LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 10/1 pp. 11-16
  • Anzjani, Iġġudikaw bit-Tjieba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Anzjani, Iġġudikaw bit-Tjieba
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kristu—l-​Imħallef Eżemplari
  • Imħallfin Hawn fl-​Art
  • Imħallfin li ‘Jġibu Rwieħhom bil-​Biża”
  • Ragħajja l-​Ħin Kollu
  • Jaqdu bħala Ragħajja u Mħallfin Benefiċenti
  • Attitudni Xierqa waqt is-​Smiegħ
  • Il-​Għan tas-​Smigħ Ġudizzjarju
  • Anzjani Trattaw Lill-Merħla t’Alla B’Tenerezza!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Jehovah, l-“Imħallef” Imparzjali “tal-Art Kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Inżommu l-paċi u l-indafa tal-kongregazzjoni
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Kif l-Anzjani Juru Mħabba u Ħniena maʼ Dawk li Jidinbu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 10/1 pp. 11-16

Anzjani, Iġġudikaw bit-​Tjieba

“Meta jkollkom smigħ bejn ħutkom, tridu tiġġudikaw bit-​tjieba.”—DEWTERONOMJU 1:16.

1. Fil-​kwistjoni taʼ ġudizzju, seħħet liema bidla taʼ awtorità, u dan x’jimplika għal imħallfin umani?

BĦALA Mħallef Suprem, Jehovah id-​delega awtorità ġudizzjarja lil Ibnu. (Ġwann 5:27) Imbagħad, bħala l-​Kap tal-​kongregazzjoni Kristjana, Kristu juża lill-​klassi tal-​irsir fidil u diskret u lill-​demgħa li Tiggverna tagħha biex jaħtru anzjani, li xi drabi jkollhom jaġixxu bħala mħallfin. (Mattew 24:45-47; 1 Korintin 5:12, 13; Titus 1:5, 9) Bħala mħallfin sostituti, dawn qegħdin taħt obbligu li jsegwu mill-​qrib l-​eżempju tal-​Imħallfin fis-​sema, Jehovah u Kristu Ġesù.

Kristu—l-​Imħallef Eżemplari

2, 3. (a) Liema profezija Messjanika tirrivela l-​kwalitajiet taʼ Kristu bħala ħallef? (b) Liema punti huma b’mod partikulari taʼ min jinnotahom?

2 Dwar Kristu bħala Mħallef, inkiteb b’mod profetiku: “Fuqu l-​ispirtu taʼ Jehovah irid jissetillja, l-​ispirtu taʼ għerf u taʼ fehma, l-​ispirtu taʼ parir u taʼ setgħa, l-​ispirtu taʼ għarfien u tal-​biżaʼ taʼ Jehovah; u se jkun hemm it-​tgawdija bih fil-​biżaʼ taʼ Jehovah. U mhux se jiġġudika biss b’dak li jidher f’għajnejh, lanqas ma jċanfar sempliċement skond dak li jismaʼ b’widnejh. U bit-​tjieba jrid jiġġudika lill-​umlin, u b’mod dritt irid iwiddeb għan-​nom tal-​ġwejdin tal-​art.”−Isaija 11:2-4.

3 Innota f’dik il-​profezija l-​kwalitajiet li għamlu lil Kristu kapaċi li “jiġġudika lill-​art abitata fit-​tjieba.” (Atti 17:31) Hu jiġġudika fi qbil mal-​ispiritu taʼ Jehovah, mal-​għerf divin, mal-​fehma, mal-​parir u mal-​għarfien. Innota, ukoll, li hu jiġgudika fil-​biżaʼ taʼ Jehovah. B’hekk, “it-​tron tal-​ġudizzju tal-​Kristu” hu, b’mod rappreżentattiv, “it-​tron tal-​ġudizzju t’Alla.” (2 Korintin 5:10; Rumani 14:10) Hu joqgħod attent li jiġġudika l-​affarijiet bil-​mod li Alla jiġġudikahom. (Ġwann 8:16) Ma jiġġudikax sempliċiment fuq dak li jidher minn barra jew biss fuq dak li jintqal minn xi ħadd ieħor. Hu jiġġudika b’mod rett b’riżq il-​ġwejdin u l-​umlin. X’Imħallef tal-​għaġeb! U x’eżempju tal-​għaġeb għal bnedmin imperfetti li jissejħu biex jaġixxu f’kariga ġudizzjarja llum!

Imħallfin Hawn fl-​Art

4. (a) X’se tkun waħda mill-​funzjonijiet tal-​144,000 matul ir-​Renju taʼ Elf Sena taʼ Kristu? (b) Liema profezija turi li xi Kristjani midlukin kellhom jiġu maħturin bħala mħallfin waqt li għadhom fuq l-​art?

4 L-​Iskrittura tindika li n-​numru relattivament żgħir taʼ Kristjani midlukin, li bdew bit-​12-il appostlu, se jkunu mħallfin assoċjati maʼ Kristu matul il-​Millennju. (Luqa 22:28-30; 1 Korintin 6:2; Rivelazzjoni 20:4) Fdal taʼ membri midlukin taʼ Iżrael spiritwali fuq l-​art ġew huma nfushom iġġudikati u restawrati fl-​1918-19. (Malakija 3:2-4) Rigward dan ir-​restawr taʼ Iżrael spiritwali, kien ipprofetizzat dan: “Se nerġaʼ nġib lura mill-​ġdid imħallfin għalik bħal tal-​ewwel, u nies li jagħtu parir għalik bħal fil-​bidu.” (Isaija 1:26) B’hekk, sewwa sew bħalma kien għamel “fil-​bidu” taʼ Iżrael tal-​laħam, Jehovaħ lill-​fdal restawrati tahom uħud li jagħtu l-​pariri u mħallfin taʼ tjieba.

5. (a) Min kienu ‘mpoġġijin bħala mħallfin’ wara r-​restawrazzjoni taʼ Iżrael spiritwali, u liema stampa tagħhom tingħata fil-​ktieb taʼ Rivelazzjoni? (b) Indokraturi midlukin minn min qegħdin issa jiġu mgħejjunin f’xogħol ġudizzjarju, u dawn kif qegħdin jiġu mħarrġin biex isiru mħallfin aħjar?

5 Fil-​bidu, l-​‘irġiel għorrief’ li ‘tpoġġew bħala mħallfin’ kienu lkoll irġiel ixjeħ, jew anzjani, midlukin. (1 Korintin 6:4, 5) Indokraturi midlukin, leali u rispettati, tingħata stampa tagħhom fil-​ktieb taʼ Rivelazzjoni bħala li qegħdin fuq il-​leminija taʼ Ġesù, jiġifieri, taħt il-​kontroll u d-​direzzjoni tiegħu. (Rivelazzjoni 1:16, 20; 2:1) Mill-​1935 ’il hawn il-​midlukin irċevew l-​appoġġ leali taʼ “folla kbira” li dejjem qed tikber, li t-​tama tagħha hi li ssalva mit-​“tribulazzjoni l-​kbira” u li tgħix għal dejjem f’ġenna fuq l-​art. (Rivelazzjoni 7:9, 10, 14-17) Hekk kif qed joqrob “iż-​żwieġ tal-​Ħaruf,” iktar u iktar minn dawn qegħdin jiħatru mill-​Ġemgħa midluka li Tiggverna biex jaqdu bħala anzjani u mħallfin f’iktar minn 66,000 kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Jehovah mal-​art kollha.a (Rivelazzjoni 19:7-9) Permezz taʼ skejjel speċjali, qegħdin jiġu mħarrġin biex iwettqu r-​responsabbiltà tagħhom fis-​soċjetà tal-​“art ġdida.” (2 Pietru 3:13) Il-​Kingdom Ministry School, kondotta lejn tmiem l-​1991 f’ħafna pajjiżi, għamlet enfasi fuq li l-​anzjani jieħdu ħsieb b’mod xieraq każijiet ġudizzjarji. L-​anzjani li jaqdu bħala mħallfin huma fid-​dmir li jimitaw lil Jehovah u lil Kristu Ġesù, li l-​ġudizzji tagħhom huma veri u taʼ tjieba. —Ġwann 5:30; 8:16; Rivelazzjoni 19:1, 2.

Imħallfin li ‘Jġibu Rwieħhom bil-​Biża”

6. Anzjani li jservu f’kumitati ġudizzjarji għala għandhom ‛jikkonduċu ruħhom bil-​biża”?

6 Jekk Kristu nnifsu jiġġudika bil-​biżaʼ taʼ Jehovah u bil-​għajnuna tal-​ispirtu tiegħu, kemm iktar għandhom jagħmlu hekk anzjani imperfetti! Meta jiġu nkarigati biex jaqdu f’kumitat ġudizzjarju, jenħtieġu li ‘jġibu rwieħhom bil-​biżaʼ,’ billi jsejħu “lill-​Missier li jiġġudika b’mod imparzjali” biex igħinhom jiġġudikaw bit-​tjieba. (1 Pietru 1:17) Għandhom jiftakru li qegħdin ikunu nkarigati biex jieħdu ħsieb il-​ħajjiet tan-​nies, l-​“erwieħ” tagħhom, bħala dawk li “se jagħtu kont.” (Ebrej 13:17) Meta jqisu dan, żgur li wkoll se jkollhom jagħtu kont lil Jehovah għal kull żball ġudiżżjarju li jistgħu jagħmlu u li jkun setaʼ ġie evitat. Fil-​kummentarju tiegħu dwar Ebrej 13:17, J. H. A. Ebrard kiteb: “Huwa d-​dmir tar-​ragħaj li jgħasses fuq l-​erwieħ li tħallew taħt il-​ħarsien tiegħu, u . . . jrid jagħti kont għalihom ilkoll, taʼ dawk ukoll li ntilfu minħabba xi nuqqas tiegħu. Din hi kelma solenni. Ħalli kull ministru tal-​kelma jqis dan, li hu volontarjament daħal għal din il-​kariga responsabbli tal-​biżaʼ [formidabbli].”−Qabbel Ġwann 17:12; Ġakbu 3:1.

7. (a) Imħallfin tal-​lum x’għandhom jiftakru, u x’għandha tkun il-​mira tagħhom? (b) L-​anzjani għandhom jieħdu liema lezzjonijiet minn Mattew 18:18-20?

7 L-​anzjani li jokkupaw kariga ġudizzjarja għandhom jiftakru li l-​veri Mħallfin taʼ kull każ huma Jehovah u Kristu Ġesu. Ftakar x’intqal lill-​imħallfin f’Iżrael: “Ma hux għall-​bniedem li tiġġudikaw imma hu għal Jehovah; u hu qiegħed magħkom fil-​kwistjoni taʼ ġudizzju. U issa ħallu t-​tkexkix taʼ Jehovah jiġi li jkun fuqkom.... Dan hu kif [intom] għandkom tagħmlu biex tistgħu ma tiġbdux fuqkom ħtija.” (2 Kronaki 19:6-10) Bil-​biżaʼ reverenzjali, l-​anzjani li jiġġudikaw xi każ għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex ikunu żguri li Jehovah qiegħed tassew ‘magħhom fil-​kwistjani tal-​iġġudikar.’ Id-​deċizjoni tagħhom għandha tirrifletti b’mod eżatt il-​mod kif Jehovah u Kristu jħarsu lejn il-​kwistjoni. Dak li huma simbolikament ‘jorbtu’ (isibu ħati) jew ‘iħollu’ (jiddikjaraw innoċenti) fuq l-​art għandu jkun dak li diġa jkun ġie marbut jew maħlul fis-​sema—skond ma hu mikxuf b’dak li hemm miktub fil-​Kelma mnebbħa t’Alla. Jekk jitolbu lil Jehovaħ f’isem Ġesù, Ġesù se jkun “f’nofshom” biex igħinhom. (Mattew 18:18-20, nota taʼ taħt; The Watchtower, 15 taʼ Frar, 1988, paġna 9) L-​atmosfera waqt smigħ ġudizzjarju għandha turi li Kristu verament qiegħed f’nofshom.

Ragħajja l-​Ħin Kollu

8. X’inhi r-​responsabbiltà prinċipali tal-​anzjani lejn il-​merħla, kif mogħtija eżempju minn Jehovah u Ġesù Kristu? (Isaija 40:10, 11; Ġwann 10:11, 27-29)

8 L-​anzjani ma jiġġudikawx il-​ħin kollu. Huma ragħajja l-​ħin kollu. Huma wħud li jfejqu, mhux uħud li jikkastigaw. (Ġakbu 5:13-16) L-​idea bażika wara l-​kelma Griega għal indokratur (e·pis’ko·pos) hija dik taʼ ħarsien protettiv. It-​Theological Dictiorary of the New Testament jistqarr: “Billi jżid mal-​kelma ragħaj [fl-​1 Pietru 2:25], it-​terminu [e·pi’sko·pos] jissuġġerixxi x-​xogħol pastorali taʼ li tieħu ħsieb jew tgħasses.” Iva, ir-​responsabbiltà primarja tagħhom hi li jieħdu ħsieb in-​ngħaġ u jgħassuhom, billi jżommuhom ġewwa l-​merħla.

9, 10. (a) Pawlu kif enfasizza l-​ewwel dmir tal-​anzjani, u għalhekk liema mistoqsija huwa sewwa li titpoġġa? (b) Il-​kliem taʼ Pawlu f’​Atti 20:29 x’jimplika, u għalhekk kif jistgħu l-​anzjani jipprovaw inaqqsu n-​numru taʼ każi ġudizzjarji?

9 Waqt li kien qed ikellem lill-​anzjani tal-​kongregazzjoni taʼ Efesu, l-​appostlu Pawlu poġġa l-​enfasi fejn għandu jkun: “Oqogħdu attenti għalikom infuskom u għall-​merħla kollha, li fostha l-​ispirtu qaddis ħatarkom indokraturi, biex tirgħu l-​kongregazzjoni t’Alla, li hu xtara bid-​demm taʼ Ibnu stess.” (Atti 20:28) Pawlu jġiegħel li jispikka l-​indokrar, mhux l-​ikkastigar. Xi anzjani jagħmlu sewwa li jaħsbu fuq din il-​mistoqsija li ġejja: ‘Nistgħu niffrankaw l-​ammont konsiderevoli taʼ ħin li hu meħtieġ biex tinvestiga u tieħu ħsieb każijiet ġudizzjarji jekk inqattgħu iktar ħin u sforz fl-​indokrar?’

10 Veru, Pawlu wissa kontra “lpup li jaħqru.” Imma ma ċanfarx hu lil dawn talli ‘ma ttrattawx mal-​merħla bit-​tenerezza’? (Atti 20:29) U fil-​waqt li implika li l-​indokraturi leali għandhom ikeċċu lil dawn ’l-ilpup,’ ma jurix kliemu li l-​anzjani għandhom jittrattaw maʼ membri oħrajn tal-​merħla “bit-​tenerezza”? Meta nagħġa ssir marida spiritwalment u taqaʼ mal-​ġenb tat-​triq, x’inhu li hu jew hi għandha bżonn—xebgħa jew fejqan, ikkastigar jew indokrar? (Ġakbu 5:14, 15) Għalhekk, l-​anzjani għandhom jagħmlu skedu regulari taʼ ħin għal xogħol pastorali. Dan jistaʼ jġib ir-​riżultat feliċi taʼ inqas ħin imqattaʼ fuq każi ġudizzjarji li jieħdu l-​ħin u li jinvolvu Kristjani li jkunu ġew megħlubin mid-​dnub. Ċertament, l-​ewwel tħassib tal-​anzjani għandu jkun li jipprovdu sors taʼ serħan, biex b’hekk iġibu ’l quddiem il-​paċi, it-​trankwillità, u s-​sigurtà fost il-​poplu taʼ Jehovah.—Isaija 32:1, 2.

Jaqdu bħala Ragħajja u Mħallfin Benefiċenti

11. Anzjani li jservu f’komitati ġudizzjarji għala għandhom bżonn l-​imparzjalità u “l-​għerf minn fuq”?

11 Xogħol pastorali intensiv qabel ma Kristjan jieħu xi pass ħażin jistaʼ sew inaqqas il-​għadd taʼ każi gudizzjarji fost il-​poplu taʼ Jehovah. (Qabbel Galatin 6:1.) Madankollu, minħabba d-​dnub u l-​imperfezzjoni umana, l-​indokraturi Kristjani jistgħu minn żmien għal żmien ikollhom jittrattaw xi każi taʼ għemil ħażin. Liema prinċipji għandhom jiggwidawhom? Kliem Mosè indirizzat lill-​imħallfin f’Iżrael għadu jgħodd: “Meta jkollkom smigħ bejn ħutkom, tridu tiġġudikaw bi tjieba . . . Ma tridux tkunu parzjali fil-​ġudizzju.” (Dewteronomju 1:16, 17) L-​imparzjalità hija karatteristika taʼ “l-​għerf minn fuq,” il-​għerf li hu tant vitali għal anzjani li jaqdu f’kumitati ġudizzjarji. (Ġakbu 3:17; Proverbji 24:23) Għerf bħal dan se jgħinhom biex jagħrfu b’dehen id-​differenza bejn djufija u ħażen.

12. L-​imħallfin f’liema sens iridu jkunu mhux biss irġiel twajbin imma rġiel tajbin?

12 L-​anzjani ‘jridu jiġġudikaw bi tjieba,’ fi qbil mal-​livelli taʼ Jehovah dwar x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. (Salm 19:9) Madankollu, waqt li jistinkaw biex ikunu rġiel twajbin, għandhom ukoll jippruvaw ikunu rġiel tajbin, fis-​sens tad-​distinzjoni li Pawlu jagħmel f’​Rumani 5:7, 8. Waqt li jikkummenta dwar dawn il-​versi fl-​artiklu tiegħu “Righteousness” (“Tjieba”), ix-​xogħol Insight on the Scriptures jistqarr: “L-​użu tat-​terminu Grieg juri li dak li hu magħruf għat-​tjieba, jew li jiddistingwi ruħu biha, huwa wieħed li hu benevolenti (billi jkun lest li jagħmel il-​ġid jew iġib benefiċċju lil oħrajn) u benefiċenti (billi jesprimi b’mod attiv dik it-​tjieba). Mhux sempliċement ikkonċernat li jagħmel dak li titlob il-​ġustizzja imma jmur iktar ’il quddiem minn hekk, billi hu mqanqal minn konsiderazzjoni bnina għal oħrajn u minn xewqa biex ikun taʼ ġid għalihom u jgħinhom.” (It-2 Volum, paġna 809) Anzjani li huma mhux biss twajbin imma wkoll tajbin jittrattaw b’konsiderazzjoni taʼ qalb tajba maʼ min jiżżbalja. (Rumani 2:4) Għandhom ikunu jridu juru ħniena u mogħdrija. Għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex igħinu lil min jiżżbalja biex jara l-​ħtieġa tal-​indiema, saħansitra għalkemm forsi għall-​ewwel jidher li mhux qed iwieġeb għall-​isforzi tagħhom.

Attitudni Xierqa waqt is-​Smiegħ

13. (a) Meta anzjan jaġixxi bħala mħallef, x’ma jiqafx li jkun? (b) Liema parir minn Pawlu japplika wkoll fi smigħ ġudizzjarju?

13 Meta sitwazzjoni tkun tenħtieġ smigħ ġudizzjarju, l-​indokraturi m’għandhomx jinsew li xorta waħda għadhom ragħajja, jittrattaw man-​ngħaġ taʼ Jehovah, taħt “ir-​ragħaj mill-​aħjar.” (Ġwann 10:11) Il-​parir li ta Pawlu għal għajnuna regulari mogħtija lil ngħaġ li jkunu f’xi diffikultà japplika b’daqstant forza waqt smigħ ġudizzjarju. Hu kiteb: “L-​aħwa, saħansitra għalkemm raġel jieħu xi pass falz qabel ma jinduna bih, intom li għandkom kwalifiki spiritwali ppruvaw irranġaw lil raġel bħal dan fi spirtu taʼ ħlewwa, fil-​waqt li kull wieħed minnkom iżomm għajn fuqu nnifsu, minħabba l-​biżaʼ li inti wkoll tistaʼ tiġi ttantat. Komplu ġorru t-​tagħbijiet taʼ xulxin, u b’hekk wettqu l-​liġi tal-​Kristu.”−Galatin 6:1, 2.b

14. L-​indokraturi kif għandhom iħarsu lejn smigħ ġudizzjarju, u x’għandha tkun l-​attitudni tagħhom lejn wieħed li jiżżballja?

14 Minflok ma jqisu lilhom infushom bħala mħallfin superjuri li qegħdin jiltaqgħu biex jamministraw il-​kastig, l-​anzjani li jaqdu fuq xi kumitat ġudizzjarju għandhom iħarsu lejn is-​smigħ bħala aspett ieħor tax-​xogħol pastorali tagħhom. Waħda min-​nagħġiet taʼ Jehovaħ tinsab fl-​inkwiet. X’jistgħu jagħmlu biex isalvawha? Huwa tard wisq biex tgħin lil din il-​nagħġa li twarrbet mill-​merħla? Nittamaw li le. L-​anzjani għandhom iżommu attitudni pożittiva lejn li juru l-​ħniena fejn din hi xierqa. Mhux li għandhom ibaxxu l-​livelli taʼ Jehovah jekk sar xi dnub serju. Imma li jkunu konxji taʼ kwalunkwe ċirkostanza li setgħet twassal għal dak li jkun ġara se jgħinhom biex jestendu l-​ħniena fejn hu possibbli. (Salm 103:8-10; 130:3) Ngħiduha b’niket, xi wħud li jiżżbaljaw ikunu tant rashom iebsa fl-​attitudni tagħhom li l-​anzjani jkollhom bil-​fors juru sodizza, għalkemm qatt ħruxija.—1 Korintin 5:13.

Il-​Għan tas-​Smigħ Ġudizzjarju

15. Meta problema serja tqum bejn individwi, x’għandu jiġi ddeterminat l-​ewwel?

15 Meta tqum xi problema serja bejn individwi, anzjani għaqlin sejrin l-​ewwel jiddeterminaw jekk dawk involuti pprovawx jirranġaw il-​kwistjoni bejniethom privatament, fl-​ispirtu taʼ Mattew 5:23, 24 jew Mattew 18:15. Jekk dan ma rnexxiex, forsi parir minn xi wieħed jew żewġ anzjani jistaʼ jkun biżżejjed. Azzjoni ġudizzjarja hi neċessarja biss jekk sar xi dnub oħxon li jistaʼ jwasssal għal qtugħ mis-​sħubija. (Mattew 18:17; 1 Korintin 5:11) Irid ikun hemm bażi Skritturali soda biex jiġi fformat komitat ġudizzjarju. (Ara The Watchtower, 15 taʼ Settembru, 1989, paġna 18.) Meta jiġi fformat kumitat, l-​anzjani li huma kkwalifikati l-​aħjar għandhom jintgħażlu għal dak il-​każ partikulari.

16. L-​anzjani x’jipprovaw iwettqu permezz taʼ smigħ ġudizzjarju?

16 L-​anzjani x’jipprovaw jilħqu permezz tas-​smigħ ġudizzjarju? L-​ewwelnett, hu impossibbli li tiġġudika bi tjieba jekk il-​verità mhix magħrufa. Bħal f’Iżrael, kwistjonijiet serji jridu jiġu ‘investigati bir-​reqqa.’ (Dewteronomju 13:14; 17:4) Mela waħda mill-​miri taʼ smigħ hi li jinstabu l-​fatti tal-​każ. Imma dan jistaʼ u għandu jsir bl-​imħabba. (1 Korintin 13:4, 6, 7) Ladarba jkunu magħrufin il-​fatti, l-​anzjani se jagħmlu kulma hu possibbli biex jipproteġu lill-​kongregazzjoni u jżommu fiha l-​livelli għoljin taʼ Jehovah u d-​dħul ħieles tal-​ispirtu tiegħu. (1 Korintin 5:7, 8) Madankollu, wieħed mill-​għanijiet taʼ smigħ hu biex isalva, jekk inhu għalkollox possibbli, lil xi midneb li jkun fil-​periklu.—Qabbel Luqa 15:8-10.

17. (a) Wieħed akkużat kif għandu jiġi ttrattat waqt smigħ, u b’liema għan? (b) Dan x’se jitlob min-​naħa tal-​membri tal-​kumitat ġudizzjarju?

17 Persuna akkużata qatt ma għandha tiġi ttrattata mod ieħor ħlief bħala nagħġa t’Alla. Għandha tiġi ttrattata b’tenerezza. Jekk sar xi dnub (jew dnubiet), il-​għan tal-​imħallfin taʼ tjieba se jkun li jgħinu lill-​midneb biex jaġġusta ruħu, biex jifhem l-​iżball taʼ triqtu, biex jindem, u b’hekk biex jinħataf ’il barra “min-​nassa tax-​Xitan.” Tkun meħtieġa s-​“sengħa tat-​tagħlim,” biex wieħed “jistruwixxi bil-​ħlewwa.” (2 Timotew 2:24-26; 4:2) X’ingħidu jekk wieħed midneb jagħraf li dineb, iħossu milqut fil-​qalb, u jitlob lil Jehovah għal maħfra? (Qabbel Atti 2:37.) Jekk il-​kumitat konvint li hu sinċerament irid il-​għajnuna, ġeneralment ma jkun hemm ebda ħtieġa li jiġi maqtugħ mis-​sħubija.—Ara The Watchtower, 1 taʼ Jannar, 1983, paġni 31, paragrafu 1.

18. (a) Kumitat ġudizzjarju meta għandu juri sodizza f’li jkeċċi mis-​sħubija lil wieħed li jiżżballja? (b) Minħabba liema sitwazzjoni taʼ qsim il-​qalb għandhom l-​anzjani jistinkaw għan-​nom taʼ ngħaġ li qegħdin jitbiegħdu?

18 Mill-​banda l-​oħra, meta membri taʼ kumitat ġudizzjarju jsibu maʼ wiċċhom każ ċar taʼ apostasija bla rimors, irvell apposta kontra l-​liġijiet taʼ Jehovah, jew sempliċement aġir mill-​agħar, id-​dmir tagħhom hu li jipproteġu lill-​membri l-​oħrajn tal-​kongregazzjoni billi jaqtgħu mis-​sħubija lil min ikkommetta l-​offiża bla ma nidem. Il-​kumitat ġudizzjarju m’huwiex obbligat li jiltaqaʼ darba wara l-​oħra maʼ min għamel il-​ħażen jew ipoġġilu l-​kliem f’ħalqu, billi jġagħluh jindem, jekk inhu ovvju li mhux dispjaċut b’mod xieraq.c Fis-​snin riċenti l-​qtugħ mis-​sħubija mad-​dinja kollha kien taʼ bejn wieħed u ieħor 1 fil-​mija tal-​pubblikaturi. Dan ifisser li minn madwar mitt nagħġa li tibqaʼ fil-​maqjel, tintilef waħda—tal-​anqas temporanjament. Meta wieħed iqis il-​ħin u l-​isforz li jittieħed biex tressaq persuna ġewwa l-​maqjel, ma jaqsamlekx qalbek li tkun taf li għaxriet taʼ eluf qegħdin ‘jingħataw lura lil Satana’ kull sena?—1 Korintin 5:5.

19. Anzjani li qegħdin iservu f’kumitat ġudizzjarju x’għandhom qatt ma jinsew, u għalhekk x’se tkun il-​mira tagħhom?

19 L-​anzjani li jibdew fuq każ ġudizzjarju għandhom jiftakru li fil-​biċċa l-​kbira tal-​każijiet taʼ dnub fil-​kongregazzjoni hemm involuta d-​djufija, mhux il-​ħazen. Qatt ma għandhom jinsew it-​tixbieha taʼ Ġesù dwar in-​nagħġa l-​mitlufa, li kkonkludiet bil-​kliem: “Ingħidilkom li b’hekk se jkun hemm iktar ferħ fis-​sema minħabba midneb wieħed li jindem milli minħabba disgħa u disgħin uħud twajbin li m’għandhomx bżonn jindmu.” (Luqa 15:7) Verament, “Jehovah . . . ma jixtieqx li xi ħadd jinqered imma jixtieq li kulħadd jasal għall-​indiema.” (2 Pietru 3:9) Bil-​għajnuna taʼ Jehovah, jalla l-​kumitati ġudizzjarji mad-​dinja kollha jagħmlu ħilithom kollha biex iġibu ferħ fis-​sema billi jgħinu lil dawk li jagħmlu l-​ħażen jaraw il-​ħtieġa li jindmu u li jerġgħu jibdew mexjin fit-​triq id-​dejqa li twassal lejn il-​ħajja taʼ dejjem.—Mattew 7:13, 14.

[Noti taʼ taħt]

a Għall-pożizzjoni taʼ anzjani minn fost in-​ngħaġ l-​oħra rigward l-​id il-​leminija taʼ Kristu, ara l-​ktieb Revelation—Its Grand Climax At Hand!, ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc., paġna 136, nota taʼ taħt.

b Ara The Watchtower, 15 taʼ Settembru, 1989, paġna 19.

c Ara The Watchtower, 1 taʼ Settembru, 1981 paġna 26, paragrafu 24.

Mistoqsijiet taʼ Reviżjoni

◻ Billi jsegwu l-​eżempju tar-​Ragħaj il-​Kbir u tar-​Ragħaj mill-​Aħjar, x’għandu jkun l-​interess prinċipali tal-​anzjani?

◻ L-​anzjani b’liema mod jistgħu jagħmlu ħilithom biex inaqqsu n-​numru taʼ każi gudizzjarji?

◻ L-​imħallfin f’liema sens iridu jkunu mhux biss twajbin imma wkoll tajbin?

◻ Wieħed li żballja kif għandu jiġi ttrattat waqt smigħ, u b’liema għan?

◻ It-​tkeċċija mis-​sħubija għala hi l-​aħħar ħaġa li trid issir?

[Stampa f’paġna 13]

Meta jsir xogħol pastorali bil-​quddiem, ħafna każi ġudizzjarji jistgħu jiġu evitati

[Stampa f’paġna 15]

Saħansitra matul smigħ ġudizzjarju, l-​anzjani għandhom jipprovaw li jirranġaw lil dak li żballja fi spirtu taʼħlewwa

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja