LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 7/1 pp. 28-32
  • Sottomissjoni Mimlija Ferħ Lejn l-Awtorità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Sottomissjoni Mimlija Ferħ Lejn l-Awtorità
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Sottomissjoni Volontarja Lejn Is-​Sovranità Taʼ Jehovah
  • Sottomissjoni Mimlija Ferħ Lejn Is-​Sultan Tagħna
  • Indokraturi Jobdu Mimlijin Ferħ
  • Sottomissjoni Teokratika
  • Naqdu Bil-​Ferħ
  • Il-​Paċi Li Tiġi Minn Sottomissjoni Mimlija Ferħ
  • Nissottomettu Ruħna bl-Umiltà Lejn Rgħajja Kollhom Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ragħajja u Ngħaġ f’Teokrazija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Għala Għandna Nirrispettaw l-Awtorità?
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Kristu Jmexxi l-Kongregazzjoni Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 7/1 pp. 28-32

Sottomissjoni Mimlija Ferħ Lejn l-Awtorità

“Sirtu ubbidjenti mill-​qalb.”—RUMANI 6:17.

1, 2. (a) Liema spirtu huwa evidenti fid-​dinja llum, u x’inhuma s-​sors tiegħu u l-​effett tiegħu? (b) Il-​qaddejja ddedikati taʼ Jehovah kif juru li huma differenti?

“L-​ISPIRTU li issa jopera f’ulied id-​diżubbidjenza” huwa evidenti b’mod li jaħsdek illum. Huwa spirtu taʼ indipendenza mhix imrażżna, li s-​sors tagħha huwa Satana, “il-​ħakkiem taʼ l-​awtorità taʼ l-​arja.” Dan l-​ispirtu, din “l-​arja,” jew attitudni dominanti taʼ egoiżmu u diżubbidjenza, jeżerċita “awtorità,” jew poter, fuq il-​biċċa l-​kbira taʼ l-​umanità. Din hija raġuni waħda għala d-​dinja għaddejja minn dak li ġie msejjaħ kriżi taʼ awtorità.—Efesin 2:2.

2 B’ferħ, il-​qaddejja ddedikati taʼ Jehovah illum ma jimlewx il-​pulmuni spiritwali tagħhom b’din l-​“arja” mniġġsa, jew spirtu taʼ rvell. Huma jafu li “l-​korla t’Alla ġejja fuq ulied id-​diżubbidjenza.” L-​appostlu Pawlu jżid: “Għalhekk tiħdux sehem magħhom.” (Efesin 5:6, 7) Minflok, il-​veri Kristjani jistinkaw biex ikunu ‘mimlijin bl-​ispirtu [taʼ Jehovah],’ u jixorbu “l-​għerf minn fuq,” li huwa “kast, imbagħad tal-​paċi, raġonevoli, lest biex jobdi.”—Efesin 5:17, 18; Ġakbu 3:17.

Sottomissjoni Volontarja Lejn Is-​Sovranità Taʼ Jehovah

3. X’inhu l-​muftieħ għal sottomissjoni volontarja, u l-​istorja liema lezzjoni kbira tgħallimna?

3 Il-​muftieħ għal sottomissjoni volontarja huwa li wieħed jirrikonoxxi l-​awtorità leġittima. L-​istorja tal-​bniedem turi illi li wieħed jiċħad is-​sovranità taʼ Jehovah ma jġibx hena. Ċaħda bħal din ma ġabitx hena lil Adam u Eva, lanqas lil dak li xewwex l-​irvell tagħhom, Satana x-​Xitan. (Ġenesi 3:16-19) Fil-​kundizzjoni mwiegħra tiegħu fil-​preżent, Satana għandu “rabja kbira” għaliex jaf li żmienu huwa qasir. (Rivelazzjoni 12:12) Il-​paċi u l-​hena taʼ l-​umanità, iva, taʼ l-​univers kollu, jiddependu fuq ir-​rikonoxximent universali tas-​sovranità taʼ tjieba taʼ Jehovah.—Salm 103:19-22.

4. (a) Liema xorta taʼ sottomissjoni u ubbidjenza jrid Jehovah li l-​qaddejja tiegħu juru? (b) Dwar liema ħaġa għandna nkunu konvinti, u s-​salmista kif jesprimi dan?

4 Madankollu, minħabba l-​kwalitajiet tiegħu bbilanċjati b’mod meraviljuż, Jehovah m’huwiex sodisfatt b’ubbidjenza bierda. Hu potenti, O, iva! Imma m’huwiex tirann. Huwa Alla taʼ mħabba, u jrid li l-​ħlejjaq intelliġenti tiegħu jobduh għax iridu, sforz l-​imħabba. Iridhom jissottomettu ruħhom lejn is-​sovranità tiegħu għaliex b’qalbhom kollha jagħżlu li jpoġġu lilhom infushom taħt l-​awtorità leġittima u taʼ tjieba tiegħu, konvinti li ma jistaʼ jkun hemm xejn aħjar għalihom milli jobduh għal dejjem. Ix-​xorta taʼ persuna li Jehovah irid fl-​univers tiegħu għandha l-​istess sentimenti tas-​salmista li kiteb: “Il-​liġi taʼ Jehovah hija perfetta, billi ġġib lura r-​ruħ. It-​tfakkira taʼ Jehovah hija taʼ min jafdaha, billi lil wieħed mingħajr esperjenza tagħmlu għaref. L-​ordnijiet mingħand Jehovah huma retti, billi jġiegħlu lill-​qalb tifraħ; il-​kmandament taʼ Jehovah huwa nadif, billi jagħmel lill-​għajnejn jiddu. Il-​biżaʼ taʼ Jehovah huwa pur, billi jibqaʼ għal dejjem. Id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji taʼ Jehovah huma veri; taw prova li huma għalkollox taʼ tjieba.” (Salm 19:7-9) Fiduċja assoluta fid-​dritt u fit-​tjieba tas-​sovranità taʼ Jehovah​—din trid tkun l-​attitudni tagħna jekk irridu ngħixu fid-​dinja ġdida taʼ Jehovah.

Sottomissjoni Mimlija Ferħ Lejn Is-​Sultan Tagħna

5. Ġesù kif kien ippremjat għall-​ubbidjenza tiegħu, u aħna x’nirrikonoxxu volontarjament?

5 Kristu Ġesù nnifsu huwa eżempju eċċellenti taʼ sottomissjoni lejn Missieru tas-​sema. Naqraw li “umilja lilu nnifsu u sar ubbidjenti sal-​mewt, iva, mewt fuq zokk tat-​tortura.” Pawlu jżid: “Għal din ir-​raġuni stess ukoll Alla eżaltah għal pożizzjoni superjuri u b’qalb tajba tah l-​isem li hu ’l fuq minn kull isem ieħor, biex f’isem Ġesù kull irkobba għandha tintlewa taʼ dawk fis-​sema u dawk fuq l-​art u dawk taħt l-​art, u kull ilsien għandu jirrikonoxxi fil-​beraħ li Ġesù Kristu huwa Mulej għall-​glorja t’Alla l-​Missier.” (Filippin 2:8-11) Iva, aħna mimlijin ferħ nilwu l-​irkobba quddiem il-​Mexxej tagħna u Sultan renjanti, Kristu Ġesù.—Mattew 23:10.

6. Ġesù kif ta prova li hu xhud u mexxej għal gruppi nazzjonali, u “l-​ħakma taʼ prinċep” tiegħu kif se tkompli wara t-​tribulazzjoni l-​kbira?

6 Dwar Kristu bħala l-​Mexxej tagħna, Jehovah ipprofetizza: “Ħares! Bħala xhud għall-gruppi nazzjonali tajtu, bħala mexxej u kmandant għall-​gruppi nazzjonali.” (Isaija 55:4) Permezz tal-​ministeru tiegħu fuq l-​art u permezz taʼ li jidderieġi x-​xogħol taʼ l-​ippridkar mis-​sema wara l-​mewt u l-​irxoxt tiegħu, Ġesù wera li hu nnifsu hu “xhud fidil u veru” taʼ Missieru lejn popli tal-​ġnus kollha. (Rivelazzjoni 3:14; Mattew 28:18-20) Gruppi nazzjonali bħal dawn huma issa rrappreżentati f’numri li dejjem jiżdiedu mill-​“folla kbira,” li se jibqgħu ħajjin wara t-​“tribulazzjoni l-​kbira” taħt it-​tmexxija taʼ Kristu. (Rivelazzjoni 7:9, 14) Imma t-​tmexxija taʼ Ġesù ma tintemmx hemm. Il-​“ħakma taʼ prinċep” tiegħu se ddum għal elf sena. Għal bnedmin ubbidjenti, hu se jwettaq l-​isem tiegħu taʼ “Wieħed taʼ l-​Għaġeb li Jagħti Pariri, Alla Setgħan, Missier Etern, Prinċep tal-​Paċi.”—Isaija 9:6, 7; Rivelazzjoni 20:6.

7. Jekk nixtiequ li Kristu Ġesù jmexxina lejn “nixxigħat taʼ ilmijiet taʼ ħajja,” x’irridu nagħmlu mingħajr dewmien, u liema ħaġa se ġġigħelna nkunu maħbubin minn Ġesù u Jehovah?

7 Jekk nixtiequ nibbenefikaw min-​“nixxigħat taʼ ilmijiet tal-​ħajja” li lejhom il-​Ħaruf, Kristu Ġesù, jiggwida lil bnedmin taʼ qalb sewwa, aħna rridu mingħajr dewmien nagħtu prova bil-​korsa taʼ azzjoni tagħna li nissottomettu ruħna mimlijin ferħ lejn l-​awtorità tiegħu bħala Sultan. (Rivelazzjoni 7:17; 22:1, 2; qabbel Salm 2:12.) Ġesù stqarr: “Jekk tħobbuni, se tosservaw il-​kmandamenti tiegħi. Dak li għandu l-​kmandamenti tiegħi u josservahom, dak hu li jħobbni. Mill-​banda l-​oħra, dak li jħobbni se jinħabb minn Missieri, u jien se nħobbu.” (Ġwann 14:15, 21) Trid int li tkun maħbub minn Ġesù u minn Missieru? Allura kun sottomess lejn l-​awtorità tagħhom.

Indokraturi Jobdu Mimlijin Ferħ

8, 9. (a) Kristu xi pprovda għall-​bini tal-​kongregazzjoni, u b’liema mod għandhom dawn l-​irġiel ikunu eżempji għall-​merħla? (b) Is-​sottomissjoni taʼ l-​indokraturi Kristjani kif inhi ssimbolizzata fil-​ktieb taʼ Rivelazzjoni, u kif għandhom ifittxu “qalb ubbidjenti” meta jittrattaw kwistjonijiet ġudizzjarji?

8 “[I]l-kongregazzjoni hija sottomessa lejn il-​Kristu.” Bħala l-​Indokratur tagħha, hu pprovda “għotjiet fi rġiel” għall-​“bini” tal-​kongregazzjoni. (Efesin 4:8, 11, 12; 5:24) Dawn l-​irġiel ixjeħ spiritwalment jintqalilhom biex ‘jirgħu l-​merħla t’Alla li hemm fil-​ħarsien tagħhom,’ mhux ‘billi jagħmluha taʼ sidien fuq dawk li huma l-​wirt t’Alla, imma billi jsiru eżempji għall-​merħla.’ (1 Pietru 5:1-3) Il-​merħla hija taʼ Jehovah, u Kristu huwa “r-​ragħaj mill-​aħjar” tagħha. (Ġwann 10:14) Ladarba l-​indokraturi b’mod xieraq jistennew koperazzjoni volontarja min-​ngħaġ li Jehovah u Kristu fdaw għall-​ħarsien tagħhom, huma nfushom għandhom ikunu eżempji mill-​aħjar taʼ sottomissjoni.​—Atti 20:28.

9 Fl-​ewwel seklu, indokraturi midlukin kienu b’mod simboliku rrappreżentati bħala li qegħdin ‘fi,’ jew “fuq,” l-​id il-​leminija taʼ Kristu, u dan kien jissinjifika s-​sottomissjoni tagħhom lejh bħala Kap tal-​kongregazzjoni. (Rivelazzjoni 1:16, 20; 2:1) Xejn inqas minn hekk illum, indokraturi ġewwa l-​kongregazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah għandhom jissottomettu ruħhom lejn id-​direzzjoni taʼ Kristu u ‘jumiljaw lilhom infushom taħt l-​id setgħana t’Alla.’ (1 Pietru 5:6) Meta jiġu mitlubin biex jittrattaw kwistjonijiet ġudizzjarji, bħal Salamun matul is-​snin leali tiegħu, għandhom jitolbu lil Jehovah: “Trid tagħti lill-​qaddej tiegħek qalb ubbidjenti biex jiġġudika lill-​poplu tiegħek, biex jiddistingwi bejn it-​tajjeb u l-​ħażin.” (1 Slaten 3:9) Qalb ubbidjenti se tqanqal lil anzjan biex ifittex li jara l-​affarijiet bħalma Jehovah u Kristu Ġesù jarawhom sabiex id-​deċiżjoni li tittieħed fuq l-​art tixbah mill-​qrib kemm jistaʼ jkun lil dik meħuda fis-​sema.—Mattew 18:18-20.

10. L-​indokraturi kollha kif għandhom jistinkaw biex jimitaw lil Ġesù fil-​mod kif hu ttratta lin-​ngħaġ?

10 Indokraturi li jivvjaġġaw u anzjani tal-​kongregazzjoni bl-​istess mod se jistinkaw biex jimitaw lil Kristu fil-​mod kif ittratta lin-​ngħaġ. F’kuntrast mal-​Fariżej, Ġesù m’imponiex għadd kbir taʼ regoli li kienu ebsin biex wieħed isegwihom. (Mattew 23:2-11) Hu qal lil uħud bħal ngħaġ: “Ejjew għandi, intom ilkoll li qegħdin taħdmu iebes u mgħobbijin wisq, u jien se nserraħkom. Ħudu l-​madmad tiegħi fuqkom u tgħallmu minni, għax jien kalm u umli fil-​qalb, u intom se ssibu serħan għal erwieħkom. Għax il-​madmad tiegħi ħanin u t-​tagħbija tiegħi ħafifa.” (Mattew 11:28-30) Waqt li huwa veru li kull Kristjan irid “[i]ġorr it-​tagħbija tiegħu stess,” l-​indokraturi għandhom jiftakru l-​eżempju taʼ Ġesù u jgħinu lil ħuthom biex iħossu li t-​tagħbija tagħhom taʼ responsabbiltà Kristjana hi ‘ħanina,’ “ħafifa,” u ferħ biex iġorruha.—Galatin 6:5.

Sottomissjoni Teokratika

11. (a) Kif jistaʼ wieħed jirrispetta l-​istat taʼ kap u madankollu ma jkunx tassew teokratiku? Agħti stampa. (b) Xi jfisser li tkun verament teokratiku?

11 It-​teokrazija hija ħakma minn Alla. Tinvolvi l-​prinċipju taʼ l-​istat taʼ kap deskritt fl-​1 Korintin 11:3. Imma tfisser iktar minn hekk. Wieħed jistaʼ jidher li juri rispett lejn l-​istat taʼ kap u madankollu ma jkunx teokratiku fis-​sens sħiħ tal-​kelma. Kif jistaʼ jkun dan? Biex nagħtu stampa, id-​demokrazija hija gvern min-​nies, u demokrat ġiet mogħtija definizzjoni tiegħu bħala “persuna li temmen fl-​ideali tad-​demokrazija.” Raġel jistaʼ jsostni li hu demokratiku, jieħu parti fl-​elezzjonijiet, u saħansitra jkun politikant attiv. Imma jekk, fl-​imġiba ġenerali tiegħu, jistmerr l-​ispirtu tad-​demokrazija u l-​prinċipji kollha li din tinvolvi, jistaʼ jingħad li huwa verament demokratiku? Bl-​istess mod, biex ikun verament teokratiku, wieħed irid jagħmel iktar milli jissottometti ruħu lejn l-​istat taʼ kap b’mod nominali. Irid jimita l-​modi u l-​kwalitajiet taʼ Jehovah. Irid ikun verament iggvernat minn Jehovah b’kull mod. U ladarba Jehovah ta lil Ibnu l-​awtorità sħiħa, li tkun teokratiku jfisser ukoll li tikkopja lil Ġesù.

12, 13. (a) Li tkun teokratiku jinvolvi liema ħaġa, b’mod partikulari? (b) Is-​sottomissjoni teokratika tinvolvi ubbidjenza lejn għadd kbir taʼ regoli? Agħti stampa.

12 Ftakar, Jehovah irid sottomissjoni volontarja mqanqla mill-​imħabba. Dak hu l-​mod tiegħu kif jiggverna l-​univers. Huwa l-​istess personifikazzjoni taʼ l-​imħabba. (1 Ġwann 4:8) Kristu Ġesù huwa “r-​riflessjoni tal-​glorja tiegħu u r-​rappreżentazzjoni eżatta taʼ l-​istess eżistenza tiegħu.” (Ebrej 1:3) Hu jitlob li l-​veri dixxipli tiegħu jħobbu lil xulxin. (Ġwann 15:17) Mela li tkun teokratiku jinvolvi mhux biss li tkun sottomess imma wkoll li tkun tħobb. Il-​kwistjoni tistaʼ tiġi miġbura fil-​qosor kif ġej: It-​teokrazija hija ħakma minn Alla; Alla huwa mħabba; għalhekk it-​teokrazija hija ħakma mill-​imħabba.

13 Anzjan jistaʼ jaħseb li sabiex ikun teokratiku, l-​aħwa għandhom jobdu kull xorta taʼ regoli. Xi anzjani għamlu regoli minn suġġerimenti mogħtijin minn żmien għal żmien mill-​“irsir fidil u diskret.” (Mattew 24:45) Per eżempju, darba ġie suġġerit li biex wieħed isibha eħfef sabiex isir jaf lill-​aħwa fil-​kongregazzjoni, jistaʼ jkun tajjeb li mhux dejjem joqgħod bil-​qiegħda fl-​istess post fis-​Sala tas-​Saltna. Dan kellu jkun suġġeriment prattiku, mhux regola riġida. Imma xi anzjani jistgħu jkunu inklinati li jdawru dan f’regola u jħossu li dawk li ma jsegwuhx m’humiex teokratiċi. Madankollu, jistaʼ jkun hemm ħafna raġunijiet tajbin għala ħu jew oħt jistaʼ jippreferi li joqgħod bil-​qiegħda f’ċertu post. Jekk anzjan ma jikkalkulax bl-​imħabba affarijiet bħal dawn, qiegħed hu nnifsu jkun verament teokratiku? Biex tkun teokratiku, ‘ħalli l-​affarijiet kollha tiegħek isiru bl-​imħabba.’—1 Korintin 16:14.

Naqdu Bil-​Ferħ

14, 15. (a) Anzjan kif jistaʼ jċaħħad lil ċerti aħwa rġiel jew nisa mill-​ferħ tagħhom f’li jaqdu lil Jehovah, u għala dan ma jkunx teokratiku? (b) Ġesù kif wera li japprezza l-​imħabba espressa permezz tas-​servizz tagħna, iktar milli l-​ammont? (ċ) L-​anzjani x’għandhom jikkunsidraw?

14 Li tkun teokratiku jfisser ukoll li taqdi lil Jehovah bil-​ferħ. Jehovah huwa “dak Alla hieni.” (1 Timotew 1:11) Hu jrid li dawk li jqimuh jaqduh mimlijin ferħ. Dawk li jinsistu għar-​regoli għandhom jiftakru li fost ir-​regolamenti li Iżrael kellhom joqogħdu “attenti li jwettqu” kien hemm dan li ġej: “Int trid tifraħ quddiem Jehovah Alla tiegħek f’dak kollu li tagħmel.” (Dewteronomju 12:1, 18) Dak kollu li nagħmlu fis-​servizz taʼ Jehovah għandu jkun taʼ ferħ, mhux tagħbija. L-​indokraturi jistgħu jagħmlu ħafna biex lill-​aħwa jagħmluhom iħossuhom henjin li jagħmlu dak li jistgħu f’li jaqdu lil Jehovah. Għall-​kuntrarju, jekk l-​anzjani ma joqogħdux attenti, jistgħu jċaħħdu lil xi wħud minn ħuthom mill-​ferħ tagħhom. Jekk, per eżempju, jagħmlu paraguni, billi jfaħħru lil dawk li laħqu jew qabżu l-​medja tal-​kongregazzjoni fis-​sigħat li jqattgħu fil-​għoti taʼ xiehda u b’konsegwenza jikkritikaw lil dawk li ma laħquhiex, kif se jħossuhom dawk li forsi kellhom raġuni valida għala rrapportaw ferm inqas ħin? Ma jistax dan iġigħelhom iħossuhom ħatjin bla bżonn u jċaħħadhom mill-​ferħ tagħhom?

15 Il-​ftit sigħat li xi wħud jistgħu jiddedikaw għall-​għoti taʼ xiehda pubblika jistgħu jirrappreżentaw sforz akbar mill-​ħafna sigħat li oħrajn iqattgħu jippridkaw, minħabba età iżgħar, saħħa aħjar, u ċirkostanzi oħrajn. F’dan ir-​rigward, l-​anzjani ma jridux jiġġudikawhom. Tabilħaqq, huwa lil Ġesù li l-​Missier ta “awtorità biex jagħmel ġudizzju.” (Ġwann 5:27) Ikkritikaha Ġesù lill-​armla fqira għaliex l-​offerta tagħha kienet inqas mill-​medja? Le, kien sensittiv għal dak li dawk iż-​żewġ muniti żgħar tassew swewlha. Kienu “dak kollu li kellha, l-​għixien kollu tagħha.” X’imħabba profonda lejn Jehovah irrappreżentaw! (Mark 12:41-44) Għandhom l-​anzjani jkunu inqas sensittivi għall-​isforzi taʼ mħabba taʼ dawk li dak kollu li jagħmlu huwa numerikalment taħt il-​“medja”? Fejn jirrigwardja l-​imħabba lejn Jehovah, sforzi bħal dawn jistgħu tabilħaqq ikunu iktar mill-​medja!

16. (a) Jekk l-​indokraturi jużaw il-​figuri fit-​taħditiet tagħhom, għala jeħtieġu dehen u bilanċ tajjeb? (b) Kif jistgħu l-​aħwa jiġu mgħejjunin bl-​aħjar mod biex iżidu s-​servizz tagħhom?

16 Għandhom dawn ir-​rimarki issa jiġu mibdulin f’“regola” ġdida li figuri​—saħansitra medji—​ma jissemmew qatt? Xejn affattu! Il-​punt hu li l-​indokraturi għandhom iżommu l-​bilanċ bejn li jinkuraġġixxu lill-​aħwa sabiex jespandu l-​ministeru tagħhom u li jgħinuhom biex jagħmlu dak li jistgħu bil-​ferħ. (Galatin 6:4) Fit-​tixbieha li Ġesù ta dwar it-​talenti, is-​sid ta l-​ġid kollu li kellu lill-​irsiera tiegħu “kull wieħed skond l-​abbiltà tiegħu stess.” (Mattew 25:14, 15) L-​anzjani bl-​istess mod għandhom jikkunsidraw il-​possibiltajiet taʼ kull pubblikatur tas-​Saltna. Dan jitlob dehen. Jistaʼ jkun li xi wħud attwalment tassew jeħtieġu inkuraġġiment biex jagħmlu iktar. Jistgħu japprezzaw għajnuna lejn li jorganizzaw aħjar l-​attività tagħhom. Hu x’inhu l-​każ, jekk jistgħu jiġu assistiti biex jagħmlu dak li jistgħu bil-​ferħ, dak il-​ferħ x’aktarx li se jsaħħaħhom sabiex jespandu l-​attività Kristjana tagħhom fejn possibbli.—Neħemija 8:10; Salm 59:16; Ġeremija 20:9.

Il-​Paċi Li Tiġi Minn Sottomissjoni Mimlija Ferħ

17, 18. (a) Sottomissjoni mimlija ferħ kif tistaʼ ġġibilna paċi u tjieba? (b) Liema ħaġa tistaʼ tkun tagħna jekk tassew noqogħdu attenti għall-​kmandamenti t’Alla?

17 Is-​sottomissjoni mimlija ferħ lejn is-​sovranità leġittima taʼ Jehovah iġġibilna paċi kbira. Qal is-​salmista f’talba lil Jehovah: “Paċi abbundanti tappartjeni lil dawk li qegħdin iħobbu l-​liġi tiegħek, u għalihom m’hemm ebda ġebla taʼ tfixkil.” (Salm 119:165) Billi nobdu l-​liġi t’Alla, nibbenefikaw lilna nfusna. Jehovah qal lil Iżrael: “Dan hu dak li qal Jehovah, Dak li xtrak lura, il-​Wieħed Qaddis taʼ Iżrael: ‘Jien, Jehovah, jien Alla tiegħek, il-​Wieħed li qiegħed jgħallmek biex tibbenefika lilek innifsek, il-​Wieħed li qiegħed iġiegħlek tirfes fil-​mogħdija li fiha għandek timxi. O kieku biss tagħti kas attwalment il-​kmandamenti tiegħi! Imbagħad il-​paċi tiegħek kieku ssir sewwa sew bħal xmara, u t-​tjieba tiegħek bħall-​mewġ tal-​baħar.’”—Isaija 48:17, 18.

18 Is-​sagrifiċċju bħala rahan taʼ Kristu jġibilna paċi m’Alla. (2 Korintin 5:18, 19) Jekk għandna fidi fid-​demm li jifdi taʼ Kristu u b’mod kuxjenzjuż nistinkaw biex nikkumbattu d-​djufijiet tagħna u nagħmlu r-​rieda t’Alla, insibu serħan minn sentimenti taʼ ħtija. (1 Ġwann 3:19-23) Fidi bħal din, appoġġjata minn xogħlijiet, tagħtina waqfa taʼ tjieba quddiem Jehovah u t-​tama taʼ l-​għaġeb taʼ li nibqgħu ħajjin wara “t-​tribulazzjoni l-​kbira” u li ngħixu għal dejjem fid-​dinja ġdida taʼ Jehovah. (Rivelazzjoni 7:14-17; Ġwann 3:36; Ġakbu 2:22, 23) Dan kollu jistaʼ jkun tagħna ‘kieku biss nagħtu kas attwalment il-​kmandamenti t’Alla.’

19. L-​hena tagħna issa u t-​tama tagħna taʼ ħajja taʼ dejjem fuq liema ħaġa jiddependu, u David kif esprima l-​konvinzjoni tagħna mill-​qalb?

19 Iva, l-​hena tagħna issa u t-​tama tagħna taʼ ħajja taʼ dejjem fuq art magħmula ġenna jiddependu mis-​sottomissjoni tagħna mimlija ferħ lejn l-​awtorità taʼ Jehovah bħala Mulej Sovran taʼ l-​univers. Jalla aħna dejjem naqsmu s-​sentimenti taʼ David, li qal: “Tiegħek, O Jehovah, huma l-​kobor u s-​setgħa u l-​ġmiel u l-​eċċellenza u d-​dinjità; għax kulma hemm fis-​smewwiet u fl-​art huwa tiegħek. Tiegħek hi s-​saltna, O Jehovah, il-​Wieħed ukoll li qiegħed terfaʼ lilek innifsek ’il fuq bħala kap fuq kulħadd. U issa, O Alla tagħna, aħna qegħdin niżżuk ħajr u nfaħħru lil ismek sabiħ.”—1 Kronaki 29:11, 13. (w94 7/1)

Punti Li Trid Tiftakar

◻ Liema xorta taʼ sottomissjoni u ubbidjenza jrid Jehovah li l-​qaddejja tiegħu juru?

◻ Ġesù kif kien ippremjat għall-​ubbidjenza tiegħu, u aħna rridu nagħtu prova taʼ liema ħaġa bil-​korsa taʼ azzjoni tagħna?

◻ L-​indokraturi kollha kif għandhom jimitaw lil Ġesù fil-​mod kif hu ttratta lin-​ngħaġ?

◻ X’inhu involut f’li tkun teokratiku?

◻ Is-​sottomissjoni mimlija ferħ liema barkiet iġġibilna?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja