LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 10/1 pp. 12-16
  • Nimxu bil-Għerf Rigward id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nimxu bil-Għerf Rigward id-Dinja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Jegħlbu l-​Preġudizzju
  • Żelużi, Mhux Aggressivi
  • Mimlijin Rispett u “Lesti għal Kull Xogħol Tajjeb”
  • ‘Jekk Inhu Possibbli, Żommu l-​Paċi maʼ Kulħadd’
  • ‘Naħdmu Dak li Hu Tajjeb lejn Kulħadd’
  • Insikktu lill-​Opponenti
  • “Żommu l-Paċi mal-Bnedmin Kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • “Ġibu Rwieħkom Sewwa” Fost il-Ġnus
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Il-Kristjani U d-Dinja taʼ Bnedmin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Il-Ħarsa Kristjana Lejn l-Awtorità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 10/1 pp. 12-16

Nimxu bil-Għerf Rigward id-Dinja

“Ibqgħu mexjin bil-​għerf lejn dawk fuq barra.”—KOLOSSIN 4:5.

1. Il-​Kristjani bikrin b’liema affarijiet kienu kkonfrontati, u Pawlu liema parir ta lill-​kongregazzjoni f’Kolosse?

IL-​KRISTJANI bikrin li kienu jgħixu fl-​ibliet tad-​dinja Rumana kienu kontinwament iffaċċjati minn idolatrija, tfittxija taʼ pjaċiri immorali, u riti u drawwiet pagani. Dawk li kienu jgħixu f’Kolosse, belt fil-​Punent ċentrali tal-​Asja Minuri, bla dubju ltaqgħu mal-​qima tal-​alla omm u mal-​ispiritiżmu tal-​Friġjani tal-​post, il-​filosofija pagana tal-​Griegi li ssetiljaw hemm, u l-​Ġudaiżmu tal-​kolonnja Lhudija. L-​appostlu Pawlu wissa lill-​kongregazzjoni Kristjana biex ‘jibqgħu mexjin bil-​għerf’ maʼ “wħud fuq barra” bħal dawn.​—Kolossin 4:5.

2. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah illum għala jridu jimxu bil-​għerf maʼ dawk fuq barra?

2 Illum, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jiltaqgħu maʼ drawwiet ħżiena simili, u saħansitra iżjed minn hekk. Huma wkoll, għalhekk, iridu jeżerċitaw il-​għerf fir-​relazzjoni tagħhom maʼ dawk barra mill-​kongregazzjoni Kristjana vera. Ħafna nies fl-​oqsma reliġjużi u politiċi kif ukoll fil-​mezzi taʼ komunikazzjoni jopponuhom. Xi wħud minn dawn, kemm permezz taʼ attakki diretti jew, iktar spiss, b’insinwazzjoni, jipprovaw itebbgħu r-​reputazzjoni tax-​Xhieda taʼ Jehovah u jqajmu preġudizzju kontra tagħhom. Bħalma l-​Kristjani bikrin kienu b’mod inġust jitqiesu bħala “setta” fanatika u saħansitra perikoluża, ix-​Xhieda taʼ Jehovah illum huma taʼ spiss il-​mira taʼ preġudizzju u opinjonijiet ħżiena kontra tagħhom.​—Atti 24:14; 1 Pietru 4:4.

Jegħlbu l-​Preġudizzju

3, 4. (a) Il-​Kristjani veri għala qatt ma se jkunu maħbubin mid-​dinja, imma x’għandna nipprovaw nagħmlu? (b) Waħda awtriċi x’kitbet dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah miżmumin f’kamp tal-​konċentrament Nażista?

3 Kristjani veri ma jistennewx li jiġu maħbubin mid-​dinja, li, skond l-​appostlu Ġwanni, “qiegħda taħt il-​qawwa tal-​wieħed mill-​agħar.” (1 Ġwann 5:19) Madankollu, il-​Bibbja tinkuraġġixxi lill-​Kristjani biex jipprovaw jirbħu lil individwi lejn Jehovah u lejn il-​qima pura tiegħu. Dan nagħmluh billi nagħtu xiehda diretta kif ukoll bil-​kondotta tajba tagħna. L-​appostlu Pietru kiteb: “Żommu l-​kondotta tagħkom mill-​aħjar fost il-​ġnus, biex, fil-​ħaġa li qegħdin jitkellmu kontra tagħkom bħala nies ħżiena, huma jistgħu bħala riżultat tax-​xogħlijiet mill-​aħjar tagħkom li tagħhom huma xhieda li raw b’għajnejhom jigglorifikaw lil Alla fil-​jum għall-​ispezzjoni tiegħu.”​—1 Pietru 2:12.

4 Fil-​ktieb tagħha Forgive​—But Do Not Forget, l-​awtriċi Sylvia Salvesen qalet dwar nisa Xhieda li kienu priġunieri sħabha f’kamp tal-​konċentrament Nażista: “Dawk it-​tnejn, Käthe u Margarethe, u ħafna oħrajn, għenuni ħafna, mhux biss bil-​fidi tagħhom imma f’affarijiet prattiċi. Huma pprovdewlna l-​ewwel faxex indaf li kellna għall-​feriti tagħna . . . Fi ftit kliem sibna ruħna qalb nies li xtaqulna l-​ġid, u li wrew is-​sentimenti taʼ ħbiberija tagħhom bl-​azzjonijiet tagħhom.” X’testimonjanza mill-​aħjar minn “dawk fuq barra”!

5, 6. (a) Kristu liema xogħol qed iwettaq fiż-​żmien preżenti, u x’ma rridux ninsew? (b) X’għandha tkun l-​attitudni tagħna lejn nies tad-​dinja, u għala?

5 Nistgħu nagħmlu ħafna biex inkissru l-​preġudizzju bil-​mod għaqli li bih nikkonduċu lilna nfusna lejn uħud fuq barra. Veru, qegħdin ingħixu fiż-​żmien meta s-​Sultan renjanti tagħna, Kristu Ġesù, qed jifred lin-​nies tal-​ġnus, “sewwa sew bħalma ragħaj jifred in-​ngħaġ mill-​mogħoż.” (Mattew 25:32) Imma qatt tinsa li Kristu huwa l-​Imħallef; huwa l-​wieħed li jiddeċiedi min huma “n-​ngħaġ” u min huma “l-​mogħoż.”​—Ġwann 5:22.

6 Dan għandu jinfluwenza l-​attitudni tagħna lejn dawk li m’humiex parti mill-​organizzazzjoni taʼ Jehovah. Aħna nistgħu nħarsu lejhom bħala nies tad-​dinja, imma huma parti mid-​dinja taʼ bnedmin li “Alla tant ħabb . . . li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, sabiex kulmin qiegħed jeżerċita fidi fih jistaʼ ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwann 3:16) Ikun bil-​wisq aħjar li tikkunsidra lin-​nies bħala ngħaġ prospettivi milli b’mod prużuntuż tiddeċiedi li huma mogħoż. Xi wħud li kienu darba jopponu bil-​vjolenza lill-​verità huma issa Xhieda ddedikati. U ħafna minn dawn ġew l-​ewwel mirbuħin b’atti taʼ qalb tajba, qabel ma wieġbu għal xi għoti dirett taʼ xiehda. Ara, per eżempju, l-​istampa f’din il-​paġna.

Żelużi, Mhux Aggressivi

7. Il-​papa liema kritika esprima, imma liema mistoqsija nistgħu nagħmlu?

7 Il-​Papa Ġwanni Pawlu II ikkritika lis-​setet inġenerali, u x-​Xhieda taʼ Jehovah b’mod partikulari, meta qal: “Iż-​żelu kważi aggressiv li bih xi wħud ifittxu membri ġodda, billi jmorru minn dar għal dar, jew billi jwaqqfu lil min ikun għaddej fil-​kantunieri tat-​toroq, huwa kopja settarjana falza taʼ ħeġġa appostolika u missjunarja.” Jistaʼ jiġi mistoqsi, Jekk tagħna hi “kopja falza taʼ ħeġġa appostolika u missjunarja,” fejn jinsab iż-​żelu veru taʼ evanġelizzar? Ċertament li mhux fost il-​Kattoliċi lanqas, jekk niġu f’dan, fost il-​Protestanti jew membri tal-​knejjes Ortodossi.

8. Kif għandna nwettqu l-​għoti taʼ xiehda minn dar għal dar, bit-​tama għal liema riżultat?

8 Xorta waħda, sabiex ingiddbu kwalunkwe akkuża taʼ aggressività fil-​għoti taʼ xiehda tagħna, għandna dejjem inkunu qalbna tajba, nuru rispett, u edukati meta navviċinaw lin-​nies. Id-​dixxiplu Ġakbu kiteb: “Min hu għaref u li jifhem fostkom? Ħa juri bl-​imġieba mill-​aħjar tiegħu xogħlijietu bi ħlewwa li tappartjeni lill-​għerf.” (Ġakbu 3:13) L-​appostlu Pawlu jħeġġiġna ‘biex ma nkunux ġellidin.’ (Titus 3:2) Per eżempju, minflok ma nikkundannaw bl-​addoċċ it-​twemmin tal-​persuna li nkunu qegħdin nagħtuha xiehda, għala ma nurux interess sinċier fl-​opinjoni tagħha? Imbagħad ingħidu lill-​persuna l-​aħbar tajba kif tinsab fil-​Bibbja. Billi naddottaw attitudni pożittiva u nuru rispett xieraq lejn nies bi twemmin ieħor, se ngħinuhom ikollhom attitudni mentali aħjar biex jisimgħu, u forsi jagħrfu l-​valur tal-​messaġġ tal-​Bibbja. Ir-​riżultat jistaʼ jkun li xi wħud se jiġu biex “jigglorifikaw lil Alla.”​—1 Pietru 2:12.

9. Kif nistgħu napplikaw il-​parir li Pawlu ta (a) f’Kolossin 4:5? (b) f’​Kolossin 4:6?

9 L-​appostlu Pawlu ta parir: “Ibqgħu mexjin bil-​għerf lejn dawk fuq barra, billi tixtru l-​ħin opportun għalikom infuskom.” (Kolossin 4:5) Billi spjega din l-​espressjoni tal-​aħħar, J. B. Lightfoot kiteb: “Billi ma nħallu l-​ebda opportunità taħrabilna, biex ingħidu u nagħmlu dak li jistaʼ javvanza l-​kawża t’Alla.” (Korsiv tagħna.) Iva, irridu nkunu lesti bil-​kliem u bil-​fatti fil-​ħin opportun. Għerf bħal dan jinvolvi wkoll li nagħżlu ħin addattat tal-​ġurnata biex inżuru lin-​nies. Jekk il-​messaġġ tagħna jiġi rrifjutat, huwa għaliex in-​nies ma japprezzawhx, jew għaliex aħna morna f’xi ħin li x’aktarx kien inopportun? Pawlu kiteb ukoll: “Ħallu l-​ħaġa mitkellma tagħkom tkun dejjem bil-​grazzja, imħawra bil-​melħ, biex tkunu tafu kif għandkom tagħtu tweġiba lil kull wieħed.” (Kolossin 4:6) Dan jirrikjedi ħsieb bil-​quddiem u mħabba vera lejn il-​proxxmu. Ejjew nippreżentaw dejjem il-​messaġġ tas-​Saltna bil-​ħlewwa.

Mimlijin Rispett u “Lesti għal Kull Xogħol Tajjeb”

10. (a) L-​appostlu Pawlu liema parir ta lill-​Kristjani li kienu jgħixu fi Kreta? (b) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kif kienu eżemplari f’li jsegwu l-​parir taʼ Pawlu?

10 Aħna ma nistgħux nagħmlu kompromess fejn jidħlu prinċipji tal-​Bibbja. Mill-​banda l-​oħra, m’għandniex nargumentaw bla bżonn fuq kwistjonijiet li ma jinvolvux l-​integrità Kristjana. L-​appostlu Pawlu kiteb: “Ibqaʼ fakkarhom [lill-Kristjani fi Kreta] biex ikunu sottomessi u jkunu ubbidjenti lejn gvernijiet u awtoritajiet bħala ħakkiema, biex ikunu lesti għal kull xogħol tajjeb, biex ma jitkellmu b’mod inġurjuż dwar ħadd, biex ma jkunux ġellidin, biex ikunu raġonevoli, billi juru kull ħlewwa lejn il-​bnedmin kollha.” (Titus 3:​1, 2) L-​istudjuż tal-​Bibbja E. F. Scott kiteb dwar din is-​silta: “Il-​Kristjani kellhom mhux biss jobdu l-​awtorità, imma jridu jkunu lesti għal kull xogħol tajjeb. Dan . . . ifisser li, meta tqum l-​okkażjoni, il-​Kristjani għandhom ikunu fost taʼ quddiem f’li juru spirtu pubbliku. Dejjem se jkun hemm każi taʼ ħruq, pesta, gwaj taʼ kull xorta, meta ċ-​ċittadini tajbin kollha jkunu jixtiequ jgħinu lill-​ġirien tagħhom.” Mad-​dinja kollha kien hemm ħafna każi fejn faqqgħet xi katastrofi u x-​Xhieda taʼ Jehovah kienu fost l-​ewwel nies li wettqu xogħol taʼ serħan. Huma għenu mhux biss lil ħuthom imma wkoll lil uħud fuq barra.

11, 12. (a) Il-​Kristjani kif għandhom jaġixxu lejn l-​awtoritajiet? (b) Is-​sottomissjoni lejn l-​awtoritajiet x’tinkludi fejn jidħol il-​bini taʼ Swali tas-​Saltna?

11 Din l-​istess silta mill-​ittra taʼ Pawlu lil Titus tenfasizza wkoll l-​importanza taʼ li wieħed jaddotta attitudni taʼ rispett lejn l-​awtoritajiet. Kristjani żgħażagħ li minħabba l-​waqfa tagħhom fuq in-​newtralità jidhru quddiem imħallfin għandhom b’mod partikulari jagħtu kas li jimxu bil-​għerf lejn dawk fuq barra. Huma jistgħu jagħmlu ħafna biex jibnu jew itebbgħu r-​reputazzjoni tal-​poplu taʼ Jehovah bl-​apparenza tagħhom, bil-​komportament tagħhom, u bil-​mod kif jitkellmu maʼ dawn l-​awtoritajiet. Huma għandhom ‘jagħtu lilu li jsejjaħ għall-​unur, unur bħal dan,’ u jagħmlu d-​difiża tagħhom b’rispett profond.​—Rumani 13:​1-7; 1 Pietru 2:17; 3:15.

12 L-​“awtoritajiet” jinkludu lil uffiċjali governattivi lokali. Issa li iktar u iktar Swali tas-​Saltna qegħdin jinbnew, kuntatti mal-​awtoritajiet lokali huma inevitabbli. Taʼ spiss, l-​anzjani jiltaqgħu maʼ preġudizzju. Imma nstab li fejn rappreżentanti tal-​kongregazzjoni jistabbilixxu relazzjoni tajba mal-​awtoritajiet u jikkoperaw mal-​kummissjoni tal-​ippjanar tal-​belt, dan il-​preġudizzju jistaʼ jiġi mkisser. Taʼ spiss xiehda mill-​aħjar tingħata lil nies li qabel kienu jafu ftit li xejn dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah u dwar il-​messaġġ tagħhom.

‘Jekk Inhu Possibbli, Żommu l-​Paċi maʼ Kulħadd’

13, 14. Pawlu liema parir ta lill-​Kristjani f’Ruma, u kif nistgħu napplikawh fir-​relazzjonijiet tagħna maʼ dawk fuq barra?

13 Pawlu ta l-​parir li ġej lill-​Kristjani li kienu jgħixu f’Ruma pagana: “Troddu ħażen għal ħażen lil ħadd. Ipprovdu affarijiet mill-​aħjar quddiem il-​bnedmin kollha. Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-​paċi mal-​bnedmin kollha. Tivvendikawx erwieħkom, maħbubin, imma ċedu għall-​korla; għax hu miktub: ‘Il-​vendetta hi tiegħi; jien se nħallas lura, igħid Jehovah.’ Imma, ‘jekk il-​għadu tiegħek hu bil-​ġuħ, itimgħu; jekk inhu bil-​għatx, agħtih xi ħaġa x’jixrob; għax billi tagħmel dan int se tiġmaʼ faħam bin-​nar fuq rasu.’ Tħallix lilek innifsek tiġi kkonkwistat mill-​ħażen, imma ibqaʼ kkonkwista lill-​ħażen bit-​tajjeb.”​—Rumani 12:​17-21.

14 Fir-​relazzjonijiet tagħna maʼ dawk fuq barra, aħna bħala Kristjani veri b’mod inevitabbli niltaqgħu maʼ opponenti. Fis-​silta t’hawn fuq, Pawlu juri li t-​triq taʼ għerf hi li tipprova tegħleb l-​oppożizzjoni b’azzjonijiet twajbin. Bħal faħam bin-​nar, dawn l-​atti taʼ qalb tajba jistgħu jdewbu l-​mibgħeda u jirbħu lill-​opponenti għal attitudni iżjed twajba lejn il-​poplu taʼ Jehovah, forsi saħansitra jqajmulu l-​interess fl-​aħbar tajba. Meta jiġri dan, il-​ħażin jintrebaħ bit-​tajjeb.

15. Il-​Kristjani meta b’mod partikulari għandhom joqogħdu attenti biex jimxu bil-​għerf maʼ dawk fuq barra?

15 Li timxi bil-​għerf maʼ dawk fuq barra hu b’mod partikulari importanti fi djar fejn wieħed jew waħda mill-​imseħbin fiż-​żwieġ għadhom ma aċċettawx il-​verità. Osservanza taʼ prinċipji Bibliċi tipproduċi rġiel miżżewġin aħjar, nisa miżżewġin aħjar, missirijiet aħjar, ommijiet aħjar, u tfal li huma iżjed ubbidjenti u jistudjaw iżjed fl-​iskola. Min ma jemminx għandu jkun jistaʼ jara l-​effett bnin li l-​prinċipji tal-​Bibbja għandhom fuq min jemmen. B’hekk, xi wħud “jistgħu jintrebħu mingħajr kelma permezz tal-​kondotta” tal-​membri tal-​familja ddedikati.​—1 Pietru 3:​1, 2.

‘Naħdmu Dak li Hu Tajjeb lejn Kulħadd’

16, 17. (a) Alla liema sagrifiċċji jogħġbuh sewwa? (b) Kif għandna “naħdmu dak li hu tajjeb” lil ħutna kif ukoll lil dawk fuq barra?

16 L-​akbar ġid li nistgħu nagħmlu lill-​proxxmu tagħna hu li nġibulu l-​messaġġ tal-​ħajja u ngħallmuh dwar rikonċiljazzjoni maʼ Jehovah permezz taʼ Ġesù Kristu. (Rumani 5:​8-11) Għalhekk l-​appostlu Pawlu jgħidilna: “Permezz tiegħu [Kristu] ejjew dejjem noffru ’l Alla sagrifiċċju taʼ tifħir, jiġifieri, il-​frott tax-​xofftejn li jagħmlu dikjarazzjoni pubblika għal ismu.” (Ebrej 13:15) Pawlu jżid: “Barra minn hekk, tinsewx tagħmlu l-​ġid u taqsmu l-​affarijiet maʼ oħrajn, għax b’sagrifiċċji bħal dawn Alla jitgħaxxaq sewwa.” (Ebrej 13:16) Minbarra l-​għoti taʼ xiehda tagħna fil-​pubbliku, m’għandniex ninsew ‘nagħmlu l-​ġid.’ Dan jifforma parti integrali mis-​sagrifiċċji li bihom Alla jitgħaxxaq sewwa.

17 Naturalment, aħna nagħmlu l-​ġid lil ħutna spiritwali, li jistgħu jkunu fil-​bżonn emozzjonalment, spiritwalment, fiżikament, jew materjalment. Pawlu ndika dan meta kiteb: “Sakemm għandna ż-​żmien favorevoli għalih, ħa naħdmu dak li hu tajjeb lejn kulħadd, imma speċjalment lejn dawk li jiġu minna fil-​fidi.” (Galatin 6:10; Ġakbu 2:​15, 16) M’għandniex, madankollu, ninsew il-​kliem, “Ħa naħdmu dak li hu tajjeb lejn kulħadd.” Att taʼ qalb tajba lil qarib, ġar, jew lil xi sieħbek tax-​xogħol jistaʼ jiswa ħafna biex ikisser il-​preġudizzju kontra tagħna u jiftaħ il-​qalb taʼ dak li jkun għall-​verità.

18. (a) Liema perikli għandna nevitaw? (b) Kif għandna nużaw it-​tjubija Kristjana b’appoġġ għax-​xogħol tagħna taʼ għoti taʼ xiehda fil-​pubbliku?

18 Biex nagħmlu dan, m’għandniex bżonn li nsiru ħbieb intimi maʼ dawk fuq barra. Sħubija bħal din hija potenzjalment perikoluża. (1 Korintin 15:33) U m’hemm ebda intenzjoni li nsiru ħbieb mad-​dinja. (Ġakbu 4:4) Imma t-​tjubija Kristjana tagħna tistaʼ tappoġġja l-​ippridkar tagħna. F’xi artijiet qed isir iktar u iktar diffiċli biex titkellem man-​nies fid-​djar tagħhom. Xi appartamenti huma protetti b’apparat li jwaqqafna milli nikkuntattjaw lill-​inkwilini. F’pajjiżi żviluppati t-​telefon joffri mezz għall-​ippridkar. Fil-​biċċa l-​kbira tal-​pajjiżi għoti taʼ xiehda fit-​toroq jistaʼ jsir. Iżda, fil-​pajjiżi kollha, li nkunu pjaċevoli, b’manjieri tajbin, qalbna tajba, u taʼ għajnuna jiftaħ opportunitajiet biex inkissru l-​preġudizzju u nagħtu xiehda mill-​aħjar.

Insikktu lill-​Opponenti

19. (a) Ladarba aħna ma nfittxux li nogħġbu lin-​nies, x’nistgħu nistennew? (b) Kif għandna nipprovaw insegwu l-​eżempju taʼ Danjel u napplikaw il-​parir taʼ Pietru?

19 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah la jridu jogħġbu lin-​nies u lanqas jibżgħu minnhom. (Proverbji 29:25; Efesin 6:6) Huma jirrealizzaw bis-​sħiħ li minkejja l-​isforzi tagħhom biex ikunu eżemplari f’li jħallsu t-​taxxi u bħala ċittadini tajbin, l-​opponenti se jferrxu gideb malizzjuż u jgħidu kontra tagħhom. (1 Pietru 3:16) Billi jafu dan, huma jipprovaw jimitaw lil Danjel, li l-​għedewwa tiegħu qalu dwaru: “Ma se nsibu f’dan Danjel ebda skuża assolutament, ħlief li rridu nsibu din kontra tiegħu fil-​liġi taʼ dak Alla tiegħu.” (Danjel 6:5) Aħna qatt m’aħna se nagħmlu kompromess fejn jidħlu prinċipji Bibliċi biex nogħġbu lin-​nies. Mill-​banda l-​oħra, aħna ma nfittxux li nkunu martri. Aħna nipprovaw ingħixu fil-​paċi u nagħtu kas tal-​parir appostoliku: “Hekk hi r-​rieda t’Alla, li billi tagħmlu t-​tajjeb tistgħu tliġġmu l-​kliem injorant tal-​irġiel li ma jirraġunawx.”​—1 Pietru 2:15.

20. (a) Dwar liema ħaġa aħna konvinti, u Ġesù x’inkuraġġiment tana? (b) Kif nistgħu nibqgħu nimxu bil-​għerf maʼ dawk fuq barra?

20 Aħna konvinti li l-​pożizzjoni tagħna taʼ separazzjoni mid-​dinja hija fi qbil sħiħ mal-​Bibbja. Hija appoġġjata mill-​istorja tal-​Kristjani tal-​ewwel seklu. Aħna nagħmlu l-​qalb bil-​kliem taʼ Ġesù: “Fid-​dinja qegħdin ikollkom tribulazzjoni, imma agħmlu kuraġġ! Jien ikkonkwistajt lid-​dinja.” (Ġwann 16:33) Aħna ma nibżgħux. “Tabilħaqq, liema hu l-​bniedem li se jweġġagħkom jekk issiru żelużi għal dak li hu tajjeb? Imma saħansitra jekk għandkom issofru minħabba t-​tjieba, intom henjin. Madankollu, l-​oġġett tal-​biżaʼ tagħhom tibżgħux intom minnu, u lanqas issiru aġitati. Imma qaddsu lill-​Kristu bħala Mulej fi qlubkom, dejjem lesti biex tagħmlu difiża quddiem kulmin jitlobkom raġuni għat-​tama fikom, imma billi tagħmlu hekk bil-​ħlewwa u b’rispett profond.” (1 Pietru 3:​13-15) Fil-​waqt li naġixxu b’dan il-​mod, se nkomplu nimxu bil-​għerf maʼ dawk fuq barra.

Bħala Reviżjoni

◻ Ix-​Xhieda taʼ Jehovah għala jridu jimxu bil-​għerf maʼ dawk fuq barra?

◻ Kristjani veri għala qatt ma jistgħu jittamaw li jinħabbu mid-​dinja, imma x’għandhom jipprovaw jagħmlu?

◻ X’għandha tkun l-​attitudni tagħna lejn nies tad-​dinja, u għala?

◻ Għala għandna “naħdmu dak li hu tajjeb” mhux biss lil ħutna imma wkoll lil dawk fuq barra?

◻ Li nimxu bil-​għerf maʼ dawk fuq barra kif jistaʼ jgħinna fix-​xogħol tagħna taʼ għoti taʼ xiehda fil-​pubbliku?

[Stampa f’paġna 13]

Atti Kristjani taʼ tjubija jistgħu jgħinu ħafna biex jitkisser il-​preġudizzju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja