-
“Huma Ppritkaw bil-Kuraġġ bl-Awtorità taʼ Ġeħova”Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
-
-
‘Tibqgħux tqimu affarijiet li ma jiswew għal xejn, imma qimu lill-Alla l-ħaj, li għamel is-sema u l-art.’—Atti 14:15
11-13. (a) Pawlu u Barnaba x’qalulhom lill-abitanti taʼ Listra? (b) X’inhi lezzjoni waħda li nistgħu nitgħallmu mill-istqarrijiet li għamlu Pawlu u Barnaba?
11 Minkejja ċ-ċirkustanzi drammatiċi, Pawlu u Barnaba xorta fittxew biex jilħqu qalb l-udjenza tagħhom bl-aħjar mod. Permezz taʼ din il-ġrajja, Luqa niżżel bil-miktub mod effettiv kif l-aħbar tajba tiġi pritkata lill-pagani. Innota kif Pawlu u Barnaba appellaw għas-semmiegħa tagħhom: “L-aħwa, għala qed tagħmlu dan? Aħna wkoll bnedmin bl-istess dgħufijiet bħalkom. Aħna qed inxandrulkom l-aħbar tajba biex ma tibqgħux tqimu affarijiet li ma jiswew għal xejn, imma tqimu lill-Alla l-ħaj, li għamel is-sema, l-art, il-baħar, u kulma fihom. Fil-passat hu ħalla lill-popli jagħmlu dak li jridu, imma xorta ta xhieda tiegħu nnifsu bl-affarijiet tajbin li għamel, billi jagħtikom ix-xita mis-sema u l-istaġuni tal-frott. B’hekk jagħtikom ikel bl-abbundanza u jagħmilkom ferħanin.”—Atti 14:15-17.
-
-
“Huma Ppritkaw bil-Kuraġġ bl-Awtorità taʼ Ġeħova”Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
-
-
14-16. X’inhi t-tieni u t-tielet lezzjoni li nistgħu nitgħallmu minn dak li qalu Pawlu u Barnaba lill-abitanti taʼ Listra?
14 Ikkunsidra t-tieni lezzjoni li nistgħu nitgħallmu minn dan id-diskors. Pawlu u Barnaba kienu jadattaw ruħhom. Kuntrarju għal-Lhud u l-proseliti f’Ikonju, l-abitanti taʼ Listra kellhom ftit jew xejn għarfien tal-Iskrittura jew taʼ kif Alla ttratta mal-ġens taʼ Iżrael. Minkejja dan, dawk li semgħu lil Pawlu u lil Barnaba kienu parti minn komunità agrikola. Listra kienet imbierka bi klima moderata u għelieqi fertili. Dawk in-nies setgħu jaraw abbundanza t’evidenza tal-kwalitajiet tal-Ħallieq bħalma kienu jidhru f’affarijiet bħall-istaġuni tal-frott, u l-missjunarji użaw dawn il-punti komuni fl-isforzi tagħhom biex iqanqlu lill-udjenza tagħhom ħalli tirraġuna.—Rum. 1:19, 20.
-