LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Alla Jieħu Pjaċir biċ-Ċelebrazzjonijiet u l-Festi Kollha?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Aqra Efesin 5:​10, u mbagħad iddiskuti:

      • Qabel niddeċiedu jekk hux se niċċelebraw festa, minn xiex irridu nkunu ċerti?

      • Fejn toqgħod int, in-​nies liema festi jiċċelebraw?

      • Taħseb li dawn il-​festi jogħġbu lil Ġeħova?

      Ġieli ħsibt x’jaħseb Alla dwar il-​birthdays? Il-​Bibbja ma tgħidx li xi ħadd li kien jaqdi lil Ġeħova ċċelebra l-​birthday. Imma ssemmi żewġ birthdays taʼ nies li ma kinux jaqdu lil Ġeħova. Aqra Ġenesi 40:​20-​22 u Mattew 14:​6-​10. Imbagħad iddiskuti:

      • Dawn iż-​żewġ birthdays x’kellhom l-​istess?

      • Minn dawn il-​versi, kif taħseb li jħossu Ġeħova dwar il-​birthdays?

      Forsi taħseb, ‘Ġeħova jagħti kas jekk niċċelebrax il-​birthday jew xi festa oħra?’ Aqra Eżodu 32:​1-​8. Imbagħad, ara l-​VIDJOW u ddiskuti:

      VIDJOW: Festi u ċelebrazzjonijiet li Alla ma jaċċettahomx (5:​07)

      • Għala rridu nkunu ċerti x’jogħġob lil Ġeħova?

      • Kif se nkunu ċerti?

      Kif nistgħu nkunu nafu jekk festa jew ċelebrazzjoni ma togħġobx lil Alla?

      • Taqbel ma’ dak li tgħid il-​Bibbja? Ara kif bdiet jew minn fejn ġejja.

      • Tagħti importanza żejda lil nies, organizzazzjonijiet, jew affarijiet tal-​pajjiż? Aħna nfaħħru lil Ġeħova u ċerti li hu biss se jsolvi l-​problemi tad-​dinja.

      • Dak li jiġri fiha, jaqbel maʼ dak li tgħid il-​Bibbja? Aħna rridu nibqgħu nodfa moralment, jiġifieri b’dak li nagħmlu nibqgħu nodfa quddiem Alla.

  • Ħu Pjaċir b’Affarijiet li Jogħġbu lil Ġeħova
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Lezzjoni 53. Missier, omm u t-​tifla żgħira tagħhom jieklu l-​popcorn u jaraw it-​televixin.

      LEZZJONI 53

      Ħu Pjaċir b’Affarijiet li Jogħġbu lil Ġeħova

      Ġeħova hu ‘Alla ferħan.’ (1 Timotju 1:​11) Hu jridna nkunu ferħanin u nieħdu pjaċir ngħixu. Hu jieħu pjaċir meta nużaw ftit ħin biex nistrieħu mix-​xogħol u nieħdu pjaċir. F’din il-​lezzjoni, se naraw kif nieħdu pjaċir u fl-​istess ħin nogħġbu lil Ġeħova.

      1. Fuqiex għandna naħsbu qabel nagħżlu x’se nagħmlu?

      X’tieħu pjaċir tagħmel? Xi nies jieħdu pjaċir joqogħdu d-​dar. Huma jieħdu pjaċir jaqraw ktieb, jisimgħu l-​mużika, jaraw film, jew ifittxu fuq l-​internet. Oħrajn jieħdu pjaċir jagħmlu xi affarijiet mal-​ħbieb, bħal jimxu, jgħumu, jew jilagħbu xi logħba. Nagħżlu x’nagħżlu, irridu nkunu ċerti li jkun “aċċettabbli għall-​Mulej.” (Efesin 5:​10) Dan hu importanti li nifhmuh! Ħafna affarijiet li n-​nies jieħdu pjaċir jagħmlu jkun fihom affarijiet li Ġeħova jobgħod. Ikun fihom affarijiet bħal vjolenza, immoralità sesswali, u spiritiżmu. (Aqra Salm 11:5.) X’se jgħinna nagħżlu divertiment tajjeb?

      Jekk nagħżlu ħbieb li jħobbu lil Ġeħova, huma jistgħu jgħinuna nagħmlu affarijiet tajbin. Kif tgħallimna f’lezzjoni 48, “min qed jimxi maʼ l-​għorrief se jsir għaref.” Imma jekk dejjem inkunu ma’ nies li ma jobdux dak li jgħidilna Ġeħova, ‘se jaħbtilna ħażin.’​—Proverbji 13:20.

      2. Għala hu importanti kif nużaw il-​ħin tagħna?

      Anki jekk nagħżlu affarijiet li jogħġbu lil Ġeħova, irridu noqogħdu attenti kemm jiħdulna ħin. Inkella, jaf ma jkollniex biżżejjed ħin għal affarijiet iktar importanti. Il-​Bibbja tinkuraġġina biex ‘nużaw il-​ħin tagħna bl-​aħjar mod.’​—Aqra Efesin 5:​15, 16.

      TGĦALLEM IŻJED

      Tgħallem kif tieħu pjaċir b’affarijiet li jogħġbu lil Ġeħova.

      3. Evita affarijiet li ma jogħġbux lil Ġeħova

      Għala rridu noqogħdu attenti x’nagħmlu? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

      VIDJOW: Liema divertiment għandi nagħżel? (4:​39)

      • Il-​logħob li kienu jilagħbu f’Ruma ħafna snin ilu, kif inhu simili tal-​logħob u l-​films illum?

      • Fil-​vidjow, Danny x’tgħallem dwar il-​logħob?

      Aqra Rumani 12:​9, u mbagħad iddiskuti:

      • Dan il-​vers kif jgħinek tagħżel?

      X’inhuma xi affarijiet li Ġeħova jobgħod? Aqra Proverbji 6:​16, 17 u Galatin 5:​19-​21. Wara li taqra kull skrittura, iddiskuti:

      • Illum x’fih ħafna mid-​divertiment, bħal films, logħob, u kotba?

      X’se jgħinek tagħżel tajjeb?

      Aħseb:

      • Fih affarijiet li Ġeħova jobgħod?

      • Jiħodli l-​ħin minn affarijiet iżjed importanti?

      • Se nqattaʼ ħafna ħin ma’ nies li ma jħobbux lil Ġeħova?

      Kemm jistaʼ jkun, huwa aħjar li toqgħod ’il bogħod mill-​periklu. Għalhekk, irridu noqogħdu ’l bogħod minn divertiment li naħsbu li mhux tajjeb għalina

      Xi ħadd isuq karozza fuq muntanja fit-​tarf tat-​triq. In-​naħa taʼ wara tal-​karozza qiegħda fit-​tarf dalwaqt se taqaʼ.

      4. Uża l-​ħin tiegħek sew

      Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

      VIDJOW: X’Qed Jiħodlok Ħafna Ħin? (2:​45)

      • Għalkemm il-​ħu fil-​vidjow ma kienx qed jara xi ħaġa ħażina, x’kienet il-​problema?

      Aqra Filippin 1:​10, u mbagħad iddiskuti:

      • Dan il-​vers kif jgħinna niddeċiedu kif inqattgħu l-​ħin tagħna?

      5. Agħżel divertiment tajjeb

      Vera li hemm divertiment li ma jogħġobx lil Ġeħova, imma hemm ħafna affarijiet li nistgħu nieħdu pjaċir bihom u jogħġbuh. Aqra Ekkleżjasti 8:​15 u Filippin 4:​8, u mbagħad iddiskuti:

      • X’tieħu pjaċir tagħmel li jogħġob lil Ġeħova?

      Grupp taʼ Stampi: Nies taʼ età differenti qed jagħmlu affarijiet li jħobbu u li jogħġbu lil Ġeħova. 1. Tifla tismaʼ l-​mużika u tpinġi. 2. Tliet żgħażagħ jilagħbu l-​basketball. 3. Żewġ subien isuqu r-​roti. 4. Tifel jibni karozza tat-​toys. 5. Raġel idoqq it-​tanbur. 6. Tifel jilgħab video game maʼ missieru. 7. Mara tieħu ritratt.

      Int tistaʼ tieħu pjaċir tagħmel affarijiet li jogħġbu lil Ġeħova

      ĦAFNA JGĦIDU: “M’hemm xejn ħażin b’affarijiet li fihom il-​vjolenza, l-​immoralità, jew l-​ispiritiżmu. L-​aqwa li ma nagħmilhomx jien.”

      • Int kif twieġeb?

      XI DDISKUTEJNA?

      Ġeħova jridna nagħżlu u nieħdu pjaċir b’affarijiet li jogħġbu lilu.

      X’Tgħallimt

      • Il-​Kristjani x’divertiment iridu jevitaw?

      • Għala hu tajjeb li noqogħdu attenti kemm inqattgħu ħin fl-​affarijiet li nieħdu pjaċir nagħmlu?

      • Tixtieq tagħmel affarijiet li jogħġbu lil Ġeħova? Għala?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Ara min għandu jiddeċiedi x’naraw, naqraw u nisimgħu.

      “Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova Jipprojbixxu Ċerti Films, Kotba, jew Diski?” (Artiklu fuq jw.org)

      Tgħallem kif tistaʼ tagħżel sew affarijiet li tieħu pjaċir tagħmel.

      “Tiswielek taʼ Ġid ir-​Rikreazzjoni Tiegħek?” (It-​Torri tal-​Għassa, 15 t’Ottubru 2011)

      Fl-​istorja “Saħansitra Għelibt il-​Preġudizzju Tiegħi,” sir af għala raġel biddel dak li jara u jismaʼ.

      “Il-​Bibbja Tbiddel il-​Ħajjiet” (It-​Torri tal-​Għassa, 1 taʼ Lulju 2010)

      Ara kif omm tieħu deċiżjoni tajba dwar film li fih l-​ispiritiżmu.

      Evita li Tara Affarijiet li Fihom l-​Ispiritiżmu (2:​02)

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja