LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kun Onest f’Kollox
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 2. Kif nistgħu nkunu onesti f’ħajjitna?

      Ġeħova jridna ‘ngħidu l-​verità lil xulxin.’ (Żakkarija 8:​16, 17) Dan xi jfisser? Jekk qed nitkellmu maʼ tal-​familja, tax-​xogħol, l-​aħwa Kristjani, jew uffiċjali tal-​gvern, irridu ngħidu l-​verità kollha u ma nigdbux. Nies onesti ma jisirqux jew iqarrqu b’oħrajn. (Aqra Proverbji 24:28 u Efesin 4:28.) Huma jħallsu t-​taxxi kollha li hemm bżonn. (Rumani 13:​5-​7) Allura aħna “nġibu ruħna bl-​onestà f’kollox.”​—Ebrej 13:18.

  • Xi Jfisser li Tkun Newtrali?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Lezzjoni 45. Oħt żagħżugħ b’rispett tqum waqt l-​innu imma ma tkantax u ma tpoġġix idha fuq qalbha bħall-​istudenti l-​oħra.

      LEZZJONI 45

      Xi Jfisser li Tkun Newtrali?

      Ġesù għallem lid-​dixxipli tiegħu biex ‘ma jkunux parti mid-​dinja.’ (Ġwanni 15:19) Dan ifisser li nkunu newtrali, jiġifieri li ma nżommu ma’ ħadd fil-​politika jew fil-​gwerer. Dan mhux dejjem ikun faċli. In-​nies jistgħu jidħqu bina għax nibqgħu newtrali. Imma kif nistgħu nibqgħu newtrali u leali lejn Ġeħova?

      1. Il-​Kristjani veri x’jaħsbu dwar il-​gvernijiet?

      Il-​Kristjani jirrispettaw il-​gvernijiet. Bħalma qal Ġesù, aħna ‘nagħtu lura lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari.’ Dan ifisser li aħna nobdu l-​liġijiet tal-​pajjiż, bħal li nħallsu t-​taxxi. (Marku 12:17) Il-​Bibbja tgħidilna li l-​gvernijiet qed imexxu għax Ġeħova jħallihom. (Rumani 13:1) Allura nifhmu li l-​gvernijiet għandhom inqas awtorità minn Alla. Aħna nafdaw f’Alla u fis-​Saltna tiegħu biex isolvu l-​problemi li hawn fuq l-​art.

      2. Kif nistgħu nuru li aħna newtrali?

      Bħal Ġesù, aħna ma nindaħlux fil-​politika. Meta n-​nies raw lil Ġesù jagħmel il-​mirakli, huma pprovaw jagħmluh sultan. Imma hu ma ħallihomx. (Ġwanni 6:​15) Għala? Għax iktar tard hu qal, “is-​saltna tiegħi mhix parti minn din id-​dinja.” (Ġwanni 18:36) Bħad-​dixxipli taʼ Ġesù, għandna ħafna modi kif nistgħu nuru li aħna newtrali. Pereżempju ma niġġildux fil-​gwerer. (Aqra Mikea 4:3.) Aħna nirrispettaw l-​affarijiet tal-​pajjiż, bħall-​bandiera, imma ma nagħtuhomx l-​istess rispett li nagħtu lil Alla. (1 Ġwanni 5:​21) Aħna ma nżommux ma’ xi partit politiku u lanqas nitkellmu kontrihom. Dawn huma xi ftit modi kif nuru li aħna leali biss lejn il-​gvern t’Alla, jiġifieri s-​Saltna tiegħu.

      TGĦALLEM IŻJED

      Ara sitwazzjonijiet li jistgħu jagħmluha diffiċli biex nibqgħu newtrali, u ara kif tistaʼ togħġob lil Ġeħova b’dak li tiddeċiedi.

      Raġel jibqaʼ newtrali. Hu ma jagħtix kas x’jgħidu l-​partiti politiċi.

      3. Il-​Kristjani veri jibqgħu newtrali

      Ġesù u d-​dixxipli tiegħu huma eżempju tajjeb għalina. Aqra Rumani 13:​1, 5-​7 u l-​1 Pietru 2:​13, 14. Imbagħad, ara l-​VIDJOW u ddiskuti:

      VIDJOW: Il-​Kristjani Veri Jibqgħu Newtrali​—L-​1 Parti (4:​28)

      • Għala għandna nirrispettaw il-​gvernijiet?

      • Kif nistgħu nkunu sottomessi lejhom, jiġifieri nobduhom?

      Fi gwerra, xi pajjiżi jgħidu li huma newtrali, imma jgħinu liż-​żewġ naħat. Allura xi jfisser li tkun newtrali? Aqra Ġwanni 17:16. Imbagħad, ara l-​VIDJOW u ddiskuti:

      VIDJOW: Il-​Kristjani Veri Jibqgħu Newtrali​—It-​2 Parti (3:​11)

      • Xi jfisser li tkun newtrali?

      X’se tagħmel jekk il-​gvern jgħidlek biex tagħmel xi ħaġa li tmur kontra l-​liġi t’Alla? Aqra Atti 5:​28, 29. Imbagħad, ara l-​VIDJOW u ddiskuti:

      VIDJOW: Il-​Kristjani Veri Jibqgħu Newtrali​—It-​3 Parti (1:​18)

      • Jekk il-​liġi tal-​gvern ma tkunx taqbel mal-​liġi t’Alla, liema rridu nobdu?

      • Tistaʼ taħseb f’xi sitwazzjonijiet fejn il-​Kristjani m’għandhomx jobdu mill-​gvern?

      4. Uri li int newtrali b’dak li taħseb u tagħmel

      Aqra l-​1 Ġwanni 5:​21. Imbagħad, ara l-​VIDJOW u ddiskuti:

      VIDJOW: Għala l-​Kristjani veri għandhom bżonn il-​kuraġġ​—Biex jibqgħu newtrali (2:​49)

      • Fil-​vidjow, Ayenge għala ddeċieda li ma jżommx maʼ partit politiku jew jieħu sehem f’affarijiet tal-​pajjiż, bħal li jsellem lill-​bandiera?

      • Taħseb li dak li ddeċieda kien tajjeb?

      Liema sitwazzjonijiet jistgħu juru jekk aħniex newtrali jew le? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:

      VIDJOW: Lezzjonijiet minn It-​Torri tal-​Għassa​—Ibqgħu Newtrali f’Dinja Mifruda (5:​16)

      • Kif tistaʼ tibqaʼ newtrali meta tara sports bejn pajjiżi differenti?

      • Kif nistgħu nibqgħu newtrali anki meta niġu effettwati b’dak li jiddeċiedu l-​politikanti?

      • Dak li nisimgħu fl-​aħbarijiet jew ma’ min nagħmluha, kif jistaʼ jeffettwa n-​newtralità tagħna?

      Grupp taʼ Stampi: 1. Grupp taʼ nies irrabjati jipprotestaw. 2. Raġel jissapportja t-​team tiegħu u jżomm il-​bandiera tal-​pajjiż. 3. Tifel ikanta l-​innu. 4. Mara fl-​armata żżomm machine gun. 5. Żewġ politikanti f’dibattitu. 6. Mara titfaʼ l-​vot tagħha.

      Il-​Kristjani meta għandhom jibqgħu newtrali f’dak li jaħsbu u jagħmlu?

      XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Intom għalfejn ma żżommu ma’ ħadd fil-​politika?”

      • Int kif twieġeb?

      XI DDISKUTEJNA?

      Il-​Kristjani jagħmlu l-​aħjar li jistgħu biex b’dak li jaħsbu, jgħidu, u jagħmlu jibqgħu newtrali fil-​politika.

      X’Tgħallimt

      • Kif għandna nittrattaw lill-​gvernijiet u sa liema punt għandna nobduhom?

      • Għala nibqgħu newtrali fil-​politika?

      • Liema sitwazzjonijiet juru jekk aħniex newtrali jew le?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      X’jistaʼ jkollna bżonn nagħmlu biex nibqgħu newtrali?

      Ġeħova Qatt Ma Ddiżappuntana (3:​14)

      Il-​familji x’jistgħu jagħmlu minn qabel biex jibqgħu newtrali?

      Nibqgħu newtrali f’okkażjonijiet pubbliċi (4:​25)

      Għala l-​aħjar ħaġa li tistaʼ tagħmel mhijiex li tiddefendi l-​pajjiż tiegħek?

      “Kollox Hu Possibbli Għal Alla” (5:​19)

      Ara kif ma tkunx parti mid-​dinja meta tiddeċiedi dwar ix-​xogħol.

      “Kull Wieħed Iġorr it-​Tagħbija Tiegħu” (It-​Torri tal-​Għassa, 15 taʼ Marzu 2006)

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja