LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 4/15 pp. 12-16
  • Jehovah Iħobb lil Donaturi Ferriħin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jehovah Iħobb lil Donaturi Ferriħin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Imqanqlin minn Qlub Ġenerużi
  • Xi Jqanqal Għoti bil-​Ferħ?
  • Maniġġjar bl-​Attenzjoni tal-​Għoti
  • Mhux bil-​Fors
  • Uri l-​Gratitudni Tiegħek Għall-​Għotjiet t’Alla
  • “Alla Jħobb lil Min Jagħti bil-Ferħ”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • “Alla Jħobb lil Min Jagħti bil-Ferħ”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • “Alla Jħobb lil Donatur Ferrieħi”
    Għannu Tifħir lil Jehovah
  • Ġeħova jħobb lil min jagħti bil-ferħ
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 4/15 pp. 12-16

Jehovah Iħobb lil Donaturi Ferriħin

“Ħalli kull wieħed jagħmel sewwa sew bħalma għamel riżoluzzjoni qalbu, mhux kontra qalbu jew għax bil-​fors, għax Alla jħobb lil donatur ferrieħi.”−2 KORINTIN 9:7.

1. Alla u Kristu kif inhuma donaturi ferriħin?

JEHOVAH kien l-​ewwel donatur ferrieħi. Hu bl-​akbar ferħ ta l-​ħajja lill-​Iben uniġenitu tiegħu u wżah biex joħloq lill-​anġli u lill-​bnedmin. (Proverbji 8:30, 31; Kolossin 1:13-17) Alla tana l-​ħajja u n-​nifs u l-​affarijiet kollha, inklużi x-​xita mis-​sema u staġuni taʼ frott, billi jimla lil qlubna b’kull ferħ. (Atti 14:17; 17:25) Tabilħaqq, kemm Alla u kemm Ibnu, Ġesù Kristu, huma donaturi ferriħin. Huma kuntenti li jagħtu bi spirtu mhux egoist. Jehovah tant ħabb lid-​dinja tal-​bnedmin li ħu “ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, sabiex kulmin qiegħed jeżerċita fidi fih jistaʼ ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” U Ġesù liberament‘ta ruħu bħala rahan bi bdil għal ħafna.’—Ġwann 3:16; Mattew 20:28.

2. Skond Pawlu, Alla jħobb lil liema xorta taʼ donatur?

2 Il-​qaddejja t’Alla u taʼ Kristu għandhom, għalhekk, ikunu donaturi ferriħin. Għoti bħal dan kien inkuraġġit fit-​tieni ittra tal-​appostlu Pawlu lill-​Kristjani f’Korintu, li nkitbet madwar is-​sena 55 E.K. Milli jidher billi rrefera għal donazzjonijiet taʼ flus volontarji u privati li saru b’mod speċjali biex igħinu lil Kristjani fil-​bżonn f’Ġerusalemm u fil-​Ġudea Pawlu qal: “Ħalli kull wieħed jagħmel sewwa sew bħalma għamel riżoluzzjoni f’qalbu, mhux kontra qalbu jew għax bil-​fors, għax Alla jħobb lil donatur ferrieħi.” (2 Korintin 9:7; Rumani 15:26; 1 Korintin 16:1, 2; Galatin 2:10) In-​nies t’Alla kif irreaġixxew għal opportunitajiet biex jagħtu? U x’nistgħu nitgħallmu mill-​parir taʼ Pawlu dwar il-​għoti?

Imqanqlin minn Qlub Ġenerużi

3. L-​Iżraeliti sa liema punt appoġġjaw il-​bini tat-​tabernaklu għall-​qima taʼ Jehovah?

3 Qlub ġenerużi jqanqlu lin-​nies t’Alla biex jagħtu minnhom infushom u mir-​riżorsi tagħhom b’appoġġ tal-​għan divin. Per eżempju, l-​Iżraeliti taʼ żmien Mosè bil-​ferħ appoġġjaw il-​bini tat-​tabernaklu għall-​qima taʼ Jehovah. Il-​qlub taʼ xi nisa qanqluhom jagħżlu xagħar tal-​mogħoż, fil-​waqt li xi rġiel qdew bħala rġiel tas-​sengħa. In-​nies bil-​ferħ taw deheb, fidda, injam, għażel, u affarijiet oħrajn bħala “kontribuzzjoni [volontarja] għal Jehovah.” (Eżodu 35:4-35) Huma kienu tant ġenerużi li l-​materjali li ngħataw‘taw prova li kienu biżżejjed għax-​xogħol kollu li ried isir, u iktar minn biżżejjed.’—Eżodu 36:4-7.

4. David u oħrajn b’liema attitudni kkontribwew lejn it-​tempju?

4 Sekli wara, is-​Sultan David ikkontribwixxa bil-​kbir lejn it-​tempju taʼ Jehovah li kellu jinbena minn ibnu Salamun. Ladarba David ‘ħa gost fid-​dar t’Alla,’ ħu ta l-​“propjetà speċjali” tiegħu taʼ deheb u fidda. Prinċpijiet, kapijiet, u oħrajn‘imlew idhom b’għotja għal Jehovah.’ B’liema effett? Iva, “in-​nies bdew jifirħu minħabba l-​offerti volontarji li għamlu huma, għax kien b’qalb sħiħa li huma għamlu offerti volontarji lil Jehovah”! (1 Kronaki 29:3-9) Huma kienu donaturi ferriħin.

5. L-​Iżraeliti kif appoġġjaw il-​qima vera matul is-​sekli?

5 Matul is-​sekli, l-​Iżraeliti kienu pprivileġġati li jappoġġjaw lit-​tabernaklu, it-​tempji li nbnew wara, u s-​servizzi tal-​qassisin u tal-​Leviti fihom. Per eżempju, fi żmien Neħemija l-​Lhud iddeċidew li jagħmlu kontribuzzjonijiet biex iżommu l-​qima pura, billi kienu konxji li m’għandhomx jittraskuraw id-​dar t’Alla. (Neħemija 10:32-39) B’mod simili llum, ix-​Xhieda taʼ Jehovah bil-​ferħ jagħmlu kontribuzzjonijiet volontarji biex jibnu u jżommu postijiet fejn jiltaqgħu u biex jappoġġjaw il-​qima vera.

6. Agħti eżempji taʼ għoti bil-​ferħ minn Kristjani.

6 Kristjani tal-​bidu kienu donaturi ferriħin. Per eżempju, Gajus kien qed jagħmel “xogħol leali” f’li jkun ospitabbli lejn dawk li kienu jivvjaġġaw fl-​interessi tas-​Saltna, saħansitra bħalma x-​Xhieda taʼ Jehovah jestendu l-​ospitalità lejn indokraturi li jivvjaġġaw li llum jintbagħtu mill-​Watch Tower Bible and Tract Society. (3 Ġwann 5-8) Jiswa l-​flus biex dawn l-​aħwa jivvjaġġaw lejn kongregazzjonijiet u biex tintwera ospitalità magħhom, imma kemm ħu taʼ benefiċċju dan spiritwalment!—Rumani 1:11, 12.

7. Il-​Filippin kif użaw ir-​riżorsi materjali tagħhom.

7 Kongregazzjonijiet sħaħ użaw ir-​riżorsi materjali tagħhom biex javvanzaw l-​interessi tas-​Saltna. Per eżempju, Pawlu qal lill-​kredenti ġewwa Filippi: “Saħansitra f’Tessalonika, intom bgħattu xi ħaġa lili kemm darba u kemm it-​tieni darba għall-​bżonn tiegħi. Mhux li jien qiegħed infittex bil-​ħerqa l-​għotja, imma li qiegħed infittex bil-​ħerqa l-​frott li jġib iktar kredtu lill-​kont tagħkom.” (Filippin 4:15-17) Il-​Filippin taw bil-​ferħ, imma liema fatturi jqanqlu għoti bil-​ferħ bħal dan?

Xi Jqanqal Għoti bil-​Ferħ?

8. Kif tistaʼ tagħti prova li l-​ispirtu t’Alla jqanqal lin-​nies tiegħu biex ikunu donaturi ferriħin?

8 L-​ispirtu qaddis, jew il-​forza attiva taʼ Jehovah, iqanqal lin-​nies tiegħu biex ikunu donaturi ferriħin. Meta Kristjani Ġudeani kienu fil-​bżonn, l-​ispirtu t’Alla qanqal lil kredenti oħrajn biex igħinuhom materjalment. Biex jinkuraġġixxi lill-​Kristjani f’Korintu biex jagħmlu ħilithom kollha f’li jagħtu donazzjonijiet bħal dawn, Pawlu semma l-​eżempju tal-​kongregazzjonijiet fil-​Maċedonja. Għalkemm kredenti fil-​Maċedonja kienu għaddejjin minn persekuzzjoni u faqar, huma wrew imħabba tal-​aħwa billi taw iktar milli setgħu. Huma saħansitra talbu għall-​privileġġ li jagħtu! (2 Korintin 8:1-5) Il-​kawża t’Alla ma tiddependix biss fuq id-​donazzjonijiet tal-​għonja. (Ġakbu 2:5) Il-​qaddejja ddedikati tiegħu li huma foqra materjalment minn dejjem kienu l-​appoġġ ewlieni fl-​iffinanzjar tax-​xogħol tal-​ippridkar tas-​Saltna. (Mattew 24:14) Madankollu, huma ma jbatux minħabba l-​ġenerożità tagħhom, għax Alla ma jonqos qatt li jipprovdi għall-​bżonnijiet tal-​poplu tiegħu f’dan ix-​xogħol, u l-​forza biex ix-​xogħol jitkompla u jiżdied hi l-​ispirtu tiegħu.

9. Il-​fidi, il-​għarfien, u l-​imħabba kif inhuma marbutin maʼ għoti bil-​ferħ?

9 Għoti bil-​ferħ huwa mqanqal minn fidi għarfien, u mħabba. Pawlu qal: “Sewwa sew bħalma intom [Korintin] qegħdin toktru f’kollox, fil-​fidi u l-​kelma u l-​għarfien u l-​ħerqa kollha u f’din l-​imħabba tagħna lilkom, jalla intom toktru wkoll f’dan il-​għoti b’qalb tajba. M’huwiex biex nikkmandakom, imma minħabba l-​ħerqa taʼ oħrajn u biex nittestja kemm hi ġenwina l-​imħabba tagħkom, li qiegħed nitkellem.” (2 Korintin 8:7, 8 ) Biex wieħed jikkontribwixxi għall-​kawża taʼ Jehovah, speċjalment meta d-​donatur għandu mezzi limitati, jirrikjedi fidi fil-​provvedimenti futuri t’Alla. Kristjani li huma kotrana fil-​għarfien iridu jaqdu l-​għan taʼ Jehovah, u dawk kotrana fl-​imħabba għalih u għall-​poplu tiegħu bil-​ferħ jużaw ir-​riżorsi tagħhom biex javvanzaw il-​kawża tiegħu.

10. Għala jistaʼ jingħad li l-​eżempju taʼ Ġesù jqanqal lill-​Kristjani biex jagħtu bil-​ferħ?

10 L-​eżempju taʼ Ġesù jqanqal lill-​Kristjani biex jagħtu bil-​ferħ. Wara li ħeġġeġ lill-​Korintin biex jagħtu sforz l-​imħabba, Pawlu qal: “Intom tafuha l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, li għalkemm kien għani sar fqir minħabba fikom, biex intom tistgħu ssiru għonja permezz tal-​faqar tiegħu.” (2 Korintin 8:9) Fis-​sema għani iktar minn kwalunkwe iben ieħor t’Alla, Ġesù battal lilu nnifsu minn dan kollu u ha l-​ħajja taʼ bniedem. (Filippin 2:5-8) Billi sar fqir b’dan il-​mod mhux egoist, madankollu, Ġesù kkontribwixxa lejn it-​taqdis taʼ isem Jehovah u ħalla ħajtu bħala sagrifiċċju b’rahan għall-​benefiċċju tal-​bnedmin li kienu se jaċċettawh. Fi qbil mal-​eżempju taʼ Ġesù, m’għandniex aħna nagħtu bil-​ferħ biex ingħinu lil oħrajn u biex nikkontribwixxu lejn it-​taqdis taʼ isem Jehovah?

11, 12. L-​ippjanar tajjeb kif jistaʼ jagħmilna donaturi ferriħin?

11 Ippjanar tajjeb jagħmel possibbli l-​għoti bil-​ferħ. Pawlu qal lill-​Korintin: ”Kull l-​ewwel jum tal-​ġimgħa ħalli kull wieħed minnkom f’daru stess iwarrab xi ħaġa maħżuna skond ma għandu riżq, sabiex meta nasal jien ma jsirx ġbir dak il-​ħin.” (1 Korintin 16:1, 2) B’mod privat u volontarju simili, dawk li jixtiequ jagħmlu donazzjonijiet biex javvanzaw ix-​xogħol tas-​Saltna llum jagħmlu tajjeb li jwarrbu xi ftit mill-​qliegħ tagħhom għal dak il-​għan. Bħala riżultat taʼ ppjanar tajjeb bħal dan, Xhieda individwali, familji, u kongregazzjonijiet jistgħu jagħmlu donazzjonijiet biex javvanzaw fl-​qima vera.

12 Li nwettqu pjanijiet biex nikkontribwixxu se jagħmilna ferħanin. Kif qal Ġesù, “hemm iktar ferħ f’li tagħti milli hemm f’li tirċievi.” (Atti 20:35) Mela l-​Korintin setgħu jżidu l-​ferħ tagħhom billi jsegwu l-​parir taʼ Pawlu biex iwettqu l-​pjan tagħhom li kien ilu sena biex jibagħtu fondi lil Ġerusalemm.“Hija speċjalment aċċettabbli skond dak li wieħed għandu, mhux skond dak li wieħed m’għandux,” qal. Meta xi ħadd jagħmel kontribuzzjonijiet skond dak li għandu, għandhom jiġu apprezzati ferm. Jekk nafdaw f’Alla, ħu jistaʼ jibbilanċja l-​affarijiet biex dawk li għandhom ħafna jkunu ġenerużi, mhux ħaljin, u dawk bi ftit ma jkollhom ebda defiċjenza li tnaqqas is-​saħħa u l-​abbiltà tagħhom biex jaqduh.—2 Korintin 8:10-15.

Maniġġjar bl-​Attenzjoni tal-​Għoti

13. Il-​Korintin għala setgħu jkollhom fiduċja fil-​mod kif Pawlu ha ħsieb tad-​donazzjonijiet?

13 Għalkemm Pawlu ħa ħsieb l-​arranġament għal donazzjonijiet biex b’hekk il-​kredenti fil-​bżonn setgħu jgawdu serħan materjali u jieħdu sehem b’mod iktar enerġetiku fix-​xogħol tal-​ippridkar, la ħu u lanqas oħrajn ma ħadu mill-​fondi għas-​servizzi tagħhom. (2 Korintin 8:16-24; 12:17, 18) Pawlu ħadem biex ilaħħaq mal-​bżonnijiet materjali tiegħu stess minflok ma jimponi piżijiet finanzjarji fuq xi kongregazzjoni. (1 Korintin 4:12; 2 Tessalonkin 3:8) Meta tawh id-​donazzjonijiet, għalhekk, il-​Korintin kienu qegħdin jafdawhom lil qaddej t’Alla li jaħdem iebes u li setgħu jafdawh.

14. Inkwantu għall-​użu tad-​donazzjonijiet, x’rekord għandha l-​Watch Tower Society?

14 Minn mindu ġiet inkorporata l-​Watch Tower Bible and Tract Society fl-​1884, il-​kontributuri kellhom evidenza li hija indokratriċi li tistaʼ tafdaha tad-​donazzjonijiet kollha fdati lilha għan-​nom tax-​xogħol tas-​Saltna taʼ Jehovah. Skond l-​ordinanza tagħha, is-​Soċjetà tistinka biex twettaq l-​akbar ħtieġa tan-​nies kollha, il-​ħtieġa għal affarijiet spiritwali. Dan isir fil-​għamla taʼ letteratura Biblika u struzzjoni dwar kif tikseb is-​salvazzjoni. Illum, Jehovah qed iħaffef il-​ġbir taʼ wħud bħal nagħaġ fl-​organizzazzjoni tiegħu li qiegħda dejjem tikber, u l-​barka tiegħu fuq l-​użu għaqli tad-​donazzjonijiet fix-​xogħol taʼ ppridkar tas-​Saltna hija evidenza ċara taʼ approvazzjoni divina. (Isaija 60:8, 22) Aħna fiduċjużi li ħu se jkompli jqanqal il-​qlub taʼ donaturi ferriħin.

15. Din ir-​rivista għala kultant issemmi d-​donazzjonijiet?

15 Is-​Soċjetà kultant tuża l-​kolonni taʼ din ir-​rivista biex tavża lill-​qarrejja dwar il-​privileġġ tagħhom li jagħmlu donazzjonijiet volontarji għax-​xogħol dinji taʼ ppridkar tas-​Saltna. Dan mhux appell għal,l-flus, imma huwa tfakkira lil dawk li jixtiequ jappoġġjaw “ix-​xogħol qaddis tal-​aħbar tajba” skond ma Alla jagħtihom prosperità. (Rumani 15:16; 3 Ġwann 2) Is-​Soċjetà tuża l-​flus kollha minn donazzjonijiet bl-​iktar mod ekonomiku sabiex tagħmel magħrufin l-​isem u s-​Saltna taʼ Jehovah. Il-​kontribuzzjonijiet kollha jintlaqgħu bi gratitudni, tingħata rċevuta għalihom, u jintużaw biex tinfirex l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. Per eżempju, b’dawn il-​mezzi jiġu sostnuti attivitajiet missjunarji f’ħafna pajjiżi, u faċilitajiet tal-​istampar vitali għat-​tqassim taʼ għarfien Bibliku jinżammu u jespandu. Ukoll, kontribuzzjonijiet għax-​xogħol dinji jintużaw biex ikopru l-​ispejjeż li dejjem jiżdiedu tal-​produzzjoni taʼ Bibbji u pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja kif ukoll audiocassettes u videocassettes. B’dawn il-​modi l-​interessi tas-​Saltna jiġu avvanzati minn donaturi ferriħin.

Mhux bil-​Fors

16. Għalkemm ftit mix-​Xhieda taʼ Jehovah huma għonja materjalment, il-​kontribuzzjonijiet tagħhom għala huma apprezzati?

16 Ftit Xhieda taʼ Jehovah huma għonja materjalment. Għalkemm jistgħu jagħtu ammonti modesti biex javvanzaw l-​interessi tas-​Saltna, id-​donazzjonijiet tagħhom xorta waħda huma sinjifikanti. Meta Ġesù ra armla fil-​bżonn twaddab żewġ muniti żgħar taʼ ftit valur f’kaxxa tat-​teżor tat-​tempju, ħu qal: “Din l-​armla, għalkemm fqira, tefgħet iktar milli tefgħu huma lkoll. Għax dawn [il-kontributuri l-​oħrajn] kollha tefgħu għotjiet miż-​żejjed tagħhom, imma din il-​mara min-​nieqes tagħha tefgħet il-​mezz taʼ għixien kollu li kellha.” (Luqa 21:1-4) Għalkemm il-​għotja tagħha kienet żgħira, hi kienet donatriċi ferriħija—u l-​kontribuzzjoni tagħha kienet apprezzata.

17, 18. X’inħu l-​qofol tal-​kliem taʼ Pawlu fit-​2 Korintin 9:7, u x’inhu indikat bil-​kelma Griega tradotta “ferrieħi”?

17 Rigward ix-​xogħol taʼ serħan għan-​nom taʼ Kristjani Ġudeani, Pawlu qal: “Ħalli kull wieħed jagħmel sewwa sew bħalma għamel riżoluzzjoni f’qalbu, mhux kontra qalbu jew għax bil-​fors, għax Alla jħobb lil donatur ferrieħi.” (2 Korintin 9:7) L-​appostlu setaʼ kien qed jalludi għal porzjon minn Proverbji 22:8 fil-​verżjoni Settwaġinta, li tgħid: “Alla jbierek lil donatur ferrieħi; u se jissuplixxi lid-​defiċjenza tax-​xogħlijiet tiegħu.” (The Septuagint Bible, tradotta minn Charles Thomson) Pawlu biddel “ibierek” maʼ ”jħobb,” imma hemm konnessjoni, għax ħsad taʼ barkiet jirriżulta mill-​imħabba t’Alla.

18 Id-​donatur ferrieħi ħu verament hieni li jagħti. Iva, mit-​terminu Grieg tradott “ferrieħi” fit-​2 Korintin 9:7 tiġi l-​kelma “tad-​daħq”! Wara li jindika dan, l-​istudjuż R. C. H. Lenski qal: “Alla jħobb lil donatur hieni, kuntent, daħkan. . .[li] l-​fidi tiegħu hi nkurunata bit-​tbissim meta opportunità oħra biex jagħti tiltaqaʼ miegħu.” Persuna bi spirtu taʼ ferħ bħal dan ma jagħtix kontra qalbu jew bil-​fors imma jagħti mill-​qalb. Ferħan int daqshekk dwar li tagħti b’appoġġ tal-​interessi tas-​Saltna?

19. Il-​Kristjani tal-​bidu kif kienu jagħmlu kontribuzzjonijiet?

19 Il-​Kristjani tal-​bidu ma kinux igħaddu l-​plattin għall-​ġbir jew jipprattikaw il-​għexur billi jagħtu donazzjoni wieħed minn kull għaxra mill-​qliegħ tagħhom għal għanijiet reliġjużi. Minflok, il-​kontribuzzjonijiet tagħhom kienu kompletament volontarji.

Tertulljanu, li ġie kkonvertit għall-​Kristjanità madwar is-​sena 190 E.K., kiteb: “Għalkemm aħna għandna l-​kaxxa tat-​teżor tagħna, mhix magħmula minn flus tax-​xiri, bħal taʼ xi reliġjon li għandha prezz. Fil-​jum tax-​xaħar [milli jidher darba fix-​xaħar], jekk irid, kull wieħed jitfaʼ donazzjoni żgħira. imma biss jekk jogħġbu, u biss jekk jistaʼ; għax ma jsir xejn bil-​fors; kollox ħu volontarju.”—Apology, Kapitlu XXXIX.

20, 21. (a) Ħarġa tal-​bidu taʼ din ir-​rivista x’qalet dwar il-​privileġġ li nappoġġjaw il-​kawża t’Alla finanzjarjament, u dan kif japplika saħansitra llum? (b) X’jiġri meta nonoraw lil Jehovah bl-​affarijiet taʼ valur tagħna?

20 Għoti volontarju minn dejjem kien id-​drawwa fost il-​qaddejja taʼ Jehovah taż-​żmien modern. Xi drabi, madankollu, xi wħud ma ħadux vantaġġ sħiħ mill-​privileġġ tagħhom li jappoġġjaw il-​kawża t’Alla billi jagħmlu donazzjonijiet. Fi Frar 1883, per eżempju, din ir-​rivista qalet: “Xi wħud qegħdin iġorru tant piż monetarju [tal-flus] minħabba oħrajn, li s-​saħħiet finanzjarji tagħhom qegħdin jinxtorbu minn xogħol żejjed u għejja, u b’hekk il-​kapaċità tagħhom qiegħda fil-​periklu; u mhux hekk biss, imma dawk li . . . ma daħħlux f’moħħhom bis-​sħiħ is-​sitwazzjoni, kienu tellifin minħabba nuqqas taʼ eżerċitar f’dik id-​direzzjoni.”

21 Hekk kif il-​folla kbira dieħla fi qtajja fl-​organizzazzjoni taʼ Jehovah illum, u hekk kif ix-​xogħol t’Alla jespandi fl-​Ewropa tal-​Lvant u fi nħawi oħrajn li qabel kienu restritti, hemm ħtieġa li dejjem tikber għal espansjoni taʼ impjanti tal-​istampar u faċilitajiet oħrajn. Iktar Bibbji u pubblikazzjonijiet oħrajn iridu jiġu stampati. Ħafna proġetti teokratiċi jinsabu għaddejjin; madankollu, biċċiet minnhom jistgħu javvanzaw iżjed malajr li kieku jkun hemm fondi adattati. Naturalment, aħna għandna fidi li Alla se jipprovdi dak li ħu meħtieġ, u nafu li dawk li ‘jonoraw lil Jehovah bl-​affarijiet taʼ valur tagħhom’ se jiġu mberkin. (Proverbji 3:9, 10) Tabilħaqq, “dak li jiżraʼ bil-​kotra se jaħsad ukoll bil-​kotra.” Jehovah se ‘jagħmilna sinjuri għal kull xorta taʼ ġenerożità,’ u l-​għoti tagħna bil-​ferħ se jikkaġuna lil ħafna li jiżżu ħajr u jfaħħru lilu.—2 Korintin 9:6-14.

Uri l-​Gratitudni Tiegħek Għall-​Għotjiet t’Alla

22, 23. (a) X’inhi l-​għotja b’xejn li ma titfissirx t’Alla? (b) Ladarba napprezzaw il-​għotjiet taʼ Jehovah, x’għandna nagħmlu?

22 Imqanqal minn gratitudni profonda, Pawlu nnifsu qal: “Radd il-​ħajr lil Alla għall-​għotja b’xejn tiegħu li ma tistax tiġi deskritta.” (2 Korintin 9:15) Bħala “sagrifiċċju taʼ tpattija” għad-​dnubiet taʼ Kristjani midlukin u għal dawk tad-​dinja, Ġesù huwa l-​bażi u l-​mezz taʼ komunikazzjoni għall-​għotja b’xejn li ma titfissirx t’Alla. (1 Ġwann 2:1, 2) Dik il-​għotja hi “l-​qalb tajba mhix mistħoqqa li tisboq t’Alla” li ħu wera lill-​poplu tiegħu fuq l-​art permezz taʼ Ġesù Kristu, u hija toktor għas-​salvazzjoni tagħhom u għall-​glorja u għall-​ivvindikar taʼ Jehovah.—2 Korintin 9:14.

23 Il-​gratitudni profonda tagħna tmur għand Jehovah għall-​għotja b’xejn li ma titfissirx tiegħu u għall-​ħafna għotjiet oħrajn spiritwali u materjali lill-​poplu tiegħu. Iva, it-​tjubija taʼ Missierna tas-​sema lejna tant hi tal-​għageb li tisboq il-​qawwiet taʼ espressjoni umani! U ċertament li għandha tqanqalna biex inkunu donaturi ferriħin. B’apprezzament mill-​qalb, allura, ejjew nagħmlu kulma nistgħu biex navvanzaw il-​kawża taʼ dak Alla ġeneruż tagħna, Jehovah, l-​ewwel u l-​aqwa Donatur ferrieħi!

Tiftakar

◻ Qlub ġenerużi qanqlu lin-​nies:taʼ Jehovah biex jagħmlu liema ħaġa?

◻ Xi jqanqal għoti bil-​ferħ?

◻ Il-​Watch Tower Society kif tuża d-​donazzjonijiet kollha li tirċievi?

◻ Alla jħobb lil liema xorta taʼ donatur, u kif għandna nuru l-​gratitudni tagħna għall-​ħafna għotjiet Tiegħu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja