LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Niksbu r-Rebħa Fuq id-Dgħjufija Umana
    It-Torri tal-Għassa—2001 | Marzu 15
    • 4. Pawlu liema twissija ta fl-​1 Korintin 10:​12, 13?

      4 Meta kiteb lill-​Kristjani li kienu jgħixu f’Korintu, belt magħrufa għat-​taħsir morali li kien fiha, Pawlu ta twissija realistika dwar it-​tentazzjoni u l-​qawwa tad-​dnub. Hu qal: “Min jidhirlu li hu wieqaf, joqgħod attent li ma jaqax. S’issa ebda tiġrib ma laħaqkom li bniedem ma jiflaħx għalih; Alla hu fidil u ma jħallikomx tiġġarrbu aktar milli tifilħu; jaħseb li mat-​tiġrib jagħtikom il-​qawwa u l-​għajnuna biex tkunu tifilħu għalih.” (1 Korintin 10:​12, 13) Aħna lkoll, żgħar u kbar, irġiel u nisa, niltaqgħu maʼ ħafna tentazzjonijiet l-​iskola, fuq ix-​xogħol, jew fejn inkunu. Għalhekk ejja niflu l-​kliem taʼ Pawlu u naraw x’tifsir għandu għalina.

  • Niksbu r-Rebħa Fuq id-Dgħjufija Umana
    It-Torri tal-Għassa—2001 | Marzu 15
    • 7. Għala huwa taʼ faraġ li nkunu nafu li oħrajn irnexxielhom jirreżistu t-​tentazzjoni?

      7 Kemm niksbu faraġ mill-​kliem taʼ Pawlu: “Ebda tiġrib ma laħaqkom li bniedem ma jiflaħx għalih”! (1 Korintin 10:13) L-​appostlu Pietru kiteb: “Iqfulu [lix-Xitan], sħaħ fil-​fidi. Intom tafu li ħutkom, mxerrdin fid-​dinja, qegħdin jaqsmu magħkom l-​istess tbatijiet tagħkom.” (1 Pietru 5:9) Iva, kien hemm oħrajn li ffaċċjaw tentazzjonijiet simili u rnexxielhom jirreżistuhom bl-​għajnuna t’Alla, u hekk nistgħu nagħmlu aħna. Madankollu, bħala Kristjani veri li qed ngħixu f’dinja mħassra, ilkoll kemm aħna nistgħu nistennew li niġu ttantati llum jew għada. Allura, kif nistgħu nkunu fiduċjużi li nistgħu nirbħu d-​dgħjufija umana u t-​tentazzjoni biex nidinbu?

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja