-
Il-Bibbja X’Tgħid Dwar is-Sess?Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
4. Int tistaʼ tirreżisti t-tentazzjoni
X’jistaʼ jagħmilhielek diffiċli tirreżisti t-tentazzjoni tal-immoralità sesswali? Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsijiet.
Il-ħu fil-vidjow x’għamel meta nduna li xi affarijiet li kien qed jaħseb u jagħmel setgħu jwassluh biex jaqlibha lill-mara tiegħu?
Anki Kristjani leali kultant isibuha diffiċli biex iżommu l-ħsibijiet tagħhom nodfa. Kif tistaʼ tieqaf taħseb fuq affarijiet sesswali? Aqra Filippin 4:8, u mbagħad iddiskuti:
Fuq liema affarijiet għandna naħsbu?
Meta naqraw il-Bibbja u jkollna x’nagħmlu fix-xogħol taʼ Ġeħova, kif jgħinna nirreżistu t-tentazzjoni?
-
-
Ġeħova Kif Jistaʼ Jieħu Pjaċir b’li Ngħidu?Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
3. Kif nistgħu ninkuraġġixxu lil oħrajn b’li ngħidu?
Spiss dak li ngħidu juri x’qed inħossu u x’naħsbu. (Luqa 6:45) Allura rridu ngħallmu lilna nfusna biex naħsbu fuq affarijiet pożittivi. Dawn jistgħu jkunu affarijiet tajbin, nodfa, li juru mħabba, u taʼ min ifaħħarhom. (Filippin 4:8) Biex naħsbu fuq dawn l-affarijiet, irridu noqogħdu attenti x’nieħdu pjaċir nagħmlu u xi ħbieb ikollna. (Proverbji 13:20) Ikun tajjeb li taħseb qabel ma titkellem. Aħseb kif dak li tgħid se jeffettwa lil oħrajn. Il-Bibbja tgħid: “Hemm min jitkellem bla ma jaħsibha qisu b’daqqiet taʼ sejf, imma lsien l-għorrief hu fejqan.”—Proverbji 12:18.
-