-​Xhieda taʼ Jehovah, b’mod speċjali għall-​missjunarji u għall-​pijunieri li telqu mill-​post fejn kienu joqogħdu biex jaqdu lil Alla f’komunità barranija. Jerġaʼ, ħarsa mill-​ġdid lejn Atti kapitli 13 u 14 żgur li se tqanqal lil saħansitra iktar uħud biex jimitaw lil Pawlu u lil Barnabas u jkabbru s-​sehem tagħhom fix-​xogħol mill-​iktar importanti tat-​trawwim taʼ dixxipli.

Il-​Gżira taʼ Ċipru

6. X’eżempju waqqfu l-​missjunarji f’Ċipru?

6 Mingħajr tnikkir il-​missjunarji salpaw mill-​port Sirjan taʼ Selewċja lejn il-​gżira taʼ Ċipru. Wara li mbarkaw f’Salamis, huma ma żvijawx imma “bdew jippubblikaw il-​kelma t’Alla fis-​sinagogi tal-​Lhud.” Billi segwew il-​mudell taʼ Kristu, ma kinux kuntenti li jissetiljaw f’dik il-​belt u jistennew lin-​nies tal-​gżira biex jiġu huma għandhom. Minflok, huma ħadmu fi triqithom “minn ġol-​gżira kollha.” Bla dubju dan kien jinvolvi ħafna mixi u ħafna bdil taʼ akkomodazzjonijiet, peress li Ċipru hija gżira kbira, u l-​mawra tagħhom ħadithom matul it-​tul tal-​ikbar sezzjoni minnha.—Atti 13:5, 6.

7. (a) Liema ġrajja notevoli ġrat f’Pafos? (b) Dan ir-​rakkont jinkuraġġina biex ikollna liema attitudni?

7 Fit-​tmiem tal-​waqfa tagħhom, iż-​żewġt irġiel ġew ippremjati b’esperjenza tal-​għaġeb fil-​belt taʼ Pafos. Il-​ħakem tal-​gżira, Serġjus Pawlus, semaʼ l-​messaġġ tagħhom u “sar wieħed li jemmen.” (Atti 13:7, 12) Pawlu iktar tard kiteb: “Intom tilmħu s-​sejħa tagħkom mingħandu, l-​aħwa, li mhux ħafna għorrief b’mod tal-​laħam kienu msejħin, mhux ħafna qawwijin, mhux ħafna taʼ twelid nobbli.” (1 Korintin 1:26) Madankollu, fost il-​qawwijin li wieġbu kien hemm Serġjus Pawlus. Din l-​esperjenza għandha tinkuraġġixxi lil kulħadd, b’mod speċjali lill-​missjunarji, biex ikollhom attitudni pożittiva dwar il-​għoti taʼ xiehda lil uffiċjali governattivi, saħansitra bħalma niġu nkuraġġiti biex nagħmlu fl-​1 Timotew 2:1-4. Nies tal-​awtorità xi drabi taw għajnuna kbira lill-​qaddejja t’Alla.—Neħemija 2:4-8.

8. (a) Liema relazzjoni mibdula bejn Barnabas u Pawlu tidher minn dan iż-​żmien ’il quddiem? (b) Barnabas b’liema mod kien eżempju mill-​aħjar?

8 Taħt l-​influwenza tal-​ispirtu taʼ Jehovah Pawlu kellu l-​parti ewlenija fil-​konverżjoni taʼ Serġjus Pawlus. (Atti 13:8-12) Ukoll, minn dan iż-​żmien ’il quddiem, jidher li Pawlu ħa l-​inizjattiva. (Qabbel Atti 13:7 maʼ Atti 13:15, 16, 43.) Dan kien fi qbil mal-​inkarigu divin li Pawlu kien irċieva fil-​konverżjoni tiegħu. (Atti 9:15) Forsi dan l-​iżvilupp kien taʼ prova għall-​umiltà taʼ Barnabas. Madankollu, minflok ma qies din il-​bidla bħala insult persunali, Barnabas wisq probabbli aġixxa fi qbil mat-​tifsir taʼ ismu, “Bin il-​Faraġ,” u lealment appoġġja lil Pawlu matul il-​vjaġġ missjunarju u wara meta xi Kristjani Lhud sfidaw il-​ministeru tagħhom għall-​Ġentili mhux ċirkonċiżi. (Atti 15:1, 2) X’eżempju mill-​aħjar dan hu għalina lkoll, inklużi dawk li joqogħdu fi djar missjunarji u djar taʼ Betel! Aħna għandna dejjem inkunu lesti li naċċettaw aġġustamenti teokratiċi u nagħtu appoġġ sħiħ lil dawk maħturin biex jieħdu l-​inizjattiva fostna.—Ebrej 13:17.

Il-​Witja tal-​Asja Minuri

9. X’nitgħallmu minn Pawlu u Barnabas li kienu lesti li jivvjaġġaw lejn Antijokija tal-​Pisidja?

9 Minn Ċipru, Pawlu u Barnabas salpaw lejn it-​Tramuntana għall-​kontinent tal-​Asja. Għal xi raġuni mhux magħrufa, il-​missjunarji ma baqgħux fir-​reġjun mal-​kosta imma għamlu vjaġġ twil u perikoluż taʼ madwar 110 mili lejn Antijokija taʼ Pisidja, li tinsab fil-​witja ċentrali tal-​Asja Minuri. Dan kien jinvolvi li jitilgħu minn mogħdija fil-​muntanja u jinżlu lejn pjanura xi 3,500 pied ’il fuq mil-​livell tal-​baħar. L-​istudjuż tal-​Bibbja J. S. Howson igħid: “Id-​drawwiet illegali u ħalliela tal-​popolazzjoni f’dawk il-​muntanji li jisseparaw il-​witja . . . mill-​pjanuri fil-​kosta tan-​naħa t’isfel, kienu notorji f’kull parti tal-​istorja tal-​qedem.” Jerġaʼ, il-​missjunarji ffaċċjaw periklu minn elementi naturali. “L-​ebda distrett fl-​Asja Minuri,” iżid Howson, “m’huwa iktar ikkaratterizzat b’mod singulari bil-​‘għarar taʼ ilmaʼ tiegħu mill-​mogħdija muntanjuża tal-​Pisidja, fejn xmajjar ifuru fil-​qigħan taʼ rdumijiet enormi, jew jaqgħu ’l isfel b’mod selvaġġ minn ġo widien dojoq.” Dawn id-​dettalji jgħinuna nimmaġinaw b’għajnejna t-​tip taʼ vjaġġi li l-​missjunarji kienu lesti li jieħdu minħabba t-​tixrid tal-​aħbar tajba. (2 Korintin 11:26) L-​istess illum, ħafna mill-​qaddejja taʼ Jehovah jiffaċċjaw kull xorta taʼ ostakoli sabiex jilħqu lin-​nies u jaqsmu magħhom l-​aħbar tajba.

10, 11. (a) Pawlu kif żamm bażi komuni mal-​udjenza tiegħu? (b) Ħafna Lhud probabbli għala kienu mistagħġbin li jisimgħu dwar it-​tbatijiet tal-​Messija? (ċ) Pawlu liema xorta taʼ salvazzjoni ppreżenta lis-​semmiegħa tiegħu?

10 Peress li kien hemm sinagoga tal-​Lhud f’Antijokija tal-​Pisidja, il-​missjunarji marru hemm l-​ewwel sabiex jagħtu lil dawk li kienu l-​iktar familjari mal-​Kelma t’Alla opportunità li jaċċettaw l-​aħbar tajba. Meta ġie mistieden biex jitkellem, Pawlu qam bil-​wieqfa u ta taħdita pubblika bis-​sengħa. Matul it-​taħdita kollha, hu żamm bażi komuni mal-​Lhud u mal-​prożeliti fl-​udjenza. (Atti 13:13-16, 26) Wara l-​introduzzjoni tiegħu, Pawlu rreveda l-​istorja glorjuża tal-​Lhud, billi fakkarhom li Jehovah kien għażel lill-​antenati tagħhom u mbagħad ħelishom mill-​Eġittu, u wkoll kif hu kien għenhom biex jikkonkwistaw lill-​abitanti tal-​Art Imwiegħda. Imbagħad Pawlu enfasizza l-​kuntatti taʼ Jehovah maʼ David. Din l-​informazzjoni kienet marbuta maʼ qalb il-​Lhud fl-​ewwel seklu għaliex kienu qegħdin jistennew li Alla jqajjem dixxendent taʼ David bħala salvatur u ħakkiem taʼ dejjem. F’dan il-​punt, Pawlu annunzja bil-​qlubija: “Min-​nisel taʼ dan ir-​raġel [David] skond il-​wegħda tiegħu Alla ġab lil Iżrael salvatur, Ġesù.”—Atti 13:17-23.

11 Madankollu, it-​tip taʼ salvatur li ħafna Lhud kienu qegħdin jistennew kien xi eroj militari li kien se jeħlishom mid-​dominazzjoni Rumana u li jeleva lill-​ġens Lhudi ’l fuq minn kull ġens ieħor. Għaldaqstant, bla dubju baqgħu mistagħġbin meta semgħu lil Pawlu jgħid li l-​Messija kien ġie mogħti għall-​mewt mill-​mexxejja reliġjużi tagħhom stess. “Imma Alla qajmu mill-​imwiet,” iddikjara Pawlu bil-​qlubija. Lejn it-​tmiem tat-​taħdita tiegħu, hu wera lill-​udjenza tiegħu li huma setgħu jiksbu għamla taʼ salvazzjoni tal-​għaġeb.“Ħalli . . . ikun magħruf lilkom,” qal hu, “li permezz taʼ dan il-​Wieħed maħfra taʼ dnubiet qiegħda tiġi ppubblikata lilkom; u li mill-​affarijiet kollha li minnhom ma stajtux tiġu ddikjarati bla ħtija permezz tal-​liġi taʼ Mosè, kulmin jemmen huwa ddikjarat bla ħtija permezz taʼ dan il-​Wieħed.” Pawlu kkonkluda t-​taħdita tiegħu billi ħeġġeġ lill-​udjenza tiegħu biex ma jkunux ikklassifikati fost il-​hafna li Alla bassar li kienu se jittraskuraw dan il-​provvediment tal-​għaġeb għal salvazzjoni.—Atti 13:30-41.

12. X’irriżulta mit-​taħdita taʼ Pawlu, u dan kif għandu jinkuraġġina?

12 X’taħdita bbażata fuq l-​Iskrittura u mogħtija tajjeb dik! L-​udjenza kif irreaġixxiet? “Ħafna mil-​Lhud u mill-​prożeliti li qiemu lil Alla segwew lil Pawlu u lil Barnabas.” (Atti 13:43) Kemm hu nkuraġġanti għalina llum! Jalla aħna wkoll nagħmlu l-​aħjar tagħna biex nippreżentaw il-​verità b’mod effettiv, kemm fil-​ministeru pubbliku tagħna kif ukoll fil-​kommenti u t-​taħditiet fil-​laqgħat tagħna tal-​kongregazzjoni.—1 Timotew 4:13-16.

13. Il-​missjunarji għala kellhom jitilqu minn Antijokija tal-​Pisidja, u x’mistoqsijiet iqumu rigward id-​dixxipli l-​ġodda?

13 L-​uħud interessati ġodda f’Antijokija tal-​Pisidja ma setgħux iżommu din l-​aħbar tajba għalihom infushom. Bħala riżultat, “is-​sabat taʼ wara kważi l-​belt kollha nġabret flimkien biex tismaʼ l-​kelma taʼ Jehovah.” U malajr il-​messaġġ infirex lil hinn mill-​belt. Fil-​fatt, “il-​kelma taʼ Jehovah kompliet tinġarr mal-​pajjiż kollu kemm hu.” (Atti 13:44, 49) Minflok ma laqgħu dan il-​fatt, xi Lhud għajjurin irnexxielhom f’li jġiegħlu li l-​missjunarji jiġu mitfugħin ’il barra mill-​belt. (Atti 13:45, 50) Dan kif effettwa lid-​dixxipli l-​ġodda? Ġew huma skuraġġiti u ċedew?

14. L-​opponenti għala ma setgħux jeqirdu x-​xogħol li bdew il-​missjunarji, u x’nitgħallmu minn dan?

14 Le, għaliex dan kien ix-​xogħol t’Alla. Ukoll, il-​missjunarji kienu poġġew pedament sod taʼ fidi fil-​Mulej Ġesù Kristu rxoxtat. Jidher ċar, allura, li d-​dixxipli l-​ġodda kienu jħarsu lejn Kristu, u mhux lejn il-​missjunarji, bħala il-​Mexxej tagħhom. B’hekk, naqraw li huma “komplew jiġu mimlijin b’ferħ u bi spirtu qaddis.” (Atti 13:52) Kemm hu nkuraġġanti dan għal missjunarji u oħrajn li jagħmlu dixxipli llum! Jekk aħna nagħmlu l-​parti tagħna bl-​umiltà u biż-​żelu, Alla Jehovah u Ġesù Kristu se jbierku l-​ministeru tagħna.—1 Korintin 3:9.

Ikonjum, Listra, u Derbe

15. Il-​missjunarji liema proċedura segwew f’Ikonjum, b’liema riżultati?

15 Pawlu u Barnabas issa vjaġġaw madwar 90 mil lejn ix-​Xlokk għall-​belt li jmiss, Ikonjum. Biżaʼ mill-​persekuzzjoni ma fixkilhomx milli jsegwu l-​istess proċedura bħal f’Antijokija. Bħala riżultat, il-​Bibbja tgħid: “Kotra kbira kemm tal-​Lhud u kemm tal-​Griegi saru jemmnu.” (Atti 14:1) Għal darb’oħra, il-​Lhud li ma aċċettawx l-​aħbar tajba qajmu l-​oppożizzjoni. Imma l-​missjunarji ssaportew u qattgħu żmien konsiderevoli f’Ikonjum igħinu lil dixxipli ġodda. Imbagħad, wara li saru jafu li l-​opponenti Lhud tagħhom kienu se jħaġġruhom, Pawlu u Barnabas b’mod għaqli ħarbu lejn it-​territorju li jmiss, “Listra u Derbe u l-​pajjiż taʼ madwar.”—Atti 14:2-6.

16, 17. (a) Pawlu xi ġralu f’Listra? (b) Il-​modi li bihom Alla aġixxa mal-​appostlu kif effettwaw lil wieħed raġel żagħżugħ minn Listra?

16 B’mod kuraġġjuż “komplew jiddikjaraw l-​aħbar tajba” f’dan it-​territorju ġdid u li qatt ma ntmess. (Atti 14:7) Meta xi Lhud f’Antijokija tal-​Pisidja u f’Ikonjum semgħu b’dan, ġew f’Listra u pperswadew lill-​folol biex iħaġġru lil Pawlu. Peress li ma kienx hemm żmien biex jaħrab, Pawlu ġie mħaġġar bil-​ġebel, sal-​punt li l-​opponenti tiegħu kienu konvinti li kien mejjet. Huma kaxkruh ’il barra mill-​belt.—Atti 14:19.

17 Tistaʼ timmaġina kemm dan nikket lid-​dixxipli l-​ġodda? Imma oħroġ il-​għaġeb, meta huma daru maʼ Pawlu, hu qam bil-​wieqfa! 11-Bibbja ma tgħidx jekk wieħed żagħżugħ jismu Timotew kienx wieħed minn dawn id-​dixxipli l-​ġodda. Ċertament li f’xi żmien hu sar jaf dwar il-​kuntatti t’Alla maʼ Pawlu u dan għamel impressjoni qawwija fuq il-​moħħ żagħżugħ tiegħu. Pawlu kiteb fit-​tieni ittra tiegħu lil Timotew: “Int segwejt mill-​qrib lit-​tagħlim tiegħi, il-​korsa taʼ ħajti, . . . ix-​xorta taʼ affarijiet li ġraw lili f’Antijokija, f’Ikonjum, f’Listra, ix-​xorta taʼ persekuzzjonijiet li jien flaħt; u madankollu minnhom ilkoll il-​Mulej ħelisni.” (2 Timotew 3:10, 11) Madwar sena jew tnejn wara t-​thaġġir taʼ Pawlu, hu rritorna f’Listra u sab li ż-​żagħżugħ Timotew kien Kristjan eżemplari, “irrapportat sewwa dwaru mill-​aħwa f’Listra u f’Ikonjum.” (Atti 16:1, 2) Mela Pawlu għażlu bħala msieħeb biex jivvjaġġa miegħu. Dan għen lil Timotew biex jikber fi statura spiritwali, u maż-​żmien sar jikkwalifika biex jintbagħat minn Pawlu biex iżur lil kongregazzjonijiet differenti. (Filippin 2:19, 20; 1 Timotew 1:3) Bl-​istess mod, illum, qaddejja żelużi t’Alla huma taʼ influwenza meraviljuża fuq uħud żgħażagħ, li ħafna minnhom jikbru u jsiru qaddejja imprezzabbli t’Alla, bħal Timotew.

18. (a) Il-​missjunarji xi ġralhom f’Derbe? (b) Liema opportunità kienet issa miftuħa għalihom, imma liema korsa għażlu?

18 L-​għodwa taʼ wara li ħeles mill-​mewt f’Listra, Pawlu telaq maʼ Barnabas lejn Derbe. Din id-​darba, l-​ebda opponenti ma segwewhom, u l-​Bibbja tgħid ‘li għamlu ftit dixxipli mhux ħażin.’ (Atti 14:20, 21) Billi kienu stabbilixxew kongregazzjoni f’Derbe, Pawlu u Barnabas kelllhom jieħdu deċiżjoni. Triq Rumana popolari ħafna kienet tkompli minn Derbe għal Tarsus. Minn hemm kien jibqaʼ ftit distanza biex jirritornaw lura lejn Antijokija tas-​Sirja. Possibilment dik kienet l-​iktar triq konvenjenti biex jirritornaw, u dawk il-​missjunarji setgħu ħassew li issa huma kien jixirqilhom ftit mistrieħ. B’imitazzjoni tas-​Sid tagħhom, iżda, Pawlu u Barnabas ħassew bżonn akbar.—Mark 6:31-34.

Iwettqu bis-​Sħiħ ix-​Xogħol t’Alla

19, 20. (a) Jehovah kif bierek lill-​missjunarji talli rritornaw lejn Listra, Ikonjum, u Antijokija? (b) Dan liema lezzjoni jipprovdi għall-​poplu taʼ Jehovah illum?

19 Minflok ma ħadu l-​eqreb triq lura lejn id-​dar, il-​missjunarji bil-​kuraġġ daru lura u żaru mill-​ġdid l-​istess bliet fejn il-​ħajjiet tagħhom kienu ġew fil-​periklu. Berikhom Jehovah għal dan it-​tħassib bla egoiżmu għan-​ngħaġ il-​ġodda? Iva, tabilħaqq, għax ir-​rakkont igħid li rnexxielhom “isaħħu lill-​erwieħ tad-​dixxipli billi jinkuraġġuhom biex jibqgħu fil-​fidi.” B’mod xieraq, huma qalu lil dawk id-​dixxipli ġodda: “Irridu nidħlu fis-​saltna t’Alla permezz taʼ ħafna tribulazzjonijiet.” (Atti 14:21, 22) Pawlu u Barnabas fakkruhom ukoll dwar is-​sejħa tagħhom bħala werrieta sħab fis-​Saltna t’Alla li ġejja. Illum, għandna nagħtu nkuraġġiment simili lil dixxipli ġodda. Aħna nistgħu nsaħħuhom biex jissaportu provi billi nżommu quddiemhom il-​prospett taʼ ħajja taʼ dejjem fuq l-​art taħt it-​tmexxija taʼ dik l-​istess Saltna t’Alla li ppridkaw dwarha Pawlu u Barnabas.

20 Qabel ma telqu minn kull belt, Pawlu u Barnabas għenu lill-​kongregazzjoni lokali biex issir organizzata aħjar. Jidher ċar li huma ħarrġu lil irġiel ikkwalifikati u ħatruhom biex jieħdu t-​tmexxija. (Atti 14:23) Bla dubju dan ikkontribwixxa lejn iżjed espansjoni. L-​istess illum, missjunarji u oħrajn, wara li jgħinu lil uħud mingħajr esperjenza biex jipprogressaw sakemm ikunu jistgħu jerfgħu r-​responsabbiltà, xi drabi jmorru bnadi oħrajn u jkomplu ix-​xogħol tajjeb tagħhom f’postijiet oħrajn fejn il-​bżonn huwa akbar.

21, 22. (a) X’ġara wara li Pawlu u Barnabas lestew il-​vjaġġ missjunarju tagħhom? (b) Liema mistoqsijiet iqajjem dan?

21 Meta l-​missjunarji fl-​aħħar irritornaw f’Antijokija tas-​Sirja, setgħu jħossuhom sodisfatti għall-​aħħar. Tabilħaqq, ir-​rakkont tal-​Bibbja jistqarr li huma kienu “wettqu bis-​sħiħ” ix-​xogħol li Alla kien fdalhom. (Atti 14:26) M’għandniex xi ngħidu, meta rrakkontaw l-​esperjenzi tagħhom huma ġabu “ferħ kbir lill-​aħwa kollha.” (Atti 15:3) Imma xi ngħidu dwar il-​futur? Kienu huma issa se jpoġgu bil-​qiegħda u jistrieħu għax xogħolhom għamluh? Xejn affattu. Wara li żaru lill-​ġemgħa li tiggverna f’Ġerusalemm biex jieħdu deċiżjoni fuq il-​kwistjoni taċ-​ċirkonċiżjoni, it-​tnejn li huma reġgħu telqu fuq vjaġġi missjunarji. Did-darba huma marru f’direzzjonijiet differenti. Barnabas ħa lil Ġwann Mark u mar Ċipru, waqt li Pawlu sab imsieħeb ġdid, Silas, u vvjaġġa minn ġos-​Sirja u ċ-​Ċiliċja. (Atti 15:39-41) Kien fuq dan il-​vjaġġ li hu għażel liż-​żagħżugħ Timotew u ħadu magħhom.

22 Il-​Bibbja ma tgħidilniex dwar ir-​riżultati tat-​tieni vjaġġ taʼ Barnabas. Inkwantu għal Pawlu, hu ssokta jivvjaġġa lejn territorju ġdid u stabbilixxa kongregazzjonijiet f’minn tal-​inqas ħamest ibliet—Filippi, Berea, Tessalonika, Korintu, u Efesu. X’kien il-​muftieħ tas-​suċċess notevoli taʼ Pawlu? Jaħdmu l-​istess prinċipji għal dawk li jagħmlu dixxipli Kristjani llum?

Tiftakar?

◻ Ġesù għala huwa l-​eżempju ii jispikka biex nimitawh?

◻ Barnabas b’liema mod kien taʼ eżempju?

◻ X’nitgħallmu mit-​taħdita taʼ Pawlu f’Antijokija tal-​Pisidja?

◻ Pawlu u Barnabas kif wettqu bis-​sħiħ l-​inkarigu tagħhom?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja