LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 3/15 pp. 12-17
  • Jehovah Juża l-“Bluha” Biex Isalva lil Dawk li Qegħdin Jemmnu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jehovah Juża l-“Bluha” Biex Isalva lil Dawk li Qegħdin Jemmnu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Id-​Difett Bażiku tal-​Għerf Dinji
  • Ippridkar tas-​Saltna​—taʼ Bluha jew Prattiku?
  • “Bluha għal Dawk li Qegħdin Igħibu”
  • ‘Insiru Boloh biex Insiru Għorrief’
  • L-Għerf Veru Jkompli Jgħajjat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • ‘Kemm huwa profond l-għerf t’Alla!’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • “Hieni Min Isib l-Għerf”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Qiegħed “l-għerf li ġej minn fuq” jaħdem f’ħajtek?
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 3/15 pp. 12-17

Jehovah Juża l-“Bluha” Biex Isalva lil Dawk li Qegħdin Jemmnu

“Ladarba, fil-​għerf t’Alla, id-​dinja permezz tal-​għerf tagħha ma saritx taf lil Alla, Alla raha ħaġa tajba permezz tal-​bluha taʼ dak li hu ppridkat li jsalva lil dawk li qegħdin jemmnu.”−1 KORINTIN 1:21.

1. Jehovah f’liema sens kien se juża “l-​bluha,” u kif nafu li d-​dinja bil-​għerf tagħha ma saritx taf lil Alla?

X’INHU? Jehovah se juża l-​bluha? Mhux fil-​veru sens tal-​kelma! Imma hu jistaʼ u fil-​fatt juża dak li jidher taʼ bluha għad-​dinja. Hu jagħmel hekk biex isalva nies li jafuh u jħobbuh. Bil-​għerf tagħha, id-​dinja ma tistax issir taf lil Alla. Ġesù Kristu dan għamlu ċar meta qal f’talba: “Missier taʼ tjieba, id-​dinja, tabilħaqq, ma saritx tafek.”−Ġwann 17:25.

2. Kif jistaʼ jidher li l-​mogħdijiet taʼ Jehovah u l-​mogħdijiet tad-​dinja sejrin fi qbil maʼ xulxin, imma x’inhuma l-​fatti?

2 Il-​kliem taʼ Ġesù jindika li l-​mogħdijiet taʼ Jehovah huma differenti minn dawk tad-​dinja. Minn barra jistaʼ jidher li l-​iskop t’Alla u dak taʼ did-dinja huma fi qbil bejniethom. Jistaʼ jidher li l-​miri taʼ did-dinja għandhom il-​barka t’Alla. Per eżempju, il-​Bibbja tgħid li Alla se jwaqqaf gvern taʼ tjieba li se jġib ħajja f’paċi, kuntentizza, u prosperità għall-​umanità fuq l-​art. (Isaija 9:6, 7; Mattew 6:10) Bl-​istess mod, id-​dinja tiftaħar bl-​iskop tagħha li tagħti lin-​nies paċi, prosperità, u gvern tajjeb permezz taʼ hekk imsejħa ordni dinjija ġdida. Imma l-​iskopijiet t’Alla u dawk tad-​dinja m’humiex l-​istess. L-​iskop taʼ Jehovah hu li jivvindika lilu nnifsu bħala s-​Sovran Suprem tal-​univers. Dan se jagħmlu permezz taʼ gvern tas-​sema li se jneħħi mill-​eżistenza l-​gvernijiet kollha tal-​art. (Danjel 2:44; Rivelazzjoni 4:11; 12:10) Mela Alla m’għandu xejn inkomuni maʼ did-dinja. (Ġwann 18:36; 1 Ġwann 2:15-17) Hu għalhekk li l-​Bibbja titkellem dwar żewġ tipi taʼ għerf—“l-​għerf t’Alla” u “l-​għerf tad-​dinja.”—1 Korintin 1:20, 21.

Id-​Difett Bażiku tal-​Għerf Dinji

3. Għalkemm il-​għerf tad-​dinja jistaʼ jidher impressjonanti, l-​ordni dinjija ġdida mwiegħda tal-​bniedem għala qatt ma tistaʼ tkun sodisfaċenti?

3 Għal dawk li m’humiex immexxijin bil-​għerf t’Alla, il-​għerf tad-​dinja jidher impressjonanti. Hemm filosofiji dinjin li jinstemgħu grandjużi u li jappellaw għall-​moħħ. Eluf taʼ istituzzjonijiet taʼ tagħlim iktar għoli jagħtu informazzjoni mingħand dawk li ħafna jqisuhom bħala l-​aqwa imħuħ tal-​umanità. Libreriji estensivi huma fornuti bil-​għarfien akkumulat taʼ sekli taʼ esperjenza umana. Minkejja dan, madankollu, l-​ordni dinjija ġdida li jipproponu mexxejja dinjin tistaʼ tkun biss ħakma minn bnedmin imperfetti, imtebbgħin bid-​dnub, u li qegħdin imutu. Għaldaqstant, dik l-​ordni tkun imperfetta, tirrepeti ħafna żballji tal-​passat u qatt ma tissodisfa l-​bżonnijiet kollha tal-​umanità.—Rumani 3:10-12; 5:12.

4. L-​ordni dinjija ġdida proposta lejn liema ħaġa hija suġġetta, u b’liema riżultat?

4 L-​ordni tad-​dinja ġdida proposta mill-​bniedem hija suġġetta mhux biss lejn id-​djufija umana imma wkoll lejn l-​influwenza taʼ ħlejjaq spirti mill-​agħar—iva, Satana x-​Xitan u d-​demonji tiegħu. Satana għama l-​imħuħ tan-​nies biex huma ma jemmnux “l-​aħbar tajba glorjuża dwar il-​Kristu.” (2 Korintin 4:3, 4; Efesin 6:12) Għaldaqstant, id-​dinja ssofri diżordni wara l-​oħra. Hija tiġġieled u toħroġ id-​demm fl-​attentat diżastrużi tagħha biex tiggverna lilha nfisha mingħajr il-​għajnuna t’Alla u mingħajr ma tqis ir-​rieda divina. (Ġeremija 10:23; Ġakbu 3:15, 16) B’hekk, kif qal l-​appostlu Pawlu, “id-​dinja permezz tal-​għerf tagħha ma saritx taf lil Alla.”−1 Korintin 1:21.

5. X’inhu d-​difett bażiku tal-​għerf taʼ did-dinja?

5 X’inhu, allura, id-​difett bażiku tal-​għerf taʼ did-dinja, inklużi l-​pjanijiet tagħha għal ordni dinjija ġdida? Huwa li d-​dinja tinjora dak li qatt ma jistaʼ b’suċċess jiġi injorat—is-​sovranità suprema t’Alla Jehovah. Hija bl-​arroganza tirrifjuta li tagħraf is-​sovranità divina. Id-​dinja apposta tħalli barra lil Jehovah mill-​kalkoli kollha tagħha u tistrieħ fuq l-​abbiltà u l-​iskemi tagħha stess. (Qabbel Danjel 4:31-34; Ġwann 18:37. ) Il-​Bibbja tagħmilha ċara li “l-​biżaʼ taʼ Jehovah hi l-​bidu tal-​għerf.” (Proverbji 9:10; Salm 111:10) Iżda, id-​dinja lanqas biss għadha tgħallmet din il-​ħtieġa bażika tal-​għerf. Mingħajr appoġġ divin, għalhekk, kif jistaʼ jkollha suċċess?—Salm 127:1.

Ippridkar tas-​Saltna​—taʼ Bluha jew Prattiku?

6, 7. (a) Dawk iggwidati mill-​għerf t’Alla x’qegħdin jippridkaw, imma d-​dinja kif tqishom? (b) Il-​kleru tal-​Kristjaneżmu jippridkaw skond il-​għerf taʼ min, u b’liema riżultat?

6 Mill-​banda l-​oħra, dawk li jafu lil Alla juru l-​għerf t’Alla u jagħżlu li jiġu ggwidati minnu. Bħalma bassar Ġesù, huma qegħdin jippridkaw “din l-​aħbar tajba tas-​saltna . . . fl-​art abitata kollha.” (Mattew 24:14; 28:19, 20) Huwa ppridkar bħal dan prattiku issa, meta l-​art hi mimlija bi ġlied, tniġġis, faqar, u tbatija umana? Għal uħud b’għerf dinji ppridkar bħal dan dwar is-​Saltna t’Alla jidher li hu xejn għajr bluha, nieqes mill-​prattiċità. Huma jħarsu lejn il-​predikaturi tas-​Saltna t’Alla bħala koċċli li jtaqqlu l-​vapur tal-​Istat u jnaqqsu l-​progress tiegħu lejn gvern politiku ideali. F’dan huma appoġġjati mill-​kleru tal-​Kristjaneżmu, li jippridkaw skond dan il-​għerf dinji u lin-​nies ma jgħidulhomx dak li għandhom bżonn ikunu jafu dwar id-​dinja ġdida t’Alla u dwar il-​gvern tagħha tas-​Saltna, avolja dan kien it-​tagħlim prinċipali taʼ Kristu.—Mattew 4:17; Mark 1:14, 15.

7 L-​istudjuż tal-​istorja H. G. Wells ġibed l-​attenzjoni lejn dan in-​nuqqas tal-​kleru tal-​Kristjaneżmu. Hu kiteb: “Tal-​għaġeb hi l-​prominenza enormi mogħtija minn Ġesù lit-​tagħlim taʼ dik li sejħilha s-​Saltna tas-​Sema, meta tqabbilha man-​nuqqas taʼ sinjifikat tagħha fil-​proċedura u t-​tagħlim tal-​biċċa l-​kbira mill-​knejjes Kristjani.” Madankollu, jekk in-​nies taʼ din il-​ġenerazzjoni jridu jaqilgħu l-​ħajja, iridu l-​ewwel jisimgħu dwar is-​Saltna stabbilita t’Alla, u għal dak il-​għan xi ħadd irid jippridkalhom l-​aħbar tajba dwarha.—Rumani 10:14, 15.

8. Li tippriedka l-​aħbar tajba t’Alla għala hija l-​iktar ħaġa prattika li tagħmel illum, imma liema korsa t’azzjoni se tkun mingħajr benefiċċju dejjiemi?

8 Li tippriedka l-​aħbar tajba t’Alla, allura, hija l-​iktar ħaġa prattika li tistaʼ tagħmel illum. Dan hu hekk għaliex il-​messaġġ tas-​Saltna jipprovdi tama ġenwina li timla l-​qlub umani bil-​ferħ matul dawn l-​aħbar jiem meta ‘żminijiet kritiċi li iebes biex issib tarfhom qegħdin hawn.’ (2 Timotew 3:1-5; Rumani 12:12; Titus 2:13) Fil-​waqt li l-​ħajja f’did-dinja hija inċerta u qasira, ħajja fid-​dinja ġdida t’Alla se tkun għal dejjem, fost ferħ, abbundanza, u paċi hawn stess fuq l-​art. (Salm 37:3, 4, 11) Kif qal Ġesù Kristu, “x’se jiswa għal bniedem jekk jikseb id-​dinja kollha imma jitlef ruħu? jew x’sejjer bniedem ipartat għal ruħu?” Jekk bniedem jitlef id-​dritt għall-​ħajja fid-​dinja ġdida t’Alla, x’se tiswielu did-dinja li qiegħda tgħaddi? It-​tgawdija preżenti taʼ bniedem bħal dan tal-​affarijiet materjali se tkunlu vojta, għal xejn, u li tispiċċa malajr.—Mattew 16:26; Ekkleżjasti 1:14; Mark 10:29, 30.

9. (a) Meta wieħed raġel li ġie mistieden biex ikun segwaċi taʼ Ġesù talab għal posponiment, Ġesù x’parir tah? (b) It-​tweġiba taʼ Ġesù kif għandha teffettwana?

9 Wieħed raġel li lilu Ġesù stieden biex ikun segwaċi tiegħu qal: “Ippermettili l-​ewwel li nitlaq u nidfen lil missieri.” Ġesù x’parir tah biex jagħmel? Billi kien jaf li r-​raġel kien se jipposponi xogħol mill-​iktar vitali sempliċement sakemm il-​ġenituri tiegħu jgħixu l-​bqija tal-​ħajja naturali tagħhom, Ġesù wieġeb: “Ħalli l-​mejtin jidfnu l-​mejtin tagħhom, imma int itlaq ’il hemm u ddikjara barra l-​pajjiż is-​saltna t’Alla.” (Luqa 9:59, 60) Dawk li juru għerf billi jobdu lil Kristu ma jistgħux iduru fil-​ġenb milli jwettqu l-​inkarigu tagħhom biex jippridkaw il-​messaġġ tas-​Saltna. Għerf divin jagħmilhom konxji li did-dinja u l-​ħakkiema tagħha huma kkundannati. (1 Korintin 2:6; 1 Ġwann 2:17) Dawk li jappoġġjaw lis-​sovranità t’Alla jafu li l-​unika tama vera għall-​umanità tinsab f’intervent divin u ħakma divina. (Żakkarija 9:10) Mela fil-​waqt li dawk li jippossjedu l-​għerf taʼ did-dinja ma jemmnux fis-​Saltna t’Alla u ma jridux dak il-​gvern tas-​sema, nies immexxijin bil-​għerf divin jagħmlu dak li jġib benefiċċju veru għall-​bnedmin sħabhom, billi jippreparawhom għall-​ħajja taʼ dejjem fid-​dinja ġdida mwiegħda taʼ Jehovah. —Ġwann 3:16; 2 Pietru 3:13.

“Bluha għal Dawk li Qegħdin Igħibu”

10. (a) Meta Sawlu taʼ Tarsu ġie kkonvertit, liema xogħol daħal għalih, u hu kif kien iħares lejh? (b) Il-​Griegi tal-​qedem għal liema ħaġa kienu magħrufin, imma Alla kif ħares lejn il-​għerf tagħhom?

10 Sawlu taʼ Tarsu, li sar Pawlu l-​appostlu taʼ Ġesù Kristu, daħal għal dan ix-​xogħol li jsalva l-​ħajja. Huwa raġonevoli li taħseb li meta Ġesù Kristu kkonverta lil Sawlu, Hu kien qed jaħtru biex jieħu sehem f’attività taʼ bluha? Pawlu ma ħasibx hekk. (Filippin 2:16) F’dak iż-​żmien il-​Griegi kienu meqjusin bħala l-​iktar nies intellettwali tad-​dinja. Huma kienu jiftaħru bil-​filosfi kbar u bl-​irġiel għorrief tagħhom. Għalkemm Pawlu kien jitkellem bil-​Grieg, hu ma segwiex il-​filosofija Griega u t-​tagħlim tal-​Griegi. Għala? Għaliex għerf bħal dan taʼ did-dinja huwa bluha m’Alla.a Pawlu fittex għerf divin, li qanqlu biex jippriedka l-​aħbar tajba minn dar għal dar. L-​aqwa Predikatur li qatt eżista, Ġesù Kristu, kien tah l-​eżempju u kien tah istruzzjoni biex jagħmel l-​istess xogħol.—Luqa 4:43; Atti 20:20, 21; 26:15-20; 1 Korintin 9:16.

11. Fil-​qosor, Pawlu x’qal dwar il-​ħatra tiegħu tal-​ippridkar u l-​għerf tad-​dinja?

11 Pawlu jgħid dan dwar il-​ħatra tiegħu biex jippriedka: “Kristu bagħatni . . . biex immur inxandar l-​aħbar tajba, mhux bil-​għerf tad-​diskors, biex iz-​zokk tat-​tortura tal-​Kristu ma jintgħamilx ma jiswa għalxejn. Għax id-​diskors dwar iz-​zokk tat-​tortura [is-sagrifiċċju taʼ rahan taʼ Ġesù] huwa bluha għal dawk li qegħdin igħibu, imma għalina li qegħdin niġu salvati huwa l-​qawwa t’Alla. Għax hu miktub: ‘Jien se nagħmel lill-​għerf tal-​irġiel għorrief igħib, u l-​intelliġenza tal-​irġiel intellettwali se nimpalaha fil-​ġenb.’ Fejn ħu r-​raġel għaref [bħall-filosfu]? Fejn hu l-​iskrib? Fejn hu dak li jiddibatti f’din is-​sistema taʼ affarijiet? M’għamilx Alla lill-​għerf tad-​dinja bluha? Għax ladarba, fil-​għerf t’Alla, id-​dinja permezz tal-​għerf tagħha ma saritx taf lil Alla, Alla raha ħaġa tajba permezz tal-​bluha taʼ dak li hu ppridkat li jsalva lil dawk li qegħdin jemmnu.”−1 Korintin 1:17-21.

12. Jehovah x’qed iwettaq permezz tal-​“bluha taʼ dak li qed jiġi ppridkat,” u dawk li jridu “l-​għerf minn fuq” kif se jirreaġixxu?

12 Tidher kemm tidher inkredibbli, dawk l-​istess uħud li d-​dinja ssejħilhom boloh huma dawk li Jehovah juża bħala l-​predikaturi tiegħu. Iva, permezz tal-​bluha tal-​ministeru taʼ dawn il-​predikaturi, Alla jsalva lil dawk li jemmnu. Jehovah jirranġa l-​affarijiet sabiex il-​predikaturi taʼ din il-​“bluha” ma jistgħux jigglorifikaw lilhom infushom, u bnedmin oħrajn ma jistgħux b’mod ġust jigglorifikaw lil dawk li permezz tagħhom huma semgħu l-​aħbar tajba. Dan hu hekk biex “ebda laħam ma jkun jistaʼ jiftaħar fid-​dehra t’Alla.” (1 Korintin 1:28-31; 3:6, 7) Veru, il-​predikatur għandu rwol importanti, imma l-​messaġġ li hu ġie maħtur biex jippriedka hu dak li jaħdem għas-​salvazzjoni tal-​persuna jekk din temmnu. Dawk li jridu “l-​għerf minn fuq” ma jistmerrux il-​messaġġ tal-​predikatur għaliex hu jidher iblah u umli, hu ppersegwitat, u jmur minn dar għal dar. Minflok, il-​ġwejdin se jirrispettaw lil xandâr tas-​Saltna bħala predikatur maħtur minn Jehovah u li ġej f’isem Alla. Huma se jagħtu importanza kbira lill-​messaġġ li jġib il-​predikatur bil-​kelma tal-​fomm u bil-​paġna stampata.—Ġakbu 3:17; 1 Tessalonkin 2:13.

13. (a) Il-​Lhud u l-​Griegi kif kienu jqisuh l-​ippridkar dwar Kristu msammar maʼ zokk? (b) Minn liema gruppi taʼ nies ma kinux ħafna msejħin biex ikunu segwaċi taʼ Ġesù, u għala?

13 Waqt li jkompli d-​diskussjoni tiegħu dwar il-​mogħdijiet t’Alla, Pawlu jgħid: “Kemm il-​Lhud jistaqsu għal sinjali u kemm il-​Griegi jfittxu għall-​għerf; imma aħna nippridkaw lil Kristu msammar maʼ zokk, għal-​Lhud kawża għal tfixkil imma għall-​ġnus bluha; madankollu, għal dawk li huma msejħin, kemm Lhud u kemm Griegi, Kristu l-​qawwa t’Alla u l-​għerf t’Alla. Għaliex ħaġa belha t’Alla hi iktar għarfa mill-​bnedmin, u ħaġa dgħajfa t’Alla hi iktar b’saħħitha mill-​bnedmin. Għax intom tilmħu s-​sejħa tagħkom mingħandu, l-​aħwa, li mhux ħafna għorrief b’mod tal-​laħam kienu msejħin, mhux ħafna qawwijin, mhux ħafna taʼ twelid nobbli; imma Alla għażel l-​affarijiet boloh tad-​dinja, biex iġiegħel lill-​għorrief jistħu; u Alla għażel l-​affarijiet dgħajfin tad-​dinja, biex iġiegħel lill-​affarijiet b’saħħithom jistħu.”—1 Korintin 1:22-27; qabbel Isaija 55:8, 9.

14. (a) Jekk jiġu mistoqsijin dwar il-​kredenzjali tagħhom, ix-​Xhieda taʼ Jehovah lejn liema ħaġa jindikaw? (b) Pawlu għala rrifjuta li jogħġob lill-​Griegi b’xi turija taʼ għerf dinji?

14 Meta Ġesù kien fuq l-​art, il-​Lhud staqsewh għal sinjal mis-​sema. (Mattew 12:38; 39; 16:1) Imma Ġesù rrifjuta li jagħti xi sinjal. Bl-​istess mod, ix-​Xhieda taʼ Jehovah illum ma juru l-​ebda kredenzjali bħal sinjal. Minflok, huma jippontaw lejn il-​ħatra tagħhom biex jippridkaw l-​aħbar tajba, bħalma hi mniżżla f’versi tal-​Bibbja bħal Isaija 61:1, 2; Mark 13:10; u Rivelazzjoni 22:17. Il-​Griegi tal-​qedem kienu jfittxu l-​għerf, l-​edukazzjoni għolja fl-​affarijiet taʼ did-dinja. Fil-​waqt li Pawlu kien edukat fil-​għerf taʼ did-dinja, hu rrifjuta li jogħġob lill-​Griegi b’xi turija tiegħu. (Atti 22:3) Hu tkellem u kiteb bil-​Grieg mitkellem tal-​poplu komuni, minflok bil-​Grieg klassiku. Pawlu qal lill-​Korintin: “Meta ġejt għandkom, l-​aħwa, ma ġejtx b’xi estravaganza taʼ diskors jew taʼ għerf f’li niddikjara s-​sigriet sagru t’Alla lilkom. . . . [I]d-diskors tiegħi u dak li ppridkajt ma kienx bi kliem perswasiv taʼ għerf imma b’turija taʼ spirtu u qawwa, biex il-​fidi tagħkom tistaʼ tkun, mhux fil-​għerf tal-​bnedmin, imma fil-​qawwa t’Alla.”−1 Korintin 2:1-5.

15. Pietru dwar liema ħaġa jfakkar lil dawk li jwaqqgħu għaċ-​ċajt lill-​aħbar tajba, u s-​sitwazzjoni preżenti kif inhi simili għal dik taʼ żmien Noè?

15 F’dawn l-​aħħar jiem, nies li jirredikolaw l-​aħbar tajba tad-​dinja ġdida li ġejja t’Alla u t-​tmiem li riesaq taʼ did-dinja jiġu mfakkrin mill-​appostlu Pietru li d-​dinja taʼ żmien Noè sofriet qerda meta kienet imgħarrqa bl-​ilma.” (2 Pietru 3:3-7) Iffaċċjat minn dak it-​tmiem diżastruż, x’għamel Noè? Ħafna nies jiftakruh biss bħala bennej taʼ arka. Imma Pietru jgħid li meta Alla ġab Dulluvju fuq id-​dinja tal-​qedem, Hu “żamm lil Noè, predikatur tat-​tjieba, qawwi u sħiħ maʼ sebgħa oħra.” (2 Pietru 2:5) Fil-​għerf dinji tagħhom, dawk in-​nies taʼ mingħajr Alla li għexu qabel id-​dulluvju ddieħku b’dak li ppridkalhom Noè u sejħulu iblah, mhux realistiku, u mhux prattiku. Illum, il-​Kristjani veri qegħdin jiffaċċjaw sitwazzjoni simili, ladarba Ġesù qabbel il-​ġenerazzjoni tagħna maʼ dik taʼ żmien Noè. Minkejja dawk li jiddieħku, madankollu, l-​ippridkar tal-​aħbar tajba tas-​Saltna huwa iżjed minn sempliċi kliem. Bħall-​ippridkar li għamel Noè, ifisser salvazzjoni għall-​predikatur u għal dawk li jisimgħu minnu!—Mattew 24:37-39; 1 Timotew 4:16.

‘Insiru Boloh biex Insiru Għorrief’

16. X’se jiġrilu l-​għerf taʼ did-dinja f’Armageddon u min se jibqaʼ ħaj għal ġod-​dinja ġdida t’Alla?

16 Dalwaqt, f’Armageddon, Alla Jehovah se jġiegħel “lill-​għerf [kollu] tal-​irġiel għorrief” biex igħib. Hu se jwarrab min-​nofs “l-​intelliġenza [kollha] tal-​irġiel intellettwali” li bassru dwar kif l-​ordni dinjija ġdida tagħhom se ġġib kundizzjonijiet aħjar għall-​umanità. “[I]l-gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox” se tagħmel irmied lis-​sofistikaġni, lill-​filosofija, u lill-​għerf taʼ did-dinja. ( 1 Korintin 1:19; Rivelazzjoni 16:14-16) L-​uniċi nies li se jsalvaw minn dik il-​gwerra u jiksbu l-​ħajja fid-​dinja l-​ġdida t’Alla huma dawk li jobdu lil dik li did-dinja ssejħilha bluha—iva, l-​aħbar tajba tas-​Saltna glorjuża taʼ Jehovah.

17. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kif saru ‘boloh,’ u l-​predikaturi t’Alla tal-​aħbar tajba x’inhuma determinati li jagħmlu?

17 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah, immexxijin mill-​ispirtu tiegħu, ma jistħux jippridkaw dak li d-​dinja ssejjaħlu bluha. Minflok ma jipprovaw li jkunu għorrief skond id-​dinja, huma saru ‘boloh.’ Kif? Billi jagħmlu x-​xogħol tal-​ippridkar tas-​Saltna sabiex jistgħu jkunu għorrief, bħalma kiteb Pawlu: “Jekk xi ħadd fostkom jaħseb li hu għaref f’din is-​sistema taʼ affarijiet, ħallih isir iblah, biex ikun jistaʼ jsir għaref.” (1 Korintin 3:18-20) Il-​predikaturi tal-​aħbar tajba taʼ Jehovah jafu l-​valur li jsalva l-​ħajja tal-​messaġġ tagħhom u se jibqgħu jippridkawh mingħajr waqfien sakemm jiġi t-​tmiem taʼ did-dinja u l-​għerf tagħha fil-​gwerra t’Armageddon. Dalwaqt, Alla Jehovah se jivvindika s-​sovranità universali tiegħu u jġib ħajja taʼ dejjem lil dawk kollha li issa jemmnu u jaġixxu fuq “il-​bluha taʼ dak li hu ppridkat.”

[Nota taʼ taħt]

a Minkejja d-​dibattiti u l-​investigazzjonijiet filosofiċi kollha tal-​irġiel għorrief tal-​Greċja tal-​qedem il-​kitbiet tagħhom juru li huma ma sabu ebda bażi ġenwina għal tama. Il-​professuri J. R. S. Sterrett u Samuel Angus jindikaw: “L-​ebda letteratura ma fiha ilmenti iktar patetiċi fuq in-​niket tal-​ħajja, it-​tmiem tal-​imħabba, il-​qerq tat-​tama, u l-​ħruxija tal-​mewt.”—Funk and Wagnalls New “Standard” Bible Dictionary, 1936, paġna 313.

X’Inhuma t-​Tweġibiet Tiegħek?

◻ Liema żewġ tipi taʼ għerf hemm?

◻ Liema hu d-​difett bażiku tal-​għerf tad-​dinja?

◻ Li tippriedka l-​aħbar tajba għala hu l-​iktar ħaġa prattika li tistaʼ tagħmel?

◻ X’se jiġrilu dalwaqt il-​għerf kollu tad-​dinja?

◻ Ix-​Xhieda taʼ Jehovah għala ma jistħux jippridkaw dak li d-​dinja ssejjaħlu bluha?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja