LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 7/15 p. 26
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Festi Bħala Plieri fl-Istorja taʼ Iżrael
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • ‘Tkunu Tassew Ferħanin’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Il-Festi tal-Ħsad Jogħġbuh Lil Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 7/15 p. 26

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Ladarba l-​ħsad uffiċjalment kien jibda waqt li l-​irġiel Iżraelin kollha kienu qed jattendu l-​Festa taʼ l-​Ażżmi, jew tal-​ħobż bla ħmira, min kien jaħsad l-​ewwel frott tax-​xgħir li kien jittieħed fis-​santwarju?

Il-​Liġi Mosajka għallmet lill-​Iżraelin: “Tliet darbiet fis-​sena kull raġel f’nofsok għandu jidher quddiem il-​Mulej, Alla tiegħek, fil-​post li jkun għażel: fil-​festa taʼ l-​Ażżmi, fil-​festa tal-​Ġimgħat, u fil-​festa taʼ l-​Għerejjex.” (Dewteronomju 16:16) Minn żmien is-​Sultan Salamun ’il quddiem, il-​post li Alla għażel kien it-​tempju f’Ġerusalemm.

L-ewwel mit-​tliet festi kienet issir fil-​bidu tar-​rebbiegħa. Imsejħa l-​Festa taʼ l-​Ażżmi, din kienet tibda l-​ġurnata taʼ wara li ssir l-​osservanza tal-​Qbiż fl-​14 taʼ Nisan u tibqaʼ sejra għal sebat ijiem sal-​21 taʼ Nisan. It-​tieni ġurnata tal-​festa, is-​16 taʼ Nisan, kienet timmarka l-​bidu taʼ l-​ewwel ħsad tas-​sena bbażata fuq il-​kalendarju sagru. F’din il-​ġurnata, il-​qassis il-​kbir kellu jieħu “l-​ewwel qatta tal-​ħsad” tax-​xgħir u “jxejjirha quddiem” Ġeħova fis-​santwarju. (Levitiku 23:​5-​12) Minħabba li kien meħtieġ li l-​irġiel kollha jkunu preżenti għall-​Festa taʼ l-​Ażżmi, min kien jaħsad din l-​offerta?

Il-kmand biex jiġi offrut l-​ewwel frott tal-​ħsad lil Ġeħova matul il-​Festa taʼ l-​Ażżmi ngħata lill-​ġens kollu kemm hu. Ma kienx meħtieġ minn kull individwu li jibda l-​ħsad u jieħu fis-​santwarju l-​ewwel frott għalih innifsu. Minflok, individwi li jirrappreżentaw lill-​ġens kienu jwettqu dan il-​kmand. Għalhekk, il-​qtugħ tal-​qatta għall-​Festa taʼ l-​Ażżmi setaʼ jsir minn delegazzjoni mibgħuta lejn għalqa tax-​xgħir fil-​viċin. Meta tikkummenta dwar dan, l-​Encyclopaedia Judaica tgħid: “Jekk ix-​xgħir kien ikun misjur kien jittieħed mill-​viċinanzi taʼ Ġerusalemm; jekk le setaʼ jittieħed minn kwalunkwe post f’Iżrael. Dan kien jiġi maħsud minn tlett irġiel, kull wieħed bil-​minġel u l-​qoffa tiegħu.” Imbagħad setgħet tittieħed qatta xgħir lill-​qassis il-​kbir, li kien joffriha lil Ġeħova.

Il-ħtieġa li jiġi offrut l-​ewwel frott tal-​ħsad tat lill-​Iżraelin opportunità mill-​aqwa biex jesprimu l-​apprezzament tagħhom għall-​barka t’Alla fuq arthom u fuq il-​ħsad tagħhom. (Dewteronomju 8:​6-​10) Madankollu, iktar importanti minn hekk, l-​offerta ċerimonjali kienet “dell taʼ l-​affarijiet tajbin li għandhom jiġu.” (Ebrej 10:1) B’mod sinifikanti, Ġesù Kristu ġie rxoxtat fis-​16 taʼ Nisan tas-​sena 33 E.K., il-​ġurnata li fiha kienu joffru l-​ewwel frott tal-​ħsad lil Ġeħova. Rigward Ġesù, l-​appostlu Pawlu kiteb: “Kristu ġie mqajjem mill-​imwiet, l-​ewwel frott fost dawk li raqdu fil-​mewt. . . . Imma kull wieħed skond kif imissu: Kristu l-​ewwel frott; wara, dawk li huma tal-​Kristu matul il-​preżenza tiegħu.” (1 Korintin 15:​20-​23) Il-​qatta taʼ l-​ewwel frott li l-​qassis il-​kbir kien ixejjer quddiem Ġeħova kienet tiffigura bil-​quddiem lil Ġesù Kristu rxoxtat​—l-​ewwel wieħed li qatt ġie mqajjem mill-​mewt biex jingħata ħajja taʼ dejjem. B’hekk, Ġesù fetaħ it-​triq tal-​ħelsien mid-​dnub u l-​mewt għall-​umanità.

[Sors tal-Istampa f’paġna 26]

© 2003 BiblePlaces.com

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja