LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 5/15 pp. 6-9
  • Agħmel l-Affarijet Kollha għall-Aħbar Tajba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agħmel l-Affarijet Kollha għall-Aħbar Tajba
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Igħin Lhud Umlin
  • Ifittex li Jikseb xi Ġentili
  • Tejjeb il-​Kapaċitajiet tal-​Ippridkar Tiegħek
  • Eżempju Għall-​Missjunarji
  • Il-Kristjani U d-Dinja taʼ Bnedmin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Insiru Ministri Progressivi u Flessibbli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Il-Kristjani tal-Bidu u l-Liġi Mosajka
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • “Isimgħuni Hekk Kif Niddefendi Lili Nnifsi”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 5/15 pp. 6-9

Agħmel l-​Affarijet Kollha għall-​Aħbar Tajba

“Jien nagħmel l-​affarijiet kollha minħabba l-​aħbar tajba, biex jistaʼ jkolli sehem minnha maʼ oħrajn.”—1 KORINTIN 9:23.

1. Liema tendenza hija komuni għalina lkoll, iżda għal liema ħaġa Alla provda l-​bażi?

GĦALKEMM aħna differenti minn xulxin f’ħafna affarijiet, ilkoll kemm aħna għandna tendenza komuni. B’wirt minn Adam, twelidna bħala midinbin imbegħdin minn Alla l-​Iktar Għoli, Jehovah. (Rumani 5:12; Kolossin 1:21) Kif kiteb l-​appostlu Pawlu: “Kollha dinbu u ma jilħqux il-​glorja t’Alla.” (Rumani 3:23) Biex isalvaw, għalhekk, nies taʼ kull grupp razzjali u ġens għandhom bżonn jiġu rikonċiljati maʼ Alla. U kemm għandna għax inkunu grati li, bi mħabba u ħniena li m’hawnx bħalha, Jehovah provda l-​bażi għal rikonċiljazzjoni miegħu!

2. (a) Liema ministeru ġie fdat lill-​Kristjani midlukin? (b) Mill-​eżempju taʼ min nistgħu nitgħallmu, u għala? (1 Korintin 11:1)

2 Dsatax-il seklu ilu, xhieda midlukin taʼ Jehovah ġew fdati bil-​“ministeru tar-​rikonċiljazzjoni.” Qal Pawlu: “Bħala sostituti għal Kristu nittalbu: ‘Siru rikonċiljati maʼ Alla.’” (2 Korintin 5:18-20) B’liema attitudni l-​appostlu wettaq dan il-​ministeru? “Għalkemm jien ħieles mill-​persuni kollha,” hu qal, “jien għamilt lili nnifsi rsir għal kollha, biex nistaʼ nikseb lill-​biċċa l-​kbira tal-​persuni.” (1 Korintin 9:19) Bla dubju, Pawlu għamel sforz kuxjenzjuż biex jippreżenta l-​messaġġ tiegħu b’mod effettiv, għax hu qal ukoll: “Jien nagħmel l-​affarijiet kollha minħabba l-​aħbar tajba, biex jistaʼ jkolli sehem minnha maʼ oħrajn.” (1 Korintin 9:23) Għalhekk, x’nistgħu nitgħallmu mill-​eżempju taʼ Pawlu?

Igħin Lhud Umlin

3. Il-​ħeġġa taʼ Pawlu biex jagħmel l-​affarijiet kollha minħabba l-​aħbar tajba kif intweriet f’konnessjoni maʼ Timotew u l-​Lhud?

3 It-​trobbija Lhudija taʼ Pawlu u l-​ħeġġa tiegħu biex jagħmel l-​affarijiet kollha minħabba l-​aħbar tajba fornietu biex igħin Lhud umlin biex jaċċettaw lil Ġesù bħala l-​Messija. Per eżempju, ikkunsidra x’għamel l-​appostlu meta hu għażel lil Timotew bħala sieħbu fl-​ivvjaġġar. Timotew, li kellu missieru Grieg, ma kienx ġie ċirkonċiż bħat-​tfal subien Lhud. (Levitiku 12:2, 3) Pawlu kien jaf li l-​Lhud setgħu jiġu mfixkla jekk żagħżugħ mhux ċirkonċiż prova jgħinhom isiru rikonċiljati maʼ Alla. Għalhekk, sabiex Lhud taʼ qalb onesta ma jiġux imfixklin milli jaċċettaw lil Ġesù, x’għamel Pawlu? Hu “ħa [lil Timotew] u għamillu ċ-​ċirkonċiżjoni minħabba l-​Lhud.” Dan sar avolja ċ-​ċirkonċiżjoni ma kinetx ħtieġa Kristjan.—Atti 16:l-3.

4. Skond 1 Korintin 9:20, x’kien l-​oġġettiv taʼ Pawlu?

4 Kien għaliex Pawlu kien qed jagħmel l-​affarijiet minħabba l-​aħbar tajba meta hu esprima tħassib taʼ mħabba għal sħabu Lhud. Hu kiteb: “Għal-​Lhud sirt bħal Lhudi, biex nistaʼ nikseb Lhud; għal dawk taħt il-​liġi sirt bħal taħt il-​liġi, għalkemm jiena nnifsi m’inix taħt il-​liġi, biex nistaʼ nikseb lil dawk taħt il-​liġi.” (1 Korintin 9:20) Iva, bħalma ntwera fil-​każ taʼ Timotew, Pawlu għamel li setaʼ biex jikseb xi Lhud, billi jgħinhom biex isiru Kristjani. Iżda tratta bl-​istess mod mal-​Ġentili?

Ifittex li Jikseb xi Ġentili

5. Pawlu lil min priedka f’Korintu, u b’liema riżultat?

5 Wara l-​wasla taʼ Pawlu fil-​belt taʼ Korintu għall-​ħabta tal-​ħarifa tas-​sena 50 E.K., hu ta taħdidiet taʼ kull ġimgħa fis-​sinagoga lil udjenza taʼ Lhud u prożeliti Griegi tal-​fidi Lhudija. Iżda l-​ippridkar żeluż tiegħu qajjem tant oppożizzjoni li hu qal lill-​avversarji tiegħu: “Ħalli demmkom ikun fuq irjuskom stess. Jien nadif. Minn issa ’l quddiem se mmur għand in-​nies tal-​ġnus.” Jehovah bierek din iċ-​ċaqliqa, għax “ħafna mill-​Korintin li semgħu bdew jemmnu u jitgħammdu” bħala Kristjani. Tabilħaqq, permezz taʼ viżjoni, il-​Mulej ħeġġeġ lil Pawlu biex jibqaʼ f’dak il-​post, billi qallu: “Għandi ħafna nies f’din il-​belt.”−Atti 18:l-10.

6. X’qanqal l-​interess taʼ Pawlu f’dawk li l-​isfond tagħhom kien differenti minn dak tiegħu?

6 Ix-​xewqa ġenwina taʼ Pawlu biex jikseb Ġentili li jikkonvertu għall-​Kristjanità qanqlitu biex jieħu nteress ukoll f’nies li l-​isfond tagħhom kien differenti ħafna minn dak tiegħu. “Għal dawk [il-Ġentili] mingħajr liġi jien sirt bħal mingħajr liġi, għalkemm m’inix mingħajr liġi lejn Alla iżda taħt il-​liġi lejn Kristu, biex nistaʼ nikseb lil dawk mingħajr liġi.” (1 Korintin 9:21) L-​appostlu kif fittex li jikseb xi Ġentili?

7. Rigward iċ-​ċirkonċiżjoni, is-​sitwazzjoni taʼ Titus għala kienet differenti minn dik taʼ Timotew?

7 Meta Pawlu mar Ġerusalemm madwar is-​sena 49 E.K. biex jattendi laqgħa mportanti tal-​ġemgħa li tiggverna tal-​kongregazzjoni Kristjana, hu kien akkumpanjat mid-​dixxiplu Grieg Titus. Lill-​aħwa miġburin, Pawlu tahom rapport dwar ix-​xogħol tiegħu tal-​ippridkar fost nies tal-​ġnus, u iktar tard hu kiteb: “Lanqas Titus, li kien miegħi, ma kien imġiegħel ikun ċirkonċiż, għalkemm kien Grieg.” (Galatin 2:l-3) Kuntrarju għal Timotew, Titus wettaq il-​ministeru tiegħu primarjament fost nies mhux ċirkonċiżi tal-​ġnus. Għaldaqstant, il-​kwistjoni taċ-​ċirkonċiżjoni ma tqajmitx fil-​każ tiegħu.—2 Korintin 8:6, 16-18, 23; 12:18; Titus 1:4, 5.

8. Pawlu kif ta xiehda f’Ateni?

8 Meta ta xiehda f’Ateni, Pawlu għal darb’oħra wera li hu kien jagħmel l-​affarijiet kollha minħabba l-​aħbar tajba. Billi qagħad iqis kif jaħsbuha l-​abitanti taʼ dik il-​kapitali Griega, hu qalilhom dwar Dak Alla mhux magħruf għalihom u kkwota lill-​poeti tagħhom Aratus u Kleantes, li qalu: “Għax aħna wkoll nisel tiegħu.” L-​appostlu b’hekk fittex li jgħin lis-​semmiegħa tiegħu biex jifhmu li “m’għandhomx jimmaġinaw li l-​Esseri Divin hu . . . bħal xi ħaġa mnaqqxa bl-​arti u bit-​tpaspir tal-​bniedem.” Barra minn dan, irraġuna Pawlu: “Alla għalaq għajnejh għaż-​żminijiet taʼ injoranza bħal din, madankollu issa qiegħed igħid lill-​bnedmin li huma lkoll kullimkien għandhom jindmu.” Hu b’mod effettiv dawwar l-​attenzjoni lejn il-​“Mulej tas-​sema u tal-​art,” Jehovah. U r-​riżultat? “Xi rġiel ingħaqdu miegħu u saru wħud li jemmnu.” (Atti 17:22-34) Iva, il-​metodi taʼ Pawlu kienu taʼ suċċess!

9. Pawlu kif sar ‘dgħajjef għad-​dgħajfin,’ u għala?

9 “Għal dawk dgħajfin jien sirt dgħajjef, biex nistaʼ nikseb lid-​dgħajfin,” qal Pawlu. (1 Korintin 9:22a) Għalkemm diskorsu kien qawwi, l-​appostlu kkunsidra l-​kuxjenzi dgħajfin taʼ ċerti Lhud u Ġentili fil-​kongregazzjoni. Hu ħeġġeġ lill-​Kristjani Rumani: “Agħtu merħba lill-​bniedem li għandu djufijiet fil-​fidi tiegħu, iżda mhux biex tagħmlu deċiżjonijiet fuq iddomandar ġewwieni.” Minflok ma kellhom jiġġudikaw, Pawlu qal: “Ejjew niġru wara l-​affarijiet li jaħdmu għall-​paċi u l-​affarijiet li jibnu wieħed lill-​ieħor.” (Rumani 14:1, 13, 19) Hu wissa: “Aħna, iżda, li aħna b’saħħitna jmissna nerfgħu d-​djufijiet taʼ dawk li m’humiex b’saħħithom, u mhux ingħoġbu lilna nfusna.” (Rumani 15:1) Konxju tal-​obbligazzjoni tiegħu li jadatta l-​mod kif jitkellem u jaġixxi sabiex igħin lil oħrajn, hu kiteb: “Jien sirt l-​affarijiet kollha għal nies taʼ kull xorta.”−1 Korintin 9:22b; Galatin 3:28.

Tejjeb il-​Kapaċitajiet tal-​Ippridkar Tiegħek

10. Aħna llum kif nistgħu nimitaw lil Pawlu?

10 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah illum għandhom bżonn jimitaw lil Pawlu hekk kif hu imita lil Kristu. (1 Korintin 11:1) L-​appostlu kien predikatur taʼ kapaċità li kellu l-​ispirtu missjunarju. L-​istess jistaʼ jingħad fil-​każ tagħna, għalkemm iċ-​ċirkostanzi tagħna forsi ma jippermettulniex li naqdu f’art barranija. Bħal Pawlu, aħna rridu ‘nagħmlu l-​affarijiet kollha minħabba l-​aħbar tajba biex nistgħu naqsmuha m’oħrajn.’ (1 Korintin 9:23) Iżda x’jistaʼ jtejjeb il-​kapaċitajiet tagħna bħala predikaturi tas-​Saltna u nies li jagħmlu dixxipli?—Mattew 28:19, 20.

11. Bħala ministru, għala tiżviluppa l-​qawwiet tiegħek taʼ osservazzjoni?

11 Aħdem biex tiżviluppa l-​qawwiet tiegħek taʼ osservazzjoni. Billi tosserva, tistaʼ titgħallem wisq li se jgħinek tadatta l-​preżentazzjoni tiegħek tal-​aħbar tajba lil individwi fi djar differenti. Per eżempju, jekk tagħti xiehda lil nies li jgħixu f’xi belt, osserva s-​serraturi fuq il-​bieb, it-​tiżjin reliġjuż, u l-​kliem taʼ xi “stickers” li jkollhom imwaħħlin. Dawn l-​affarijiet jistgħu jgħinuk tagħti xiehda li tistaʼ tmiss il-​qlub tan-​nies li jgħixu f’dawn id-​djar. Pawlu ċertament li kien josserva. F’Ateni uża artal “Lil Alla Mhux Magħruf” bħala fattur wieħed mix-​xiehda tiegħu mill-​aħjar rigward “Dak Alla li għamel id-​dinja u l-​affarijiet kollha fiha.” (Atti 17:22-25) Tistaʼ int tagħmel affarijiet simili fil-​ministeru tiegħek.

12. X’parti jilgħab id-​dehen fil-​ministeru tagħna?

12 Uża d-​dehen fil-​ministeru. Tiġix skuraġġit għax fil-​bidu l-​persuna taħsibha biex tiftaħ il-​bieb u titkellem miegħek. Minflok ma tħalli lilek innifsek tiġi miġbud lura minħabba wiċċ żorr, uri l-​ħlewwa u uża d-​dehen. Prova adatta x-​xiehda tiegħek għaċ-​ċirkostanzi. Saħansitra bi ftit ħsieb permezz taʼ talba, int tistaʼ tgħid xi ħaġa li tolqot il-​qalb tal-​persuna.—Qabbel Neħemija 2:4-6.

13. Kif nistgħu nuru konsiderazzjoni għal dawk li lilhom nagħtu xiehda?

13 Uri konsiderazzjoni. F’dan ir-​rigward, ħafna affarijiet jistgħu jsiru minħabba l-​aħbar tajba. Per eżempju, il-​konsiderazzjoni żżommok lura milli tħalli persuni xjuħ jew morda weqfin fil-​bieb għal żmien twil. Tistaʼ tissuġġerixxi li tkellimhom ġewwa, fejn jistgħu jkunu iktar komdi. Jew tistaʼ tiddeċiedi li taħt iċ-​ċirkostanzi jkun tajjeb li ż-​żjara tiegħek tagħmilha qasira. Hu x’inhu uri konsiderazzjoni. Uri li tieħu interess!—Mattew 9:35, 36.

14. Meta nkunu qed nagħtu xiehda, kif nistgħu nġagħlu lis-​semmiegħa jħossuhom komdi?

14 Tkellem b’tali mod li jġagħal lis-​semmiegħa tiegħek iħossuhom komdi. Ibda x-​xiehda tiegħek b’tislima taʼ ħbiberija li hija aċċettabbli fejn toqgħod. (Mattew l0:12) Agħti kas taʼ xi biżaʼ jew preġudizzji li jistaʼ jkun hemm. Agħmel ir-​rimarki tiegħek bl-​edukazzjoni u bi ħbiberija ġenwina. Dan se jgħin biex iserraħ ras lil min ġie jiftaħ il-​bieb li int tinsab hemm biex tgħin u m’għandekx xi mottivi ulterjuri.

15. Għala għandek tipprovdi nformazzjoni adattata dwarek innifsek, u dwar ir-​raġuni għala qed iżżur dik id-​dar?

15 Min jiġi jiftaħ il-​bieb irid ikun jaf min ġie u għala. Għalhekk, provdi nformazzjoni adattata dwarek innifsek. F’xi postijiet, speċjalment fl-​Afrika u fl-​Asja, in-​nies tant huma interessati f’min jiġi jżurhom li jkunu ħerqana biex jieħdu tweġibiet għal mistoqsijiet bħalma huma: Min int? Fejn toqgħod? Int miżżewweġ? Għandek familja? Biex tikkontribwixxi għal okkażjoni pjaċevoli, l-​użanza titlob li int twieġeb dawn il-​mistoqsijiet qabel tispjega l-​għan taż-​żjara tiegħek. Tqisx tislim bħal dan bħala bla bżonn, iżda uża l-​ħin biex tosserva l-​persuna u tibni kuntatt viżwali rispettabbli miegħu.

16. Mistoqsijiet tajbin kif jistgħu jkunu taʼ għajnuna biex tinżamm komunikazzjoni maʼ min jiġi jiftaħ il-​bieb?

16 Uża mistoqsijiet tajbin biex iżżomm komunikazzjoni mal-​persuna li ġiet tiftaħ. Għalkemm wiċċ il-​persuna jistaʼ jirrivela xi ħaġa, il-​ħsibijiet tiegħu u kif iħossu hemm bżonn jiġu mifhuma. Għal dak il-​għan, tistaʼ bil-​kapaċità tuża mistoqsijiet biex tqanqal lill-​persuna biex tesprimi l-​idejat u s-​sentimenti tagħha. Biex nagħtu eżempju: Waħda mara li ma kellhiex tfal u li kienet tat ħafna attenzjoni lill-​annimali qalet dan dwar iż-​żjara taʼ waħda Xhud: “Dak li niftakar dwar il-​wiċċ daħkan tagħha kien il-​paċi. Ġietni l-​kurżità. Din il-​mara staqsietni x’kien jikkonċernani l-​iktar dwar il-​kundizzjonijiet fuq l-​art. Jien għidtilha li kont inkwetata dwar il-​mod li l-​bniedem kien qed jitratta l-​annimali, u wrietni Isaija 11:6-9 dwar annimali jgħixu fil-​paċi vera. Ridt inkun naf iżjed.”

17. Għala għandek toqgħod attent għal xi kummenti li l-​persuna tistaʼ tagħmel dwar iċ-​ċirkostanzi tagħha?

17 Kun attent għal xi kummenti li l-​persuna tistaʼ tagħmel dwar iċ-​ċirkostanzi tagħha, speċjalment f’territorju li jsir spiss. B’dan il-​mod, anki matul konverżazzjoni qasira, int probabbli se titgħallem xi ħaġa taʼ nteress dwar il-​persuna. Wara li titlaq, ħu nota fil-​qosor taʼ din l-​informazzjoni fuq il-​“house-to-house record.” Iżda xi ngħidu jekk il-​persuna tqajjem mistoqsija li ma tistax twieġeb? Imbagħad agħmel xi ftit riċerka fil-​pubblikazzjonijiet tal-​Watch Tower Society biex tiddetermina l-​aħjar mod kif taqsam aħbar tajba mal-​individwu meta terġaʼ żżuru.

Eżempju Għall-​Missjunarji

18. Missjunarji u oħrajn x’jistgħu jitgħallmu minn Pawlu?

18 Fost dawk li qed jagħmlu l-​affarijiet kollha minħabba l-​aħbar tajba hemm il-​missjunarji mħarrġa fil-​Watchtower Bible School of Gilead. Huma jistgħu jitgħallmu minn Pawlu, li kellu spirtu taʼ missjunarju mill-​aħjar. Per eżempju, hu ma riedx ikun responsabbli għal xi ostakoli li setgħu jfixklu lil xi Lhud jew Ġentili milli jaċċettaw il-​verità. Għalhekk, l-​appostlu kien attent dwar x’kien jiekol u wissa lill-​Kristjani Korintin biex igħassu li biex jeżerċitaw id-​dritt tagħhom biex jieklu ċertu ikel ma jfixklux lil oħrajn. (1 Korintin 8:8, 9) Fin-​New Century Bible, il-​Professur F. F. Bruce qal: “Fl-​affarijiet immaterjali kollha (bħalma hu l-​ikel li kien diskuss f’[1 Korintin] kapitlu 8), [Pawlu] jimxi mad-​drawwiet taʼ dawk li magħhom ikun f’dak iż-​żmien, sabiex ma jpoġġi l-​ebda ostakolu fil-​mogħdija biex ‘jirbaħhom’ għall-​evanġelju.” (Rumani 14:21) B’mod simili, missjunarji fost ix-​Xhieda taʼ Jehovah ma jippruvawx ibiddlu d-​drawwiet taʼ nies fit-​territorju tagħhom, għalkemm uħud ġodda jiġu mogħtijin għajnuna spiritwali biex jagħmlu l-​bidliet meħtieġa biex igħoġbu lil Alla.—Rumani 12:1, 2.

19. F’li jagħmlu dixxipli, liema aġġustamenti jistgħu jkunu neċessarji għal (a) dawk fix-​xogħol missjunarju? (b) pubblikaturi tas-​Saltna kollha?

19 Dawk li jkunu ġodda f’territorju missjunarju għandhom bżonn jitgħallmu dwar il-​mogħdijiet u d-​drawwiet tan-​nies. Din hi esperjenza premjanti u tistaʼ tgħin lill-​missjunarji biex ikunu iktar effettivi fix-​xogħol tagħhom tal-​ippridkar. Fil-​fatt, biex jevitaw li jfixklu oħrajn, forsi jkollhom jagħmlu xi tibdiliet f’affarijiet bħalma huma l-​ilbies u l-​maxta tax-​xagħar. Per eżempju, meta waħda missjunarja waslet għall-​ewwel darba fl-​Afrika tal-​Punent, sabet li l-​mod kif hi kienet tuża l-​“ make-up” setaʼ faċilment jidentifikaha man-​nies taʼ morali baxxi f’dak ir-​reġjun. Għalhekk, sabiex oħrajn ma jiddubitawx mill-​mottivi tagħha, hi malajr bidlet il-​mod taʼ kif kienet tagħmel il-​“make-up”. Naturalment, ix-​Xhieda taʼ Jehovah kollha għandhom jeżerċitaw ġudizzju tajjeb fl-​ilbies u fil-​maxta tax-​xagħar sabiex ikunu jistgħu jgħinu lil oħrajn spiritwalment. Il-​Kristjani, li huma mwissijin biex ‘ma jpoġġux ġebla taʼ gambetta quddiem ħu’ u biex isegwu affarijiet li jibnu lil xulxin, ċertament ma jridux li jfixklu lil kwalunkwe bniedem ieħor.—Rumani 14:13, 19.

20. (a) Fil-​qosor, x’se jgħinna biex ‘nagħmlu l-​affarijiet kollha minħabba l-​aħbar tajba’? (b) X’mistoqsijiet baqaʼ x’jiġu mwieġba?

20 Suċċess bħala xandara tas-​Saltna jiddependi primarjament fuq il-​barka taʼ Jehovah. (1 Korintin 3:6, 7) Madankollu, aħna rridu wkoll nagħmlu sforz. Għalhekk osserva, bħalma għamel Pawlu fil-​ministeru tiegħu. Uża d-​dehen, uri konsiderazzjoni, ġagħal lil dak li jiġi jiftaħ il-​bieb iħossu komdu, u uża mistoqsijiet tajbin biex iżżomm il-​komunikazzjoni magħhom. Adatta għal drawwiet li jistgħu jidhru strambi iżda m’humiex kontra l-​Iskrittura. Iva, ejjew ‘nagħmlu l-​affarijiet kollha minħabba l-​aħbar tajba, biex nistgħu naqsmuha maʼ oħrajn.’ (1 Korintin 9:23) Iżda x’jiġri meta xi wħud huma diġà parti mill-​fratellanza Kristjana tagħna? Kif għandna nistmawhom?

Kieku Kif Twieġeb?

◻ Pawlu x’għamel biex għen lil xi Lhud isiru Kristjani?

◻ Pawlu kif fittex li jikseb xi Ġentili?

◻ Liema huma xi modi biex intejbu l-​ kapaċitajiet tal-​ippridkar tagħna?

◻ Pawlu ta liema eżempju għall-​missjunarji u xandara oħra tas-​Saltna?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja