“Fittex Il-Paċi u Iġri Warajha”
“Ħalli Jehovah jiġi mkabbar, li jitgħaxxaq bil-paċi tal-qaddej tiegħu.”—SALM 35:27.
1. Liema paċi ngawdu llum?
X’FERĦ hu f’din id-dinja maqsuma li tkun fil-paċi! Xi pjaċir hu li tqim lil Jehovah, “dak Alla nnifsu taʼ paċi,” u li tieħu sehem mill-barkiet taʼ dan il-“patt taʼ paċi”! Kemm hu rinfreskanti, f’nofs il-pressjonijiet tal-ħajja, li tkun taf “il-paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb” u li ġġarrab ‘ir-rabta tal-paċi’ li tgħaqqad lin-nies t’Alla hu x’inhu l-isfond nazzjonali, tal-lingwa, tar-razza, jew soċjali tagħhom!—1 Tessalonkin 5:23; Eżekjel 37:26; Filippin 4:7; Efesin 4:3.
2, 3. (a) Waqt li l-poplu t’Alla bħala ħaġa sħiħa se jibqa’, x’jista’ jiġri lill-Kristjani individwali? (b) Il-Bibbja xi tħeġġiġna biex nagħmlu?
2 Bhala Xhieda taʼ Jehovah, aħna ngħożżu din il-paċi. Madankollu, m’għandniex inqisuha bħala li tiġi waħedha. Il-paċi ma nżommuhiex awtomatikament sempliċement għaliex nissieħbu maʼ xi kongregazzjoni Kristjana u għax inzertajna parti minn familja Kristjana. Waqt li l-fdal midlukin u sħabhom tan-“ngħaġ oħra” se jibqgħu bħala merħla waħda sat-tmiem, individwi jistgħu jitilfu l-paċi tagħhom u jitbiegħdu.—Ġwann 10:16. Mattew 24:13; Rumani 11:22; 1 Korintin 10:12-
3 L-appostlu Pawlu wissa lil Kristjani midlukin taʼ żmienu: “Attenti, aħwa, minħabba l-biżà li qatt tiżżviluppa f’xi wieħed minnkom qalb mill-agħar nieqsa mill-fidi billi titbiegħdu minn Alla l-ħaj.” (Ebrej 3:12) Din t-twissija tapplika wkoll għall-folla l-kbira. Mela l-Bibbja tħeġġeġ lill-Kristjani: ‘Fittxu l-paċi u iġru warajha. Għax il-għajnejn taʼ Jehovah qegħdin fuq it-twajbin, u l-widnejn tiegħu qegħdin lejn it-tħannin tagħhom; imma l-wiċċ taʼ Jehovah qiegħed kontra dawk li qed jagħmlu affarijiet ħżiena.’ —1 Pietru 3:10-12; Salm 34:14, 15.
“Li Tieħu Ħsieb il-Laħam”
4. X’jista’ jiddisturba l-paċi tagħna m’Alla?
4 X’jista’ jinterrompi t-tfittxija tagħna għall-paċi? Pawlu jsemmi ħaġa waħda meta jgħid: “Li tieħu ħsieb il-laħam ifisser mewt, imma li tieħu ħsieb l-ispirtu jfisser ħajja u paċi; għaliex li tieħu ħsieb il-laħam ifisser għadwa maʼ Alla.” (Rumani 8:6, 7) B’“laħam,” Pawlu rrefera għall-qagħda mwaqqa’ tagħna bħala bnedmin imperfetti b’tendenzi midinbin li writna. Li nċedu għall-inklinazzjonijiet għal-laħam imwaqqa’ se jeqred il-paċi tagħna. Jekk Kristjan bla ma jindem jikkommetti 1-immoralità, jigdeb, jisraq, jieħu d-drogi, jew b’xi mod ieħor jikser il-liġi divina, ħu jħarbat il-paċi maʼ Jehovah li kien darba jgawdi. (Proverbji 15:8, 29; 1 Korintin 6:9, 10; Rivelazzjonji 21:8) Iktar minn ħekk, jekk iħalli affarijiet materjali jsiru iktar importanti għalih minn affarijiet spiritwali, il-paċi tiegħu m’Alla hi mhedda gravament.—Mattew 6:24; 1 Ġwann 2:15-17.
5. X’inhu involut fil-ġirja ghall-paċi?
5 Mill-banda 1-oħra, Pawlu qal: “Li tieħu ħsieb l-ispirtu jfisser ħajja u paċi.” Il-paċi hi parti mill-frott tal-ispirtu, u jekk inħarrġu lil qalbna biex tapprezza affarijiet spiritwali, billi nitolbu għall-ispirtu t’Alla biex igħinna fʼdan, allura se nevitaw li nkunu ‘nieħdu ħsieb il-laħam.’ (Galatin 5:22-24) Fl-1 Pietru 3:10-12, il-paċi hi marbuta mat-tjieba. (Rumani 5:1) Pietru jgħid li 1-ġiri wara 1-paċi jinkludi ‘li ddur lil hinn minn dak li ħu ħażin u tagħmel dak li hu tajjeb.’ L-ispirtu t’Alla jista’ jgħinna biex ‘niġru wara t-tjieba’ u b’hekk nippreservaw il-paċi tagħna ma’ Alla.—1 Timotew 6:11, 12.
6. X’inhi waħda mir-responsabbiltajiet tal-anzjani rigward il-paċi tal-kongregazzjoni?
6 Il-ġirja għall-paċi ħi taʼ tħassib ewlieni ghall-anzatni fi-kongregazzjoni. Per eżempju, jekk xi ħadd jipprova jintroduċi prattiċi li jniġġsu, 1-anzjani ħuma responsabbli li jipproteġu lill-kongregazzjoni billi jipprovaw iwiddbu lill-midneb. Jekk hu jaċċetta t-twiddiba, se jikseb lura 1-paċi tiegħu. (Ebrej 12:11) Jekk le, jista’ jkollu jiġi mkeċċi biex ir-relazzjoni paċifika tal-kongregazzjoni ma’ Jeħovaħ tista’ tiġi ppreservata.—1 Korintin 5:1-5.
Il-Paċi Ma’ Ħutna
7. Liema manifestazzjoni taʼ li ‘tieħu ħsieb il-laħam’ iwissi dwarha Pawlu lill-Korintin?
7 Li ‘nieħdu ħsieb il-laħam’ jista’ jeqred mhux biss il-paċi tagħna m’Alla imma wkoll ir-relazzjoni tajba tagħna ma’ Kristjani oħra. Pawlu kiteb lill-Korintin: “Għadkom tal-laħam. Għax ladarba hemm il-għira u l-ġlied fostkom, m’intomx tal-laħam u m’intomx timxu bħal ma jagħmlu l-bnedmin?” (1 Korintin 3:3) Il-għira u l-ġlied ħuma l-oppost eżatt tal-paċi.
8. (a) X’jista’ jiġri lil wieħed li joħloq il-għira u l-ġlied fil-kongregazzjoni? (b) Fuq liema ħaġa tiddependi l-paċi tagħna m’Alla?
8 Li wieħed jiddisturba l-paċi tal-kongregazzjoni billi joħloq għira u ġlied hi ħaġa serja ferm. Waqt li tkellem dwar kwalità li għandha x’taqsam mal-paċi bħala frotta tal-ispirtu, 1-appostlu Ġwanni wissa: “Jekk xi ħadd jagħmel l-istqarrija: ‘Jien inħobb ’l Alla,’ u madankollu qed jobgħod lil ħuh, huwa giddieb. Għax dak li ma jħobbx lil ħuh, li ra, ma jistax iħobb ’l Alla, li ma rax.” (1 Ġwann 4:20) B’mod simili, jekk individwu joħloq il-għira u 1-ġlied fost l-aħwa, jista’ tassew ikun fil-paċi m’Alla? Żgur li le! Aħna niġu mħeġġin: “Komplu ifirħu, biex tirranġaw, biex titfarrġu, biex taħsbu fi qbil, biex tgħixu fil-paċi; u dak Alla taʼ mħabba u taʼ paċi se jkun magħkom.” (2 Korintin 13:11) Iva, jekk inkomplu ngħixu fil-paċi bejnietna, imbagħad dak Alla taʼ mħabba u paċi se jkun magħna.
9. Kif nafu li xi drabi l-Kristjani se jifhmu lil xulxin ħażin u jkollhom nuqqas ta’ qbil?
9 Dan ma jfissirx li qatt ma se jkun hemm każi fejn Kristjani jifhmu lil xulxin ħażin. Fil-ġimgħat taʼ wara Pentekoste, kien hemm nuqqas taʼ qbil fil-kongregazzjoni Kristjana żagħżugħa rigward it-tqassim taʼ kuljum tal-ikel. (Atti 6:1) Darba minnhom nuqqas taʼ ftehim bejn Pawlu u Barnaba wassal għal “tfaqqiegħa qawwija ta’ rabja.” (Atti 15:39) Pawlu kellu jagħti parir lil Evodja u lil Sintike, li bla dubju kienu aħwa nisa żelużi u mill-aħjar, “biex ikunu tal-istess moħħ fil-Mulej.” (Filippin 4:2) Mhux taʼ b’xejn li Ġesù ta parir dettaljat dwar kif insolvu l-iddisturbar tal-paċi bejn il-Kristjani u enfasizza l-urġenza taʼ li nsolvu problemi bħal dawn malajr! (Mattew 5:23-25; 18:15-17) Ma kienx jagħti dan il-parir kieku ma antiċipax diffikultajiet fost is-segwaċi tiegħu.
10. Liema sitwazzjonijiet xi drabi jqumu fil-kongregazzjoni, u liema responsabblltà jpoġġi dan fuq dawk kollha involuti?
10 Illum, allura, jista’ jkun li xi ħadd jiġi offiż minn xi kelma bla tattika jew minn xi rimarka li tidher offensiva minn xi sieħeb Kristjan. Karatteristika f’persuna waħda tista’ tkun taʼ irritazzjoni intensa għal xi ħadd ieħor. Ċerti personalitajiet ma jaqblu xejn maʼ xulxin. Xi ħadd forsi assolutament ma jaqbilx maʼ xi deċiżjoni tal-anzjani. Fil-ġemgħa stess, anzjan wieħed jista’ jkollu ras iebsa u jipprova jaqbeż lill-anzjani l-oħra. Minkejja l-fatt li affarijiet bħal dawn jiġru, xorta waħda rridu nfittxu l-paċi u niġru warajha. L-isfida hi li nsolvu dawn il-problemi b’mod Kristjan sabiex nippreservaw “ir-rabta li tgħaqqad tal-paċi.”—Efesin 4:3.
11. Liema provvedimenti għamel Jehovah biex igħinna niġru wara l-paċi bejnietna?
11 Il-Bibbja tgħid: “Ħalli Jehovah jiġi mkabbar, li jitgħaxxaq bil-paċi tal-qaddej tiegħu.” (Salm 35:27) Iva, Jehovah jridna li nkunu fil-paċi. B’hekk, hu għamel żewġ provvedimenti li jispikkaw biex jgħinuna nippreservaw il-paċi bejnietna u miegħu. Wieħed huwa l-ispirtu qaddis, li tiegħu l-paċi hi frotta, flimkien ma’ kwalitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-paċi, bħas-sabar fit-tul, il-qalb tajba, il-ħlewwa, u r-rażna.(Galatin 5:22, 23) L-ieħor hu l-għerf divin, li dwaru naqraw: “L-għerf minn fuq huwa l-ewwelnett kast, imbagħad tal-paċi, raġonevoli, lest biex jobdi, mimli ħniena u frott tajjeb.” —Ġakbu 3:17, 18.
12. X’għandna nagħmlu jekk il-paċi tagħna ma’ ħutna giet iddisturbata?
12 Ghalhekk, meta l-paċi tagħna maʼ oħrajn hi ddisturbata, għandna nitolbu għall-għerf minn fuq biex jurina kif naġixxu, u għandna nistaqsu għall-ispirtu qaddis biex isaħħaħna biex nagħmlu dak li hu tajjeb. (Luqa 11:13; Ġakbu 1:5; 1 Ġwann 3:22) Fi qbil mat-talb tagħna, nistgħu mbagħad inħarsu fis-sors tal-għerf divin, il-Bibbja, għall-gwida, waqt li wkoll ngħarblu l-letteratura Biblika li għandna għal parir dwar kif napplikaw l-Iskrittura. (2 Timotew 3:16) Forsi wkoll nixtiequ nieħdu parir mingħand anzjani fil-kongregazzjoni. Pass finali jkun li nsegwu l-gwida li nirċievu. Isaija 54:13 igħid: “Uliedek subien kollha se jkunu persuni mgħallmin minn Jehovah, u 1-paċi taʼ wliedek subien se tkun abbundanti.” Dan jimplika li l-paċi tagħna tiddependi fuq li npoġġu fil-prattika 1-affarijiet li Jehovah igħallimna.
“Henjin Dawk li Jġibu l-Paċi”
13, 14. (a) X’inhu implikat bl-espressjoni ta’ Ġesù “dawk li jġibu l-paċi”? (b) Kif nistgħu aħna nsiru wħud li nagħmlu l-paċi?
13 Ġesù, fil-Priedka tiegħu taʼ fuq il-Muntanja, qal: “Henjin dawk li jġibu l-paċi, ladarba se jissejħu ‘wlied Alla.ʼ” (Mattew 5:9) “Dawk li jġibu 1-paċi” hawnhekk ma tirreferix għal xi wieħed li hu plaċidu min-natura. Il-kelma oriġinali Griega tfisser “dawk li jagħmlu l-paċi.” Wieħed li jagħmel il-paċi huwa tas-sengħa fʼli jerġaʼ jġib il-paċi meta din hi ddisturbata. Iktar importanti, iżda, wieħed li jagħmel il-paċi jistinka biex jevita li jiddisturba 1-paċi l-ewwelnett. ‘Il-paċi tikkontrolla fʼqalbu.ʼ (Kolossin 3:15) Jekk il-qaddejja t’Alla jistinkaw biex ikunu wħud li jagħmlu l-paċi, allura l-problemi fosthom se jkunu mill-inqas.
14 Li nsiru wħud li jagħmlu l-paċi jinvolvi li ngħarfu d-djufijiet tagħna stess. Per eżempju, wieħed Kristjan jista’ jkun li jitilgħulu malajr jew sensittiv u jieħu għalih mix-xejn. Meta jkun taħt pressjoni, l-emozzjonijiet tiegħu jistgħu jġagħluh jinsa l-prinċipji tal-Bibbja. Din mhix xi ħaġa li ma tistennihiex minn bnedmin imperfetti. (Rumani 7:21-23) Madankollu, għadwiet, ġlied, u tfaqqigħ ta’ rabja huma mniżżlin fil-lista bħala xogħlijiet tal-laħam. (Galatin 5:19-21) Jekk insibu tendenzi bħal dawn fina nfusna-jew jekk jinġiebu għall-attenzjoni tagħna minn oħrajn—għandna nitolbu bil-ħerqa u kontinwament għall-ispirtu ta’ Jehovah biex jiżviluppa fina r-rażna u l-ħlewwa. Tabilħaqq, kulħadd għandu jistinka biex jikkultiva kwalitajiet bħal dawn bħala parti mill-personalità 1-ġdida tiegħu.—Efesin 4:23, 24; Kolossin 3:10, 15.
15. Il-għerf minn fuq kif inhu l-oppost tar-ras iebsa bla raġun?
15 Xi kultant, xi kongregazzjoni jew xi ġemgħa taʼ anzjani tkun iddisturbata minn xi ħadd rasu iebsa, li dejjem jinsisti li tgħaddi tiegħu. Veru, meta niġu għal-liġi divina, Kristjan għandu jkun rasu iebsa, saħansitra mhux flessibbli. U jekk inħossu li għandna idea tajba li tista’ tibbenefika lil oħrajn, ma hemm xejn hażin fʼli nesprimu rwieħna b’wiċċna minn quddiem, basta nispjegaw ir-raġunijiet tagħna. Imma ma rridux inkunu bħal dawk tad-dinja li “mhux lesti li jiftehmu.” (2 Timotew 3:1-4) Il-għerf minn fuq iġib il-paċi u hu raġonevoli. Dawk li l-azzjonijiet tagħhom jifformaw sensiela taʼ nuqqas ta flessibilità b’ras iebsa għandhom jagħtu kas il-pair taʼ Pawlu lill-Filippin biex ma ‘jagħmlu xejn bʼegotiżmu.’—Filippin 2:3.
16. Il-parir taʼ Pawlu fil-ktieb taʼ Filippin kif igħinna negħlbu l-egoiżmu?
16 F’dik l-istess ittra Pawlu ħeġġiġna biex, ‘b’moħħ umli,’ sinċerament ‘inqisu li huma superjuri ghalina.’ Dan hu preċiż l-oppost tal-egotiżmu. Kristjan matur ma jaħsibx l-ewwel f’li jisforza l-ideat tiegħu stess. Dan ikun kontra tal-eżortazzjoni taʼ Pawlu biex ‘iżomm għajn, mhux fl-interess persunali fuq l-affarijiet tiegħu biss, imma wkoll fl-interess persunali fuq dawk tal-oħrajn.’—Filippin 2:4; 1 Pietru 5:2, 3, 6.
Kliem Li Jgib il-Paċi
17. Liema użu ħażin tal-ilsien jista’ jiddisturba l-paċi tal-kongregazzjoni?
17 Wieħed li qed jiġri wara l-paċi hu attent b’mod speċjali fl-użu tiegħu tal-ilsien. Ġakbu jwissi: “L-ilsien huwa membru ċkejken u madankollu jagħmel ftaħir kbir. Ħares! Kemm trid nar żgħir biex tqabbad bosk daqshekk kbir bin-nar!” (Ġakbu 3:5) Seksik ta’ ħsara, kritika lil oħrajn minn wara daharhom, kliem iebes u bla ħniena, tgemgim u tgergir, kif ukoll ftaħir diżonest bi skop ta’ vantaġġ persunali—dawn kollha huma xogħlijiet tal-laħam li jjddisturbaw il-paċi tal-poplu t’Alla.—1 Korintin 10:10; 2 Korintin 12:20; 1 Timotew 5:13; Ġuda 16.
18. (a) F’każ taʼ użu ħażin mhux apposta tal-ilsien, liema hi l-korsa korretta għal kulmin hu involut? (b) Meta r-rabja ġġieghel lil xi ħadd ilissen kliem li jweġġa’, Kristjani maturi kif jirreaġixxu?
18 Veru, Ġakbu qal: “L-ilsien, lanqas wieħed mill-bnedmin ma jista’ ijmmansah.” (Ġakbu 3:8) Saħansitra Kristjani maturi xi drabi jgħidu affarijiet li sinċerament jiddispjaċihom għalihom wara. Ilkoll kemm aħna nittamaw li oħrajn se jaħfrulna żballji bħal dawn sewwa sew bħalma aħna naħfru lilhom. (Mattew 6:12) Xi drabi tfaqqiegħa ta’ rabja tista’ tipproduċi kliem li jweġġa’. Imbagħad, dak li jagħmel il-paċi se jiftakar li “tweġiba, meta hi ħelwa, iddawwar lil hinn id-dagħdigħa, imma kelma li tweġġa’ ġġiegħel lir-rabja titla’.” (Proverbji 15:1) Taʼ spiss, se jkollu sempliċement jieħu nifs qawwi u jirrifjuta li jwieġeb għal kliem taʼ rabja b’iktar kliem taʼ rabja. Iktar tard, meta t-tempra tkun birdet, wieħed taʼ qalb kbira li jagħmel il-paċi jaf kif jinjora affarjiiet li jkunu ntqalu fis-saħna tal-mument. U Kristjan umli se jkun jaf kif jagħmel apoloġija u jipprova jfejjaq kwalunkwe ġerħa li jkun ikkaġuna. Huwa sinjal taʼ saħħa morali li tkun kapaċi b’mod onest tgħid, “Jiddispjaċini.”
19. X’nitgħallmu minn Pawlu u minn Ġesù dwar kif nagħtu parir?
19 L-ilsien forsi jkollu jintuża biex tagħti parir lil oħrajn. Pawlu ċanfar pubblikament lil Pietru meta dan tal-aħħar aġixxa b’mod mhux korrett f’Antijokija. U Ġesù ta parir qawwi fil-messaġġi tiegħu lis-seba’ kongregazzjonijiet. (Galatin 2:11-14; Rivelazzjoni, kapitli 2, 3) Jekk nistudjaw dawn l-eżempji, nitgħallmu li l-parir ma għandux ikun tant ħelu li jintilef il-punt tiegħu. Madankollu, Ġesù u Pawlu ma kinux ħorox jew kefrin. Il-parir tagħhom ma kienx fetħa għall-frustrazzjonijiet tagħhom infushom. Kienu ġenwinament qegħdin jipprovaw igħinu lil ħuthom. Jekk dak li jagħti l-parir jinduna li mhux f’kontroll sħiħ ta’ lsienu, jista’ jagħżel li jieqaf għal ftit u jibred daqsxejn qabel igħid xi ħaġa. Inkella, jista’ jgħid kliem iebes u joħloq problema agħar minn dik li qed jipprova jsolvi.—Proverbji 12:18.
20. X’għandu jiggverna lil dak kollu li ngħidu lil jew dwar ħutna rġiel u nisa?
20 Bħalma diġà semmejna, il-paċi u l-imħabba għandhom ħafna x’jaqsmu ma’ xulxin bhala frottiet tal-ispirtu. Jekk dak li ngħidu lil ħutna—jew dwarhom—hu dejjem riflessjoni tal-imħabba tagħna lejhom, allura dan se jikkontribwixxi għall-paċi tal-kongregazzjoni. (Ġwann 15:12, 13) It-tlissiniet tagħna jridu jkunu “bil-grazzja, imħawrin bil-melħ.“ (Kolossin 4:6) Iridu jkunu b’togħma tajba, biex ingħidu hekk, jappellaw għall-qalb. Ġesù ta l-parir: “Ħa jkollkom il-melħ fikom infuskom, u żommu l-paċi bejnietkom.”—Mark 9:50.
“Agħmlu Ħilitkom”
21. X’inhu evidenti dwar in-nies t’Alla fil-laqgħat tagħhom ta’ kull ġimgha u matul l-assembleat u l-konvenzjonijiet?
21 Is-salmista kiteb: “Ħares! Kemm hu tajjeb u taʼ pjaċir għal aħwa li jgħammru flimkien f’għaqda!” (Salm 133:1) Verament, nieħdu pjaċir inkunu maʼ ħutna, speċjalment fil-laqgħat tagħna taʼ kull ġimgħa u matul l-assembleat u l-konvenzjonijiet il-kbar. F’ħinijiet bħal dawk il-paċi tagħna hi evidenti saħansitra għal dawk ta’ barra.
22. (a) Liema paċi falza l-ġnus dalwaqt se jkunu jaħsbu li kisbu, u dan iwassal ghal liema ħaġa? (b) Lejn liema paċi vera se jwassal il-patt ta’ paċi t’Alla?
22 Dalwaqt il-ġnus se jaħsbu li qed jiksbu l-paċi mingħajr Jehovah. Imma waqt li qed igħidu “Paċi u sigurtà!“ qerda f’daqqa se tiġi fuq dawk kollha li m’humiex fil-paċi ma’ Alla. (1 Tessalonkin 5:3) Wara dan, il-kbir Prinċep tal-Paċi se jissokta bil-fejqan għall-bnedmin mir-riżultati ta’ hemm li ġew m’Alla. (Isaija 9:6, 7; Rivelazzjoni 22:1, 2) Imbagħad, il-patt ta’ paċi t’Alla se jirriżulta fi trankwillità mad-dinja kollha. Saħansita l-bhejjem tal-għalqa se jġarrbu l-mistrieħ mill-ostilità.—Salm 37:10, 11; 72:3-7; Isaija 11:1-9; Rivelazzjoni 21:3, 4.
23. Jekk aħna ngħożżu t-tama taʼ dinja ġdida fil-paċi, x’għandna nagħmlu issa?
23 Xi żmien glorjuż se jkun dak! Thares int ’il quddiem b’ħerqa għalih? Jekk inhu hekk ‘iġri wara l-paċi man-nies kollha.’ Fittex il-paċi issa ma’ ħutek, u speċjalment ma’ Jehovah. Iva, “ladarba qegħdin tistennew dawn l-affarijiet, agħmlu ħilitkom biex fl-aħħar tkunu misjubin minnu bla tebgħa u bla tiċpisa u fil-paċi.”—Ebrej 12:14; 2 Pietru 3:14.
Tiftakar?
◻ X’jista’ jfarrkilna l-paċi tagħna maʼ Jehovah?
◻ Liema xorta taʼ nuqqas ta’ ftehim jista’ jkun irid jiġi solvut fil-kongregazzjoni?
◻ Liema provvediment għamel Jehovah biex igħinna nfittxu l-paċi u niġru warajha?
◻ Liema attitudnijiet tal-laħam jiddisturbaw il-paċi tal-kongregazzjoni u kif nistgħu naġixxu kontra taghħom?