Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2024 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
13-19 TAʼ JANNAR
Ġawhar Spiritwali
it-1 1248
Jah
Il-sillaba waħda “Jah” spiss tintuża biex tiddeskrivi l-emozzjonijiet li jħoss xi ħadd meta jfaħħar, ikanta, u jitlob mill-qalb lil Ġeħova. Ħafna drabi tintuża wkoll f’rakkonti fejn kien hemm rebħa u ħelsien, jew meta n-nies raw l-għajnuna u l-qawwa t’Alla. Fil-Bibbja, insibu ħafna eżempji bħal dawn. Fil-ktieb tar-Rivelazzjoni, ħlejjaq fis-sema spiss użaw din l-espressjoni biex ifaħħru lil Ġeħova.—Ri 19:1-6.
“Jah” ġieli tintuża wkoll fil-kant taʼ tifħir u talb lil Ġeħova. Insibuha fl-għanja li kanta Mosè meta Ġeħova ħeles lill-Iżraelin. (Eżo 15:2) Insibuha meta Isaija għamel iktar enfasi billi uża ż-żewġ ismijiet, “Jah Ġeħova.” (Is 12:2; 26:4) U meta Ħeżekija kien se jmut u Ġeħova fejqu b’miraklu, wera kif kien qed iħossu billi faħħru u rripeta l-kelma Jah. (Is 38:9, 11) Fis-salmi naraw ukoll il-kuntrast bejn il-mejtin, li ma jistgħux ifaħħru lil Jah, u dawk li huma determinati li jgħixu ħajjithom biex ifaħħru lil Ġeħova.—Sa 115:17, 18; 118:17-19.
27 TAʼ JANNAR–2 TAʼ FRAR
Ġawhar Spiritwali
it-2 1151
Velenu
Il-gideb, il-malafama li jaqilgħu n-nies ħżiena, jistaʼ jagħmel ħafna ħsara lir-reputazzjoni taʼ persuna. Dan jitqabbel mal-velenu tas-sriep li jistaʼ joqtol. (Sa 58:3, 4) Dwar dawk li jaqilgħu l-gideb, il-Bibbja tgħid, “Dak li jgħidu jagħmel ħsara bħal velenu taʼ serp.” (Sa 140:3; Rum 3:13) Meta n-nies jużaw ilsienhom biex jimmalafamaw, jgħidu kontra n-nies minn wara daharhom, jgħidu tagħlim falz, jew jgħidu kliem simili li jagħmel il-ħsara, ilsienhom ikun “mimli velenu li joqtol.”—Ġk 3:8.