LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Fittxu lil Hinn mill-Affarijiet li Taraw!
    It-Torri tal-Għassa—1996 | Marzu 1
    • Minkejja ċirkostanzi bħal dawn, id-​dixxipli leali baqgħu sodi. B’fidi qawwija f’Alla, setgħu jgħidu bħalma qal Pawlu: “Ma naqtgħux qalbna, għax imqar jekk il-​bniedem taʼ barra jitħassar, il-​bniedem taʼ ġewwa jiġġedded minn jum għal jum.” X’inhu, iżda, dak li ġab dan it-​tiġdid taʼ kuljum? Pawlu kompla jgħid: “Id-​daqsxejn taʼ tbatija tagħna taʼ issa t[ħ]ejjilna kobor taʼ glorja bla qjies għal dejjem; lilna li ma nħarsux lejn il-​ħwejjeġ li jidhru, iżda lejn dawk li ma jidhrux. Dawk li jidhru huma għal żmien qasir, dawk li ma jidhrux huma għal dejjem.”—2 Korintin 4:16-18.

  • Fittxu lil Hinn mill-Affarijiet li Taraw!
    It-Torri tal-Għassa—1996 | Marzu 1
    • Qis It-​Tribulazzjonijiet Tal-​Preżent Bħala Momentarji!

      Jogħġobna jew ma jogħġobniex, aħna kuljum naraw affarijiet li kieku nippreferu li ma narawx. Titwila fil-​mera u ma nistgħux ma narawx il-​marki u t-​tbajjaʼ tal-​ġisem fiżiku, indikazzjonijiet taʼ imperfezzjoni fiżika. Meta nittawlu fil-​mera tal-​Kelma t’Alla, naraw difetti u tbajjaʼ spiritwali, kemm fina nfusna u kemm f’oħrajn. (Ġakbu 1:22-25) U meta nħarsu lejn il-​gazzetta taʼ kuljum jew it-​televixin, rakkonti taʼ inġustizzji, krudeltajiet, u traġedji mill-​ewwel imissulna qalbna.

      Satana kieku jixtieq li jġegħelna niddispraw minħabba l-​affarijiet li naraw jew li niġu żvijati u nibdew immajnaw fil-​fidi. Kif nistgħu nevitaw li dan jiġri? Irridu nsegwu l-​eżempju mogħti minn Ġesù Kristu, bħalma kien irrikkmandat mill-​appostlu Pietru meta qal: “Għal dan intom kontu msejħa għax Kristu wkoll bata għalikom u ħallielkom eżempju biex timxu fuq il-​passi tiegħu.” (1 Pietru 2:21) F’kull aspett t’għixien Kristjan, Ġesù kien l-​eżempju perfett.

      F’li jipponta lejn Ġesù bħala l-​mudell tagħna, Pietru semma partikolarment li Ġesù sofra. Tabilħaqq, Ġesù sofra ħafna meta kien fuq l-​art. Bħala “mgħallem” maħtur minn Jehovah u li kien preżenti fil-​ħolqien taʼ l-​umanità, kien jaf eżattament x’intenzjoni kellu Alla għall-​bnedmin. (Proverbji 8:30, 31) Imma issa ra b’għajnejh stess kif id-​dnub u l-​imperfezzjoni ġagħluhom isiru. Kuljum hu ra u kellu jiffaċċja l-​imperfezzjonijiet u d-​dgħjufijiet tan-​nies. Dak bil-​fors li kien taʼ prova għalih.—Mattew 9:36; Mark 6:34.

      Minbarra t-​tribulazzjonijiet t’oħrajn, Ġesù ġarrab dawk tiegħu stess. (Lhud 5:7, 8) Imma b’vista spiritwali perfetta, hu fittex lil hinn minnhom biex jara l-​premju taʼ li jkun elevat lejn ħajja immortali għall-​korsa tiegħu taʼ integrità. Imbagħad bħala Sultan Messjaniku, kien se jkollu l-​privileġġ li joħroġ lill-​ispeċi umana mifluġa mill-​kundizzjoni degradanti tagħha lura għall-​perfezzjoni li kienet oriġinalment fl-​iskop taʼ Jehovah. Li żamm għajnejh iffokati fuq dawn il-​prospetti futuri inviżibbli għenu biex iżomm il-​ferħ fis-​servizz divin minkejja t-​tribulazzjonijiet li ra minn jum għal jum. Pawlu kiteb iktar tard: “Għall-​ferħ imqiegħed quddiemu sofra s-​salib [“zokk tat-​tortura,” NW], bla ma qies xejn il-​għajb, u qagħad fil-​lemin tat-​tron t’Alla.”—Lhud 12:2, Karm Żammit.

      Ġesù qatt ma ħalla t-​tbatijiet u ċ-​ċirkostanzi taʼ prova jġegħluh jiddispra, jiżvija, jew imajna fil-​fidi. Bħala dixxipli tiegħu, aħna rridu nsegwu l-​eżempju prim tiegħu mill-​qrib.—Mattew 16:24.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja