-
Imqanqlin mill-“Għeġubijiet taʼ Alla”It-Torri tal-Għassa—2002 | Awwissu 1
-
-
Imqanqlin biex Jaġixxu!
4. Liema profezija taʼ Ġoel twettqet nhar Pentekoste tas-sena 33 E.K.?
4 Meta rċivew l-ispirtu qaddis, id-dixxipli f’Ġerusalemm ma tilfux żmien biex jaqsmu l-aħbar tajba taʼ salvazzjoni m’oħrajn, billi bdew bil-ġemgħa li kienet inġabret f’dik l-għodwa. L-ippridkar tagħhom wettaq profezija straordinarja, li nkitbet tmien sekli qabel minn Ġoel, bin Petwel: “Jiena nsawwab l-Ispirtu tiegħi fuq il-ħlejjaq kollha. Uliedkom iħabbru, subjien u bniet, ix-xjuħ tagħkom ikollhom ħolm, iż-żgħażagħ tagħkom jaraw viżjonijiet. U mqar fuq il-qaddejja, rġiel u nisa, nsawwab l-ispirtu tiegħi f’dawk il-jiem . . . qabel ma jasal Jum il-Mulej, kbir u tal-biżaʼ!”—Ġoel 1:1; 3:1, 2, 4 (2:28, 29, 31, NW); Atti 2:17, 18, 20.
5. Il-Kristjani taʼ l-ewwel seklu f’liema sens ipprofetizzaw? (Ara n-nota taʼ taħt.)
5 Kien ifisser dan li Alla kien se jqajjem ġenerazzjoni sħiħa taʼ profeti, kemm irġiel u kemm nisa, bħalma kienu David, Ġoel, u Debora, u jużahom biex ibassar ġrajjiet futuri? Le. Is-‘subjien u bniet, il-qaddejja, rġiel u nisa’ Kristjani kienu se jipprofetizzaw fis-sens li kienu se jiġu mqanqlin mill-ispirtu taʼ Jehovah biex jiddikjaraw “l-għeġubijiet” li Jehovah għamel u kien għadu se jagħmel. Allura kienu se jaqdu bħala kelliema għall-Iktar Għoli.a Imma l-ġemgħa kif irreaġixxiet?—Lhud 1:1, 2.
-
-
Imqanqlin mill-“Għeġubijiet taʼ Alla”It-Torri tal-Għassa—2002 | Awwissu 1
-
-
a Meta Jehovah ħatar lil Mosè u lil Aron biex ikellmu lill-Fargħun f’isem il-poplu tiegħu, Hu qal lil Mosè: “Jien nagħmlek qisek Alla għall-Fargħun; u Aron ħuk ikun il-profeta tiegħek.” (Eżodu 7:1, korsiv tagħna.) Aron qeda bħala profeta, mhux għax bassar ġrajjiet futuri, imma għax sar il-kelliemi taʼ Mosè.
-