LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 11/1 pp. 12-16
  • Ħalli Ħadd Ma Jħassar id-Drawwiet Utli Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħalli Ħadd Ma Jħassar id-Drawwiet Utli Tiegħek
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Parir Għalihom u Għalina
  • Evita li Tiġi Żvijat
  • Drawwiet taż-​Żgħożija Wkoll
  • Passi Pożittivi biex Nipproteġu d-​Drawwiet Tagħna
  • Oqgħod attent maʼ min tagħmilha f’dawn l-aħħar jiem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • “Ibqaʼ Tkellem u Taqtax Qalbek”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • ‘Il-Mejtin Iqumu’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 11/1 pp. 12-16

Ħalli Ħadd Ma Jħassar id-Drawwiet Utli Tiegħek

“Tiġux żvijati. Sħubijiet ħżiena jħassru drawwiet utli.”​—1 KORINTIN 15:33.

1, 2. (a) L-​appostlu Pawlu kif ħassu dwar il-​Kristjani Korintin, u għala? (b) Liema parir partikulari se nikkunsidraw?

X’EMOZZJONI qawwija hi l-​imħabba tal-​ġenituri! Tqanqal lill-​ġenituri biex jagħmlu sagrifiċċji għal uliedhom, biex igħallmuhom u jagħtuhom il-​pariri. L-​appostlu Pawlu forsi ma kienx missier naturali, imma hu kiteb lil Kristjani f’Korintu: “Għalkemm jistaʼ jkollkom għaxart elef għalliema fi Kristu, intom ċertament m’għandkomx ħafna missirijiet; għax fi Kristu Ġesù jien sirt missierkom permezz tal-​aħbar tajba.”—1 Korintin 4:15.

2 Iktar kmieni, Pawlu kien ivvjaġġa lejn Korintu, fejn ippriedka lil Lhud u Griegi. Hu għenhom biex jifformaw il-​kongregazzjoni f’Korintu. F’ittra oħra Pawlu xebbah it-​tħassib tiegħu maʼ dak taʼ omm li traddaʼ, imma hu kien bħal missier għall-​Korintin. (1 Tessalonkin 2:7) Bħalma jagħmel missier naturali li jħobb, Pawlu wissa lil uliedu spiritwali. Int tistaʼ tibbenefika mill-​parir tiegħu taʼ missier lill-​Kristjani f’Korintu: “Tiġux żvijati. Sħubijiet ħżiena jħassru drawwiet utli.” (1 Korintin 15:33) Pawlu għala kiteb dak lill-​Korintin? Kif nistgħu aħna napplikaw il-​parir?

Parir Għalihom u Għalina

3, 4. X’nafu dwar Korintu tal-​ewwel seklu u dwar il-​popolazzjoni tiegħu?

3 Fl-​ewwel seklu, il-​ġeografu Grieg Strabo kiteb: “Korintu jissejjaħ ‘għani’ minħabba l-​kummerċ tiegħu, ladarba jinsab fuq l-​Istmus u hu sid taʼ żewġ portijiet, li minnhom wieħed iwassal dritt għall-​Asja, u l-​ieħor għall-​Italja; u jagħmel faċli l-​kambju taʼ merkanzija miż-​żewġ pajjiżi.” Kull sentejn il-​Logħbiet Istmjani li kienu rinomati ġabu folol kbar lejn Korintu.

4 Xi ngħidu dwar in-​nies f’din il-​belt li kienet ċentru kemm taʼ awtorità governattiva kif ukoll tal-​qima senswali taʼ Afrodite? Il-​Professur T. S. Evans spjega: “Il-​popolazzjoni [kienet] wisq probabbli madwar 400,000. Is-​soċjetà [kienet] taʼ kultura għolja, imma fil-​morali kienet laxka, saħansitra ħażina għall-​aħħar. . . . L-​abitanti Griegi taʼ Akaja kienu magħrufin għan-​nuqqas taʼ trankwillità intellettwali u għall-​ġiri sfrenat wara affarijiet ġodda. . . . L-​egoiżmu tagħhom kien bħal ħatab lest għat-​torċa tas-​settarjaniżmu.”

5. L-​aħwa Korintin liema periklu ffaċċjaw?

5 Maż-​żmien saħansitra l-​kongregazzjoni saret maqsuma minn xi wħud li kienu għadhom inklinati lejn spekulazzjoni mkabbra. (1 Korintin 1:10-31; 3:​2-9) Problema kbira ħafna kienet li xi wħud kienu qegħdin igħidu: “M’hemmx irxoxt tal-​mejtin.” (1 Korintin 15:12; 2 Timotew 2:​16-18) Kien x’kien eżatt it-​twemmin (jew nuqqas taʼ twemmin) tagħhom, Pawlu kellu jikkoreġihom bi provi ċari li Kristu kien ġie “mqajjem mill-​imwiet.” B’hekk, il-​Kristjani setgħu jkollhom fiduċja li Alla se jagħtihom ir-​“rebħa permezz tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.” (1 Korintin 15:​20, 51-57) Li kieku int kont hemm, kont tkun fil-​periklu?

6. Il-​parir taʼ Pawlu fl-​1 Korintin 15:33 kien japplika b’mod partikulari għal min?

6 Waqt li kien qed jipprovdi evidenza soda li l-​mejtin għandhom jiġu rxoxtati, Pawlu qalilhom: “Tiġux żvijati. Sħubijiet ħżiena jħassru drawwiet utli.” Il-​punt taʼ dan il-​parir kien jikkonċerna lil dawk imseħbin mal-​kongregazzjoni li ma kinux qegħdin jaqblu mad-​duttrina tal-​irxoxt. Kienu huma sempliċement inċerti dwar xi punt li ma kinux fehmu? (Qabbel Luqa 24:38.) Le. Pawlu kiteb li “xi wħud fostkom igħidu li m’hemmx irxoxt,” mela dawk involuti kienu qegħdin jesprimu nuqqas taʼ qbil, billi jxaqilbu lejn l-​apostasija. Pawlu kien konxju sewwa taʼ li huma setgħu jħassru d-​drawwiet tajbin u l-​ħsieb taʼ oħrajn.​—Atti 20:30; 2 Pietru 2:1.

7. Liema hu sfond wieħed fejn nistgħu napplikaw 1 Korintin 15:33?

7 Kif nistgħu napplikaw it-​twissija taʼ Pawlu dwar is-​sħubijiet? Hu ma riedx ifisser li għandna nonqsu li ngħinu lil xi ħadd fil-​kongregazzjoni li qed isibha diffiċli li jifhem xi vers jew xi tagħlim tal-​Bibbja. Tabilħaqq, Ġuda 22, 23 iħeġġiġna biex nagħtu għajnuna ħanina lil uħud sinċieri b’dubji bħal dawn. (Ġakbu 5:​19, 20) Il-​parir taʼ Pawlu bħala missier, madankollu, għandu ċertament japplika jekk xi ħadd jibqaʼ kontinwament isib oġġezzjoni dwar dak li nafu li hi verità tal-​Bibbja jew jibqaʼ jagħmel kummenti taʼ natura dubjuża jew negattiva. Għandna noqogħdu għassa kontra sħubija maʼ dak it-​tip taʼ persuna. M’għandniex xi ngħidu, jekk xi ħadd isir apostata b’mod definit, ir-​ragħajja spiritwali jkollhom jaġixxu biex jipproteġu l-​merħla.—2 Timotew 2:​16-18; Titus 3:​10, 11.

8. Kif nistgħu naġixxu bid-​dehen meta xi ħadd ma jaqbilx maʼ xi tagħlim tal-​Bibbja?

8 Nistgħu napplikaw ukoll il-​kliem taʼ Pawlu bħala missier, fl-​1 Korintin 15:33 meta niġu għal dawk barra mill-​kongregazzjoni li javanzaw tagħlim falz. Kif nistgħu ninġibdu fi sħubija magħhom? Dan jistaʼ jiġri jekk ma niddistingwux bejn dawk li jistgħu jiġu mgħejjunin biex jitgħallmu l-​verità u dawk li sempliċement qegħdin iqajmu kontroversja biex javanzaw xi tagħlim falz. Per eżempju, fix-​xogħol tagħna taʼ għoti taʼ xiehda, forsi niltaqgħu maʼ xi ħadd li ma jaqbilx magħna dwar xi punt imma li hu lest li jiddiskuti dwaru iżjed. (Atti 17:​32-34) Dak fih innifsu m’għandux jippreżenta problema, għax aħna bil-​ferħ nispjegaw il-​verità tal-​Bibbja lil kulmin ġenwinament irid ikun jaf, saħansitra billi nerġgħu mmorru għandu biex nippreżentaw evidenza konvinċenti. (1 Pietru 3:15) Madankollu, xi wħud jistgħu ma jkunux interessati verament f’li jsibu l-​verità tal-​Bibbja.

9. Kif għandna nirreaġixxu għal xi sfidi għat-​twemmin tagħna?

9 Ħafna nies lesti li jiddibattu għal sigħat sħaħ, ġimgħa wara ġimgħa, imma mhux għax qegħdin ifittxu l-​verità. Huma sempliċement iridu jherru l-​fidi taʼ ħaddieħor fil-​waqt li jiftaħru bl-​edukazzjoni li taparsi għandhom fl-​Ebrajk, fil-​Grieg, jew fix-​xjenza evoluzzjonarja. Meta ltaqgħu maʼ nies bħal dawn, xi Xhieda ħassewhom sfidati u spiċċaw biex ikollhom sħubija fit-​tul iċċentrata fuq twemmin reliġjuż falz, filosofija, jew żball xjentifiku. Huwa notevoli li Ġesù ma ħalliex din il-​ħaġa tiġri lilu, għalkemm hu setaʼ rebaħ dibattiti maʼ mexxejja reliġjużi li kienu struwiti bl-​Ebrajk jew bil-​Grieg. Meta ġie sfidat, Ġesù wieġeb fil-​qosor u mbagħad dawwar l-​attenzjoni tiegħu mill-​ġdid lejn uħud umlin, in-​ngħaġ veri.—Mattew 22:​41-46; 1 Korintin 1:​23–2:2.

10. Għala hi xierqa attenzjoni għal Kristjani li għandhom il-​kompjuter u għandhom aċċess għal tabelli elettroniċi tal-​bullettin?

10 Il-​computers moderni fetħu toroq oħrajn għal sħubija ħażina. Xi ditti kummerċjali jippermettu lil xi abbonati li qegħdin jużaw kompjuter u telefon biex jibagħtu messaġġ lil tabelli elettroniċi tal-​bullettin; wieħed jistaʼ b’hekk jistampa fuq it-​tabella tal-​bullettin messaġġ li jistaʼ jinqara mill-​abbonati kollha. Dan wassal għall-​hekk imsejħin dibattiti elettroniċi fuq kwistjonijiet reliġjużi. Kristjan jistaʼ jiġi involut f’dawn id-​dibattiti u jistaʼ jqattaʼ ħafna sigħat maʼ wieħed b’ideat apostati li forsi kien ġie maqtugħ mis-​sħubija mill-​kongregazzjoni. Id-​direzzjoni fit-​2 Ġwann 9-11 tenfasizza l-​parir taʼ Pawlu bħala missier dwar li nevitaw sħubijiet ħżiena.a

Evita li Tiġi Żvijat

11. Is-​sitwazzjoni kummerċjali f’Korintu offriet liema opportunità?

11 Kif innotajna, Korintu kien ċentru kummerċjali, b’għadd taʼ ħwienet u negozji. (1 Korintin 10:25) Ħafna li kienu jiġu għal-​Logħbiet Istmjani kienu jgħixu fit-​tined, u matul dak l-​avveniment in-​negozjanti kienu jbiegħu minn għerejjex li jinġarru jew gabbani mgħottijin. (Qabbel Atti 18:​1-3.) Dan għamilha possibbli għal Pawlu li jsib xogħol hemm billi jagħmel it-​tined. U kien jistaʼ juża l-​post tax-​xogħol biex javanza l-​aħbar tajba. Il-​Professur J. Murphy-O’Connor jikteb: “Minn ħanut ġo suq dejjem bin-​nies . . . faċċata taʼ triq iffollata Pawlu kien jilħaq, mhux biss lill-​ħaddiema sħabu u lill-​klijenti, imma wkoll lill-​kotra taʼ barra. F’perijodi meta ma kienx ikollu ħafna xogħol hu setaʼ joqgħod fil-​bieb u jaqbad parlata maʼ dawk li kien jaħseb li setgħu jisimgħu . . . Huwa diffiċli timmaġina li l-​personalità dinamika tiegħu u l-​konvinzjoni sħiħa li kellu ma għamluhx malajr ‘persuna li tispikka’ fl-​inħawi, u dan kien jiġbed lil uħud kurjużi, mhux biss lil dawk li ma kellhomx x’jagħmlu imma wkoll lil dawk li ġenwinament kienu qegħdin ifittxu li jkunu jafu. . . . Nisa miżżewġin bil-​qaddejja tagħhom, li kienu semgħu dwaru, setgħu jżuruh bl-​iskuża li ġew jixtru. Fi żminijiet taʼ niket, meta l-​persekuzzjoni jew l-​indħil sempliċi kienu taʼ theddida, il-​kredenti setgħu jiltaqgħu miegħu bħala klijenti. Il-​ħanut tax-​xogħol ġabu wkoll f’kuntatt maʼ uffiċjali muniċipali.”

12, 13. 1 Korintin 15:33 kif jistaʼ b’mod xieraq japplika fuq il-​post tax-​xogħol?

12 Pawlu setaʼ jagħraf, iżda, il-​potenzjal għal “sħubijiet ħżiena” fil-​post tax-​xogħol. Hekk ukoll għandna nagħmlu aħna. B’mod sinjifikanti Pawlu kkwota attitudni li kienet komuni fost xi wħud: “Ejjew nieklu u nixorbu, għax għada għandna mmutu.” (1 Korintin 15:32) Hu immedjatament segwa dak bil-​parir tiegħu taʼ missier: “Tiġux żvijati. Sħubijiet ħżiena jħassru drawwiet utli.” Il-​post tax-​xogħol u t-​tfittxija għat-​tgawdija kif jistgħu jiġu marbutin flimkien biex joħolqu periklu potenzjali?

13 Il-​Kristjani jridu juru ħbiberija maʼ dawk li jaħdmu magħhom, u ħafna esperjenzi jixhdu kemm dan jistaʼ jkun effettiv biex jiftaħ it-​triq biex tingħata xiehda. Wieħed mill-​ħaddiema sħabek jistaʼ jinterpreta ħażin il-​ħbiberija, madankollu, bħala sħubija mixtieqa sabiex tqattgħu ħin taʼ divertiment flimkien. Hu jew hi jistgħu jistednuk għal xi ikla, biex tgħaddi għandhom wara x-​xogħol għal drink, jew għal xi rikreazzjoni fi tmiem il-​ġimgħa. Din il-​persuna tistaʼ tidher qalbha tajba u moralment nadifa, u l-​istedina tistaʼ tidher innoċenti. Madankollu, Pawlu jwissina: “Tiġux żvijati.”

14. Xi Kristjani kif ġew żvijati permezz taʼ sħubijiet?

14 Xi Kristjani hekk ġralhom. Huma bil-​mod il-​mod żviluppaw attitudni rilassata lejn sħubija maʼ sħabhom tax-​xogħol. Forsi din żviluppat minħabba xi interess komuni f’xi sport jew passatemp. Jew wieħed li mhux Kristjan fuq ix-​xogħol jistaʼ jkun qalbu tajba u mill-​aħjar b’mod eċċezzjonali, u dan wassal għal li nqattgħu iżjed ammonti taʼ ħin miegħu, saħansitra billi nippreferu l-​kumpanija tiegħu minn dik taʼ xi wħud fil-​kongregazzjoni. Imbagħad is-​sħubija tistaʼ twassal biex wieħed jitlef laqgħa waħda biss. Jistaʼ jfisser li tibqaʼ barra tard darba fil-​għaxija u tkisser id-​drawwa taʼ li toħroġ fil-​ministeru tal-​għalqa l-​għada fil-​għodu. Jistaʼ jwassal f’li tara xi film jew video tat-​tip li l-​Kristjan normalment jirrifjuta. ‘O, dak qatt m’hu se jiġri lili,’ nistgħu naħsbu. Imma l-​biċċa l-​kbira taʼ dawk li ġew żvijati forsi għall-​ewwel wieġbu b’dak il-​mod. Għandna bżonn nistaqsu lilna nfusna, ‘Preċiżament kemm jien iddeterminat li napplika l-​parir taʼ Pawlu?’

15. Liema attitudni bbilanċjata għandna jkollna lejn il-​ġirien?

15 Dak li għadna kif ikkunsidrajna rigward il-​post tax-​xogħol japplika wkoll għas-​sħubija tagħna mal-​ġirien. Ċertament, il-​Kristjani f’Korintu tal-​qedem kellhom ġirien. F’xi komunitajiet huwa normali li l-​ġirien ikunu ħbieb mill-​qrib u taʼ appoġġ għal xulxin. F’inħawi mwarrbin il-​ġirien jistgħu jistrieħu fuq xulxin minħabba li jkunu iżolati. Ir-​relazzjonijiet tal-​familja huma b’mod partikulari qawwijin f’xi kulturi, billi dan iwassal għal ħafna stediniet għall-​ikel. Ovvjament, ħarsa bbilanċjata hija importanti, kif wera Ġesù. (Luqa 8:​20, 21; Ġwann 2:12) Fil-​kuntatti tagħna mal-​ġirien u mal-​qraba, inklinati aħna li nġibu ruħna kif konna nagħmlu qabel ma sirna Kristjani? Minflok, m’għandniex aħna nirrevedu dawn il-​kuntatti u niddeterminaw b’attenzjoni liema limiti huma xierqa?

16. Il-​kliem taʼ Ġesù f’​Mattew 13:​3, 4 kif għandu jkun mifhum?

16 Ġesù darba xebbah il-​kelma tas-​Saltna maʼ żrieragħ li “waqgħu matul it-​triq, u l-​għasafar ġew u kiluhom.” (Mattew 13:​3, 4, 19) F’dak iż-​żmien, il-​ħamrija max-​xifer tat-​triq kienet issir iebsa minħabba li ħafna saqajn kienu jirfsu fuqha. Huwa dak il-​mod maʼ ħafna nies. Il-​ħajjiet tagħhom huma mimlijin b’ġirien, qraba, u oħrajn li dejjem ġejjin u sejrin, li jżommuhom okkupati. Dan, bħal li kieku, igħaffeġ il-​ħamrija taʼ qlubhom, billi jagħmilha iebsa biex żrieragħ taʼ verità jrabbu l-​għeruq. Nuqqas taʼ rispons simili jistaʼ jiżżviluppa f’wieħed li hu diġà Kristjan.

17. Sħubija maʼ ġirien u m’oħrajn kif tistaʼ teffettwana?

17 Xi ġirien u qraba tad-​dinja jistgħu juru ħbiberija u jkunu taʼ għajnuna, għalkemm huma b’mod konsistenti qatt ma wrew interess f’affarijiet spiritwali u lanqas imħabba għat-​tjieba. (Mark 10:​21, 22; 2 Korintin 6:14) Li aħna nsiru Kristjani m’għandux ifisser li aħna nsiru taʼ għalina waħedna u neqsin mill-​imħabba lejn il-​ġirien. Ġesù tana parir biex nuru interess ġenwin f’oħrajn. (Luqa 10:​29-37) Imma daqstant imnebbaħ u neċessarju huwa l-​parir taʼ Pawlu biex noqogħdu attenti dwar is-​sħubijiet tagħna. Hekk kif aħna napplikaw il-​parir tal-​ewwel, ma rridux ninsew tat-​tieni. Jekk ma nżommux iż-​żewġ prinċipji f’moħħna, id-​drawwiet tagħna jistgħu jiġu effettwati. Id-​drawwiet tiegħek kif jitqabblu maʼ dawk tal-​ġirien u tal-​qraba tiegħek rigward l-​onestà jew l-​ubbidjenza lejn il-​liġi taʼ Ċesri? Per eżempju, huma forsi jħossu li meta tiġi biex tħallas it-​taxxa, li ma tirrapportax eżatt id-​dħul jew il-​profitt tan-​negozju huwa ġġustifikat, saħansitra neċessarju biex tkampa. Forsi huma jitkellmu b’mod persważiv dwar l-​ideat tagħhom meta tmur għandhom għal xi kikkra kafè jew matul xi żjara qasira. Dak kif jistaʼ jeffettwa l-​ħsieb u d-​drawwiet onesti tiegħek? (Mark 12:17; Rumani 12:2) “Tiġux żvijati. Sħubijiet ħżiena jħassru drawwiet utli.”

Drawwiet taż-​Żgħożija Wkoll

18. 1 Korintin 15:33 għala japplika wkoll għaż-​żgħażagħ?

18 Iż-​żgħażagħ b’mod partikulari jiġu effettwati b’dak li jaraw u li jisimgħu. Ma nnotajtx int tfal li l-​ġesti jew il-​manjieri tagħhom jixbhu ħafna lil dawk tal-​ġenituri tagħhom jew taʼ ħuthom akbar minnhom? M’għandniex niskantaw, allura, li t-​tfal jistgħu jiġu nfluwenzati ħafna minn sħabhom tal-​iskola jew li jilagħbu magħhom. (Qabbel Mattew 11:​16, 17.) Jekk it-​tifel jew it-​tifla tiegħek joqogħdu maʼ żgħażagħ li jitkellmu b’diżrispett dwar il-​ġenituri tagħhom, għala timmaġina li dan mhux se jeffettwa lit-​tfal tiegħek? Xi ngħidu jekk huma taʼ spiss jisimgħu żgħażagħ oħrajn jużaw kliem oxxen? Xi ngħidu jekk sħabhom fl-​iskola jew fejn toqgħodu jeċċitaw ruħhom dwar xi stil ġdid taʼ żarbun jew xi moda taʼ ġojjelli? Għandna aħna naħsbu li Kristjani żgħażagħ mhux se jiġu effettwati minn din l-​influwenza? Qal Pawlu li 1 Korintin 15:33 se jeffettwa biss lil dawk li għandhom ċerta età?

19. Il-​ġenituri liema ħarsa għandhom jipprovaw inaqqxu f’uliedhom?

19 Jekk int ġenitur, konxju int dwar dak il-​parir hekk kif tirraġuna mat-​tfal tiegħek u tieħu deċiżjonijiet li jikkonċernawhom? Wisq probabbli se jgħin jekk int tirrikonoxxi li dan ma jfissirx li ż-​żgħażagħ l-​oħrajn kollha li mdawrin bihom uliedek fl-​inħawi tiegħek jew fl-​iskola m’humiex tajbin. Xi wħud minnhom jistgħu jkunu ħelwin u diċenti, bħal xi wħud mill-​ġirien tiegħek, mill-​qraba, u sħabek fuq ix-​xogħol. Ipprova għin lil uliedek jaraw dan u jifhmu li int ibbilanċjat fl-​applikar tiegħek tal-​parir għaqli u taʼ Pawlu bħala missier lill-​Korintin. Hekk kif huma jagħrfu l-​mod kif int tibbilanċja l-​affarijiet, dan jistaʼ jgħinhom biex jimitawk.—Luqa 6:40; 2 Timotew 2:22.

20. Żgħażagħ, liema sfida tiffaċċjaw?

20 Intom li għadkom żgħażagħ, ipprovaw agħrfu kif tapplikaw il-​parir taʼ Pawlu, billi tafu li huwa importanti għal kull Kristjan, żgħir jew kbir. Dan se jirrikjedi sforz kbir u determinazzjoni, imma għala ma tkunx lest li tilqaʼ l-​isfida? Irrealizza li sempliċement għax ilek taf lil xi wħud minn dawk iż-​żgħażagħ l-​oħrajn minn tfulitek ma jfissirx li ma jistgħux jeffettwaw id-​drawwiet tiegħek, li ma jistgħux iħassru d-​drawwiet li qed tifforma bħala żagħżugħ Kristjan.—Proverbji 2:​1, 10-15.

Passi Pożittivi biex Nipproteġu d-​Drawwiet Tagħna

21. (a) Liema ħtieġa għandna rigward is-​sħubija? (b) Għala nistgħu nkunu ċerti li xi sħubijiet jistgħu jkunu perikolużi?

21 Ilkoll kemm aħna għandna bżonn is-​sħubija. Irridu noqgħodu għassa, iżda, għall-​fatt li maʼ min nagħmluha jistgħu jeffettwawna, għat-​tajjeb jew għall-​ħażin. Dak kien minnu fil-​każ taʼ Adam u fil-​każ taʼ kull bniedem ieħor matul is-​sekli minn dak iż-​żmien ’il hawn. Per eżempju, Ġeħosafat, sultan tajjeb taʼ Ġuda, gawda l-​favur u l-​barka taʼ Jehovah. Imma wara li ppermetta lil ibnu biex jiżżewweġ lit-​tifla tas-​Sultan Aħab taʼ Iżrael, Ġeħosafat beda jassoċja maʼ Aħab. Dik is-​sħubija ħażina kważi swietlu ħajtu lil Ġeħosafat. (2 Slaten 8:​16-18; 2 Kronaki 18:​1-3, 29-31) Jekk aħna nagħmlu għażliet bla għaqal dwar is-​sħubijiet tagħna, jistgħu jkunu daqstant perikolużi.

22. X’għandna ndaħħlu f’qalbna, u għala?

22 Ejjew, allura, indaħħlu f’qalbna l-​parir taʼ mħabba li Pawlu joffrilna fl-​1 Korintin 15:33. Dawk m’humiex sempliċement kelmiet li forsi tant smajniehom spiss li nistgħu nirrepetuhom bl-​amment. Huma jirriflettu l-​affezzjoni taʼ missier li Pawlu kellu għal ħutu Korintin, u, b’estensjoni, għalina. U mingħajr dubju fihom parir li Missierna tas-​sema jipprovdi għaliex irid li l-​isforzi tagħna jirnexxu.—1 Korintin 15:58.

[Nota taʼ taħt]

a Periklu ieħor f’dawn it-​tabelli tal-​bullettin hi t-​tentazzjoni li wieħed jikkopja programmi jew pubblikazzjonijiet li għandhom id-​dritt tal-​awtur mingħajr il-​permess tas-​sidien jew l-​awturi oriġinali, li jmur kontra l-​liġijiet internazzjonali tad-​dritt tal-​awtur.—Rumani 13:1.

Tiftakar?

◻ Pawlu għal liema raġuni partikulari kiteb 1 Korintin 15:33?

◻ Kif nistgħu napplikaw il-​parir taʼ Pawlu fuq il-​post tax-​xogħol?

◻ Liema ħarsa bbilanċjata għandu jkollna dwar il-​ġirien?

◻ 1 Korintin 15:33 għala hu parir b’mod speċjali xieraq għaż-​żgħażagħ?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja