LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Xogħlok Se Jirreżistih in-Nar?
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Novembru 1
    • 5. Min hu l-​pedament tal-​kongregazzjoni Kristjana, u dan kif kien imbassar?

      5 Pawlu kiteb: “Pedament ieħor ħadd ma jistaʼ jqiegħed ħlief dak li ġa tqiegħed; u dan hu Ġesù Kristu.” (1 Korintin 3:11) Din ma kinitx l-​ewwel darba li Ġesù ġie mxebbah maʼ pedament. Fil-​fatt, Isaija 28:16 bassar: “Għalhekk dan jgħid Sidi l-​Mulej: ‘Jien inqiegħed fis-​sod ġebla f’Sijon, ġebla magħżula u prezzjuża, ġebla tax-​xewka, msejjsa sewwa.’” Jehovah kien ilu intenzjonat li Ibnu jsir il-​pedament tal-​kongregazzjoni Kristjana.—Salm 118:22; Efesin 2:19-22; 1 Pietru 2:4-6.

      6. Pawlu kif poġġa l-​pedament addattat fil-​Kristjani taʼ Korintu?

      6 X’inhu l-​pedament għal Kristjani individwali? Bħalma qal Pawlu, m’hemm ebda pedament għal Kristjan veru ħlief dak imniżżel fil-​Kelma t’Alla​—Ġesù Kristu. Ċertament li Pawlu poġġa pedament bħal dan. F’Korintu, fejn il-​filosofija kienet stmata ferm, hu ma pprovax jimpressjona lin-​nies b’għerf dinji. Pjuttost, Pawlu ppriedka lil “Kristu msallab,” li l-​ġnus ikkalkulawh bħala “bluha” kbira. (1 Korintin 1:23) Pawlu għallem li Ġesù huwa l-​figura ċentrali fl-​iskopijiet taʼ Jehovah.—2 Korintin 1:20; Kolossin 2:2, 3.

  • Xogħlok Se Jirreżistih in-Nar?
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Novembru 1
    • 8. Kif nistgħu npoġġu lil Kristu bħala pedament f’dixxipli prospettivi?

      8 Meta npoġġu lil Kristu bħala pedament, aħna ma nkunux qed nippreżentawh bħala xi tarbija li ma tistaʼ tagħmel xejn ġewwa maxtura, lanqas bħala li hu ugwali maʼ Jehovah f’xi Trinità. Le, dawn l-​ideat mhux skritturali jifformaw pedament għall-​Kristjani foloz. Pjuttost, aħna ngħallmu li hu kien l-​aqwa bniedem li qatt għex, li ta l-​ħajja perfetta tiegħu għalina, u li llum hu s-​Sultan maħtur minn Jehovah li qed isaltan fis-​sema. (Rumani 5:8; Apokalissi 11:15) Nipprovaw ukoll inqanqlu lill-​istudenti tagħna biex jimxu fuq il-​passi taʼ Ġesù u jimitaw il-​kwalitajiet tiegħu. (1 Pietru 2:21) Irriduhom ikunu mqanqlin profondament miż-​żelu li Ġesù kellu għall-​ministeru, mill-​mogħdrija tiegħu għal dawk fqajrin u maħqurin, mill-​ħniena tiegħu lejn il-​midinbin li kienu mnikktin minħabba l-​ħtijiet tagħhom stess, mill-​kuraġġ kbir li kellu meta kien iffaċċjat minn provi. Verament, Ġesù hu pedament meraviljuż. Imma issa x’imiss?

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja