LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 51
  • Ġeħova Kif Jistaʼ Jieħu Pjaċir b’li Ngħidu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġeħova Kif Jistaʼ Jieħu Pjaċir b’li Ngħidu?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • “Għidu dak li hu tajjeb biex jibni”
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Għidu Dak li “Hu Tajjeb Biex Jibni”
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Kun t’Eżempju Tajjeb Meta Titkellem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Uża l-qawwa tal-ilsien b’mod tajjeb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 51
Lezzjoni 51. Tliet nisa qed jitkellmu u jidħqu f’restorant.

LEZZJONI 51

Ġeħova Kif Jistaʼ Jieħu Pjaċir b’li Ngħidu?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Meta Ġeħova ħalaqna, hu għamilna kapaċi nitkellmu. Din hija xi ħaġa sabiħa. Imma jagħti kas kif nitkellmu? Iva! (Aqra Ġakbu 1:​26.) Allura l-​kliem tagħna kif jistaʼ jogħġob lil Ġeħova?

1. Kif għandna nitkellmu m’oħrajn?

Il-​Bibbja tgħidilna biex ‘nibqgħu ninkuraġġixxu lil xulxin u nibnu lil xulxin.’ (1 Tessalonikin 5:​11) Tistaʼ taħseb f’xi nies biex tinkuraġġihom? X’tistaʼ tagħmel biex tgħinhom iħossuhom aħjar? Għidilhom li vera jimpurtak minnhom. Forsi tistaʼ ssemmi xi kwalitajiet li jogħġbuk fihom. Jew tistaʼ taħseb f’xi skrittura biex tgħinhom. Hemm ħafna minn fejn tagħżel. Tinsiex ukoll li l-​mod kif tgħid xi ħaġa jistaʼ jinkuraġġixxi. Dejjem ipprova tkellem b’qalb tajba u bi ħlewwa.​—Proverbji 15:1.

2. Kif m’għandniex nitkellmu?

Il-​Bibbja tgħid: “Ħa ma toħroġ minn fommkom ebda kelma mħassra.” (Aqra Efesin 4:​29.) Dan ifisser li m’għandniex nitkellmu ħażin jew ngħidu xi ħaġa li tweġġaʼ lil oħrajn. U lanqas m’għandna nitkellmu fuq in-​nies u nigdbu fuqhom.​—Aqra Proverbji 16:28.

3. Kif nistgħu ninkuraġġixxu lil oħrajn b’li ngħidu?

Spiss dak li ngħidu juri x’qed inħossu u x’naħsbu. (Luqa 6:​45) Allura rridu ngħallmu lilna nfusna biex naħsbu fuq affarijiet pożittivi. Dawn jistgħu jkunu affarijiet tajbin, nodfa, li juru mħabba, u taʼ min ifaħħarhom. (Filippin 4:8) Biex naħsbu fuq dawn l-​affarijiet, irridu noqogħdu attenti x’nieħdu pjaċir nagħmlu u xi ħbieb ikollna. (Proverbji 13:20) Ikun tajjeb li taħseb qabel ma titkellem. Aħseb kif dak li tgħid se jeffettwa lil oħrajn. Il-​Bibbja tgħid: “Hemm min jitkellem bla ma jaħsibha qisu b’daqqiet taʼ sejf, imma lsien l-​għorrief hu fejqan.”​—Proverbji 12:18.

TGĦALLEM IŻJED

Tgħallem tkellem b’mod li jogħġob lil Ġeħova u li jinkuraġġixxi lil oħrajn.

4. Oqgħod attent x’tgħid

Kulħadd qal xi ħaġa li wara ddispjaċieh. (Ġakbu 3:2) Aqra Galatin 5:​22, 23, u mbagħad iddiskuti:

  • Għal liema kwalitajiet tixtieq titlob biex toqgħod attent x’tgħid? Dawn il-​kwalitajiet kif jistgħu jgħinuk?

Aqra l-​1 Korintin 15:​33, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​ħbieb u dak li tieħu pjaċir tagħmel, kif jistgħu jinfluwenzaw dak li tgħid?

Grupp taʼ Stampi: Dak li ġiegħel lil raġel jitkellem aħrax mal-​mara tiegħu. 1. Hu jismaʼ mużika li tagħmlu rrabjat. 2. Hu jieħu pjaċir jara l-​boxing maʼ ħabib tiegħu fuq it-​televixin. Grupp taʼ Stampi: Dak li ġiegħel lill-​istess raġel jitkellem bil-​ħlewwa mal-​mara tiegħu. 1. Hu jaqra l-​Bibbja. 2. Hu u l-​mara tiegħu jitkellmu maʼ ħabib tagħhom fis-​Sala tas-​Saltna.

X’jistaʼ jinfluwenza kif titkellem?

Aqra Ekkleżjasti 3:​1, 7, u mbagħad iddiskuti:

  • Meta jkun tajjeb li ma tgħid xejn jew li tistenna ħin aħjar?

5. Għid affarijiet sbieħ dwar oħrajn

Meta nitkellmu, kif nistgħu ma nweġġgħux lil dak li jkun? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

VIDJOW: “Għidu dak li hu tajjeb biex jibni” lil oħrajn (4:​07)

  • Fil-​vidjow, il-​ħu għala ried jibda jitkellem tajjeb dwar oħrajn?

  • X’għamel biex jinbidel?

Aqra Ekkleżjasti 7:​16, u mbagħad iddiskuti:

  • X’għandna niftakru qabel immaqdru lil xi ħadd?

Aqra Ekkleżjasti 7:​21, 22, u mbagħad iddiskuti:

  • Dawn il-​versi kif jistgħu jgħinuk ma tirrabjax meta xi ħadd jitkellem negattiv dwarek?

6. Tkellem b’qalb tajba mal-​familja

Ġeħova jridna nitkellmu b’qalb tajba u bi mħabba mal-​familja. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

VIDJOW: L-​imħabba u r-​rispett jgħaqqdu l-​familji (3:​08)

  • X’se jgħinek titkellem b’qalb tajba mal-​familja?

Aqra Efesin 4:​31, 32, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif għandna nitkellmu mal-​familja?

Ġeħova qal kif kien iħossu dwar Ibnu, Ġesù. Aqra Mattew 17:​5, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif tistaʼ timita lil Ġeħova meta titkellem ma’ tal-​familja?

Omm tfaħħar lit-​tifla tagħha wara li tpenġi xi ħaġa

Fittex opportunitajiet biex tfaħħar lil oħrajn

ĦAFNA JGĦIDU: “Dak li jiġini f’ħalqi ngħidu. Mhux problema tiegħi jekk in-​nies ma jogħġobhomx dak li ngħid.”

  • Taqbel? Għala taħseb hekk?

XI DDISKUTEJNA?

Dak li ngħidu jistaʼ jgħin jew iweġġaʼ lin-​nies. Allura hemm bżonn li noqogħdu attenti għal dak li ngħidu, meta ngħiduh, u kif ngħiduh.

X’Tgħallimt

  • Kif tistaʼ titkellem b’mod li jgħin lil oħrajn?

  • Minn xiex trid toqgħod attent meta titkellem?

  • X’se jgħinna biex dak li ngħidu dejjem ikun b’qalb tajba u jgħin lil oħrajn iħossuhom tajjeb?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

X’se jgħinna ninkuraġġixxu lil oħrajn b’dak li ngħidu?

Tgħallem Tkellem b’Mod Pożittiv (8:​04)

Ara x’se jgħinek ma titkellimx ħażin.

“Huwa daqshekk ħażin li tidgħi?” (Artiklu fuq jw.org)

Sir af kif tevita l-​gossip.

Kif nistaʼ nwaqqaf il-​gossip? (2:​36)

Ara kif Ġeħova għen lil raġel jieqaf jidgħi.

“I Began to Think Seriously About Where My Life Was Headed” (The Watchtower, August 1, 2013)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja