LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 5/15 pp. 11-16
  • Ħu Interess Persunali f’Oħrajn

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħu Interess Persunali f’Oħrajn
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Interess Spiritwali u Differenzi tal-​Personalità
  • Ikkunsidra Oħrajn Superjuri
  • Żviluppa Interess Persunali f’Oħrajn
  • Uri Mogħdrija
  • Tikseb lil Ħuk
  • Tikseb Lil Dawk li Ma Jemmnux
  • Interess Muri fil-​Persuna l-​Oħra
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Anzjani Kristjani—‘Ħaddiema Sħabna għall-Ferħ Tagħna’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Uri li jimpurtak minn kif iħossuhom oħrajn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Anzjani—Komplu Imitaw lill-Appostlu Pawlu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 5/15 pp. 11-16

Ħu Interess Persunali f’Oħrajn

“Billi żżommu għajn, mhux fl-​interess persunali fuq l-​affarijiet tagħkom biss, iżda wkoll fl-​interess persunali fuq dawk tal-​oħrajn.”−FILIPPIN 2:4.

1, 2. Liema huma xi raġunijiet għala nieħdu nteress persunali f’oħrajn?

GĦANDNA raġunijiet tajbin biex nieħdu nteress persunali f’oħrajn. Per eżempju, bnedmin sħabna għandhom jinteressewna għaliex aħna differenti minn xulxin. Il-​materjal ġenetiku taċ-​ċelloli taʼ ġisimna jġorr pjanta tal-​għamla ereditarja tagħna. Tant hi distintiva li aġenziji taʼ kontra l-​kriminalità żiedu l-​“finger printing” ġenetiku mal-​lista tagħhom tat-​tekniċi taʼ identifikazzjoni.

2 Hemm raġunijiet oħra għala aħna differenti u interessanti bħala individwi. Mill-​konċepiment, aħna suġġetti għall-​influwenza tal-​ambjent tagħna. Hemm wisq evidenza li trabi fil-​ġuf jirreaġixxu għal dak li jkun għaddej barra mill-​ġuf. Imbagħad wara li nidħlu fid-​dinja bħala dawk li jieħdu n-​nifs, jew erwieħ indipendenti, l-​attitudnijiet u l-​mogħdijiet tal-​ġenituri tagħna jeffettwawna. Hekk kif nikbru, nistgħu nkunu tarbija unika jew ikollna ħutna oħrajn u nieħdu sehem f’li nieħdu ħsiebhom. Din l-​assoċjazzjoni jew in-​nuqqas tagħha għandha x’taqsam maʼ kif niżviluppaw. Dak li naqraw, li niġu mgħallmin fl-​iskola, u dak li naraw fuq it-​televiżjoni wkoll jinfluwenza l-​ħsibijiet u l-​azzjonijiet tagħna.

3. Fi qbil ma Filippin 2:4, x’interess għandu jkollna b’mod speċjali f’oħrajn?

3 Għalhekk, mela, l-​mod li aħna differenti minn xulxin iqanqal interess f’xulxin. Iżda l-​appostlu Pawlu kellu f’moħħu raġuni ogħla għal interess f’oħrajn. B’hekk, hu ħeġġeġ lil Kristjani sħabu biex ‘iżommu għajn, mhux fl-​interess persunali fuq l-​affarijiet tagħhom biss, iżda wkoll fl-​interess persunali fuq dawk tal-​oħrajn.’ (Filippin 2:4) Minflok ma nfittxu l-​vantaġġ tagħna stess, aħna b’mod speċjali għandna nkunu nteressati f’oħrajn b’mod spiritwali. X’inhuma, mela, xi modi li bihom aħna nieħdu dan l-​interess persunali f’oħrajn?

Interess Spiritwali u Differenzi tal-​Personalità

4. Skond Efesin 4:22-24, liema bidliet isebbħu l-​interess spiritwali tagħna f’oħrajn?

4 L-​interess spiritwali tagħna f’oħrajn huwa msebbaħ meta aħna personalment napplikaw il-​għarfien taʼ verità skritturali u nitgħallmu li nfasslu lilna nfusna skond l-​eżempju taʼ Ġesù Kristu. (1 Pietru 2:21) Bħala Kristjani veri, aħna ‘ninżgħu l-​personalità l-​qadima li taqbel mal-​korsa taʼ kondotta taʼ qabel’ u naħdmu biex inpoġġu flokha l-​“personalità ġdida li nħolqot skond ir-​rieda t’Alla fit-​tjieba vera u l-​lejaltà.” (Efesin 4:22-24) B’hekk, attitudnijiet egoistiċi bil-​mod il-​mod jinbidlu fi tħassib ħanin u taʼ konsiderazzjoni għal oħrajn.—Isaija 65:25.

5. Għala hemm personalitajiet differenti fil-​kongregazzjoni Kristjana, li jqajjem liema mistoqsija.

5 Għalkemm kienu notevoli l-​bidliet fil-​personalità fost il-​poplu taʼ Jehovah, tendenzi midinba xorta għadhom hemm. Anki Pawlu għaraf: “Meta nkun nixtieq nagħmel dak li hu sewwa, dak li hu ħażin hu li jiġi quddiemi.” (Rumani 7:21) Naturalment, jeżistu karatteristiċi oħra li writna u li akkwistajna, u dawn jidentifikawna. Xi wħud għandhom ġibda artistika, oħrajn tajbin fil-​lingwi. Fil-​waqt li xi wħud huma kwieti u maqtugħin għalihom, oħrajn iħobbu jitkellmu u jkomplu maʼ dak li jkun. Kif, mela, se tinżamm il-​għaqda tal-​kongregazzjoni Kristjana fost tant differenzi tal-​personalità?

6. Kif għandna nħarsu lejn differenzi taʼ personalità, u kif tagħti tixbieha taʼ dan?

6 Jekk irridu nuru nteress spiritwali f’oħrajn u nippreservaw il-​għaqda Kristjana, irridu nkunu realistiċi u nifhmu. Ladarba Alla ma jirrikjedix il-​perfezzjoni minna, m’għandniex aħna nistennewha minn sħabna Kristjani. Barra minn dan, Jehovah ma jistenniex li l-​qaddejja tiegħu jkunu kollha eżatt l-​istess. Fil-​kongregazzjoni Kristjana, ilkoll kemm aħna għandna post u nistgħu nużaw l-​abbiltajiet li writna, mogħtija lilna minn Alla biex navvanzaw ix-​xogħol tiegħu. (1 Korintin 12:12-26) Jekk inżommu attivi naħdmu taħt id-​direzzjoni tar-​Ras tal-​kongregazzjoni, Ġesù Kristu, ma jkollniex żmien biex inħarsu lejn xulxin b’mod kritiku. (1 Korintin 4:l-4) Bħalma jaf kull bniedem tas-​sengħa, kull biċċa għodda hija ddisinjata biex tagħmel ċertu xogħol. Jistaʼ l-​martell jagħmel toqba pulita bħalma jagħmilha r-​rebekkin? Tistaʼ ċana li tintuża biex tillixxa l-​injam b’mod effettiv tintuża biex iddaħħal vit ġo fih? Le, għax kull biċċa għodda għandha l-​użu xieraq tagħha.

7. Hekk kif nieħdu sehem flimkien f’servizz tas-​Saltna, x’għandna nżommu quddiemnett f’moħħna?

7 Kemm huma veri l-​kelmiet tal-​għanja tas-​Saltna “Servizz Ferrieħi”! Hija tħeġġeġ: “Ejjew naqdu bil-​ferħ ’l Alla w lis-​Sultan, bl-​għotjiet u t-​talenti tagħna b’mod ħerqan.” Veru, jistaʼ ma jkollniex xi xi abbiltà spettakulari. Madankollu, aħna nżommu quddiemnett f’moħħna x-​xogħol mogħti lilna bħala Xhieda taʼ Jehovah u niddedikaw lilna nfusna għalih f’qalbna kollha. Kif tissokta l-​għanja: “Għalkemm żgħir is-​servizz tagħna juri kemm f’qalbna devozzjoni u imħabba hemm.”−Sing Praises to Jehovah, għanja 130.

Ikkunsidra Oħrajn Superjuri

8. L-​unità kif tiġi avvanzata billi napplikaw dak li qal Pawlu f’Filippin 2:l-3?

8 L-​unità tiġi avvanzata wkoll billi wieħed jikkunsidra oħrajn superjuri għalih innifsu. Pawlu kiteb: “Jekk, mela, hemm xi nkuraġġiment fi Kristu, jekk xi konsolazzjoni taʼ mħabba, jekk xi qsim tal-​ispirtu, jekk xi affezzjonijiet teneri u mogħdrijiet, agħmlu l-​ferħ tieġħi sħiħ billi intom tal-​istess moħħ u għandkom l-​istess imħabba, billi intom magħqudin flimkien fir-​ruħ, iżżommu l-​ħsieb wieħed f’moħħkom.” Innota li l-​appostlu jżid: “Billi ma tagħmlu xejn bi ġlied u bi ftaħir fieragħ, iżda billi b’moħħ umli tikkunsidraw lill-​oħrajn bħala superjuri għalikom.”−Filippin 2:l-3.

9. Xi jfisser li tkun argumentuż u egoistiku, u kif nistgħu nevitaw dawn it-​tendenzi?

9 Billi ma jqisx lill-​oħrajn superjuri, bniedem argumentuż juri “tendenza taʼ spiss perversa u strapazzanti lejn it-​tilwim u argumenti.” (Webster’s New Collegiate Dictionary) Din it-​tendenza tistaʼ turi ruħha f’“dibattiti dwar kliem.” (1 Timotew 6:4) Ċertament, l-​ispirtu wara l-​kelmiet u l-​ħsibijiet li jqanqlu għandhom ikunu taʼ interess primarju. Għalhekk evita li tinsisti dwar ċerti espressjonijiet użati fil-​kliem jew fil-​materjal miktub. U x’jiġri jekk ħarsa differenti dwar ċertu twemmin tiġi ppreżentata lilek? Żomm bil-​lejaltà mal-​informazzjoni provduta minn Alla permezz tal-​“irsir fidil u għaqli.” (Mattew 24:45-47) Wara kollox, dak kien kif tgħallimna l-​verità fil-​bidu. Billi nagħrfu dan igħinna biex nevitaw li nkunu egoistiċi, jigifieri, li jkollna sens esaġerat taʼ mportanza tagħna nfusna.

Żviluppa Interess Persunali f’Oħrajn

10. Liema applikazzjoni taʼ Filippin 2:4 għandha ssir fil-​kongregazzjoni?

10 Ftakar li Pawlu ħeġġiġna biex ‘inżommu għajn, mhux fl-​interessi persunali fuq l-​affarijiet tagħna biss, iżda wkoll fl-​interess persunali fuq dawk tal-​oħrajn.’ (Filippin 2:4) Dan x’ifisser? L-​istess bħalma li nosservaw x’inhu jiġri madwarna jistaʼ jgħinna fil-​ministeru tal-​għaqla, hekk ukoll li nieħdu interess fil-​kundizzjoni taʼ oħrajn fil-​kongregazzjoni se jagħtina opportunitajiet biex nissodaw ir-​rabta taʼ mħabba li tgħaqqadna. B’mod partikulari l-​anzjani għandhom responsabbiltà biex juru tħassib għal adoraturi mseħbin, għax wieħed proverbju jgħid: “Għandkom tkunu tafuha sewwa d-​dehra tal-​merħla tagħkom.” (Proverbji 27:23) Naturalment, ilkoll kemm aħna nistgħu u għandna nkunu attenti għall-​bżonnijiet taʼ adoraturi sħabna.—1 Pietru 2:17.

11. Għala għandna bżonn noqogħdu attenti meta nkellmu lil ħutna spiritwali?

11 Mod ieħor kif navvanzaw il-​għaqda u niżviluppaw interess f’oħrajn hu li nieħdu l-​ħin biex nikkomunikaw sewwa maʼ ħutna spiritwali. Ara huma x’qegħdin jaħsbu. Dan jistaʼ jsir meta żżurhom f’darhom, qabel u wara l-​laqgħat fis-​Sala tas-​Saltna, u bejn is-​sessjonijiet fl-​assembleat tagħna. U ismaʼ bl-​attenzjoni meta jitkellmu. Dan jistaʼ jfisser li aħna se nisimgħu dwar id-​diffikultajiet li jiffaċċjaw, iżda mbagħad aħna nistgħu nkunu kapaċi ngħinuhom iġorru t-​tagħbijiet tagħhom u b’hekk inwettqu l-​liġi tal-​Kristu. (Galatin 6:2) Madankollu, xi ħaġa iktar milli sempliċement nitkellmu maʼ ħutna se tissalvagwardja l-​għaqda tal-​kongregazzjoni. X’inhi din?

Uri Mogħdrija

12. Għala għandna nuru mogħdrija?

12 Il-​mogħdrija wkoll tavvanza l-​għaqda Kristjana. Bil-​pressjonijiet tal-​ħajja dejjem jiżdiedu, ilkoll kemm aħna hemm bżonn li nuru din il-​kwalità. Jalla qatt ma nsiru tant mhedijin b’dak li għandna f’moħħna li nonqsu li nikkunsidraw is-​sentimenti taʼ oħrajn. Bħala eżempju: Hekk kif wasal wieħed li se jipparteċipa fil-​programm għal-​Laqgħa tas-​Servizz, wieħed anzjan kellmu malajr dwar xi ħaġa li riedet tiġi annunzjata. B’sorpriża u mistħija għall-​anzjan, il-​parteċipant ħares lejh, tbissem u qal: “L-​ewwelnett, Ħi, il-​lejla t-​tajba!” Il-​ħaġa li riedet tiġi annunzjata ġiet diskussa wara li taw merħba lil xulxin u l-​ħu ħassu f’postu. X’lezzjoni ħa dak l-​anzjan! Tgħaġġilx iżżejjed, għax b’hekk tinsa l-​kortesiji li jagħmlu r-​relazzjoni tiegħek maʼ oħrajn pjaċevoli.

13. Il-​mogħdrija xi tqanqalhom biex jagħmlu lill-​anzjani meta jitrattaw maʼ sħabhom il-​Kristjani?

13 Il-​mogħdrija tqanqal lill-​anzjani biex juru kompassjoni u kwalitajiet mill-​aħjar oħra. Xi drabi, dawn l-​irġiel iridu jkunu ħelwin, “bħal meta omm li trabbi tgħożż lil uliedha stess.” (1 Tessalonkin 2:7) Biex tgħin lil xi individwi jitlob ħafna paċenzja u appoġġ taʼ mħabba. Dawk li ‘telqu l-​imħabba li kellhom fil-​bidu’ jistgħu jinħtieġu li jiġu mqanqlin għal attività akbar u jinħtieġu għajnuna biex japprezzaw l-​urġenza taʼ żmienna. (Rivelazzjoni 2:4; 2 Timotew 4:2; Ebrej 6:11, 12) Bħal Pawlu, anzjani għandhom “affezzjoni tenera” għal imseħbin Kristjani, billi jwissuhom u jfarrġuhom ‘bil-​għan li għandhom jibqgħu jimxu kif jixraq għal Alla.’—1 Tessalonkin 2:8, 11, 12.

14. X’evidenza ta Pawlu li kellu mogħdrija?

14 Pawlu ħalla lill-​anzjani eżempju mill-​aħjar taʼ kif turi tħassib taʼ mħabba dwar il-​kundizzjoni tal-​aħwa spiritwali. Hu kiteb: “Minbarra dawk l-​affarijiet taʼ xejra minn barra, hemm dak li jiġri lejja minn jum għal jum, l-​anzjetà għall-​kongregazzjonijiet kollha.” Għaliex Pawlu kien tant ikkonċernat, hu setaʼ jistaqsi: “Min hu dgħajjef, u jien m’inix dgħajjef? Min hu mfixkel, u jien m’inix imgħadab?” Jekk int anzjan, għandek int mogħdrija bħal din?—2 Korintin 11:28, 29.

Tikseb lil Ħuk

15. Meta jqumu diffikultajiet serji bejn xi aħwa, liema parir taʼ Ġesu f’Mattew 18:15 għandu jiġi segwit, u x’għandu jkun l-​iskop?

15 Meta tintwera l-​mogħdrija tiġi avvanzata l-​għaqda fost il-​qaddejja taʼ Jehovah. F’okkażjonijiet rari, madankollu, differenzi persunali jistgħu jinqalgħu. Meta kwistjonijiet taʼ natura serja huma nvoluti, l-​Kristjani għandhom isegwu l-​parir taʼ Ġesù li nsibu f’Mattew 18:15-17. Innota l-​ewwel pass. Huwa li titkellem maʼ ħuk fil-​privat sabiex ‘tikxef in-​nuqqas tiegħu.’ X’għandu jkun il-​għan tiegħek? Ara, biex ‘tikseb lil ħuk’! Qal Ġesù: “Jekk jismaʼ minnek int tkun ksibt lil ħuk.” B’ferħ, li titkellmu flimkien fil-​privat normalment hu dak kollu li hu meħtieġ biex terġaʼ ġġib relazzjonijiet taʼ paċi bejnek u bejn sieħbek adoratur taʼ Jehovah.

16. X’għandu jsir jekk tosserva li ħuk għandu xi ħaġa kontrik?

16 Jekk tosserva li ħuk għandu xi ħaġa kontrik, segwi l-​parir taʼ Ġesù biex ‘tagħmel il-​paċi maʼ ħuk.’ (Mattew 5:24) Tkellmu dwar il-​problema b’manjiera taʼ ħlewwa u bil-​kalma, billi tippruvaw tifhmu l-​opinjoni taʼ xulxin. B’dan il-​mod, il-​kwistjoni tistaʼ normalment tiġi solvuta u l-​paċi fil-​kongregazzjoni tistaʼ tiġi miżmuma.

Tikseb Lil Dawk li Ma Jemmnux

17, 18. Liema parir ta Pietru lil nisa Kristjani miżżewġin li jgħixu ġo djar maqsumin reliġjożament?

17 Waħda mill-​iktar sitwazzjonijiet diffiċli biex tapplika prinċipji skritturali hi ġo familja maqsuma reliġjożament. Ħafna Kristjani jaħdmu bil-​fedeltà waqt li jlaħħqu maʼ dwejjaq u diffikultajiet ikkaġunati minn nuqqas taʼ għaqda spiritwali fiż-​żwieġ tagħhom. Kif jistgħu jiġu mgħejjunin?

18 Għaliex jieħdu nteress persunali f’oħrajn, anzjani bil-​ferħ jipprovdu għajnuna spiritwali għal dawk li jgħixu fi djar maqsumin reliġjożament. Per eżempju, tistaʼ tinġibed l-​attenzjoni lejn il-​parir taʼ Pietru dwar il-​kondotta taʼ nisa Kristjani miżżewġa f’din is-​sitwazzjoni. Hu jgħidilhom biex ikunu sottomessi għal żwieġhom, saħansitra jekk dawn ma jemmnux u “m’humiex ubbidjenti għall-​kelma.” Għala jkunu sottomessi? “Sabiex . . . jistgħu jintrebħu [jew, jiġu akkwistati] mingħajr kelma permezz tal-​kondotta tan-​nisa tagħhom.” (1 Pietru 3:1; Kingdom Interlinear) Iżda kemm hu effettiv li tapplika dan il-​parir?

19. Agħti eżempju biex turi l-​benefiċċju taʼ li tapplika 1 Pietru 3:1.

19 Waħda mara jisimha Vera tammetti li meta hi l-​ewwel saret Kristjana, hi kontinwament kienet titkellem maʼ żewġha dwar il-​verità tal-​Bibbja, u hu sar verament imdejjaq b’dan. “Billi segwejt parir skritturali mogħti minn anzjan,” hi tissokta tgħid, “iddeċidejt li kien ikun aħjar li nuża t-​tattika u nistenna għal opportunitajiet favorevoli li jippreżentaw irwieħhom.” Bażikament, Vera applikat 1 Pietru 3:1, għalkemm hi ħadet xi ftit inizjattiva biex tqanqal lil żewġha, Barry, biex jiddiskutu prinċipji Bibliċi. Hu spjega iktar tard: “Matul is-​snin, jien innotajt li l-​Awake! [rivista li tikkumpanja t-​Torri tal-​Għassa] kienet tkun f’postijiet mhux tas-​soltu ġod-​dar. Kien ikun fiha punti li kienu prattiċi u xi drabi aġġornati iktar mill-​aħbarijiet.” Bħala riżultat, wara 20 sena taʼ nuqqas taʼ għaqda, Barry u Vera ferħanin li jinsabu magħqudin fis-​servizz taʼ Jehovah.

20. Liema għajnuna jistgħu jagħtu l-​anzjani lil irġiel Kristjani miżżewġa b’familji maqsuma reliġjożament?

20 Raġel miżżewweġ li jemmen jiffaċċja diffikultajiet kbar jekk martu topponi lill-​Kristjanità vera u tinfluwenza lil uliedhom kontrih. Billi jieħdu nteress persunali f’raġel bħal dan, l-​anzjani jistgħu jiġbdu l-​attenzjoni lejn prinċipji Bibliċi taʼ għajnuna. Per eżempju, jistaʼ jintwera li minkejja l-​oppożizzjoni taʼ martu, hu r-​ras tal-​familja u għandu jagħti lil uliedu tagħlim skritturali. (Efesin 6:4) Hu jistaʼ jiġi mħeġġeġ biex igħix maʼ martu “skond it-​tagħrif,” billi jieħu nteress f’dak li tagħmel u jgħinha fid-​doveri tad-​dar u biex tieħu ħsieb it-​tfal. (1 Pietru 3:7) Fuq kollox, ir-​raġel miżżewweġ u missier li jemmen għandu jiġi nkuraġġit biex iżomm il-​linji taʼ komunikazzjoni miftuħin sabiex ikun jaf x’hemm fil-​qalb taʼ kull membru tal-​familja tiegħu. L-​anzjani jistgħu ukoll jinkuraġġuh biox jibqaʼ jipprova jgħin lil martu bi kliem ‘imħawwar bil-​melħ,’ billi bit-​tattika jippreżentalha l-​verità skritturali f’okkażjonijiet addattati.—Kolossin 4:6.

21. Mara miżżewġa li ma temminx kif tistaʼ tiġi mgħejjuna biex tieħu nteress fil-​verità?

21 Billi turi nteress fil-​qraba taʼ Kristjani minn familji maqsumin reliġjożament xi drabi iqanqal rispons għall-​messaġġ tas-​Saltna. Biex nagħtu tixbieha: Wieħed raġel Kristjan kien skuraġġit għaliex martu kienet opponietlu bl-​aħrax għal ħafna snin. Anzjan offra li jmur iżuru u jgħinu b’diskussjoni Biblika. Meta wasal hemm, l-​anzjan sellem lill-​mara bil-​ħlewwa u staqsieha: “Tixtieq tpoġġi ftit magħna?” Dik l-​istedina taʼ ħbiberija tant impressjonat lill-​mara li hi bil-​ferħ ingħaqdet magħhom fid-​diskussjoni. Malajr wara dan hi aċċettat il-​verità u bdiet tippriedka lil oħrajn.

22. Għala nieħdu nteress persunali f’xulxin?

22 Bħala Xhieda taʼ Jehovah, mela, ejjew ‘nagħmlu l-​affarijiet kollha minħabba l-​aħbar tajba.’ (1 Korintin 9:23) Tabilħaqq, “sakemm għandna ż-​żmien favorevoli għalih, ħa naħdmu dak li hu tajjeb lejn kulħadd, iżda speċjalment lejn dawk li jiġu minna fil-​fidi.” (Galatin 6:10) Jalla nieħdu nteress persunali f’xulxin sabiex l-​imħabba tiffjorixxi fil-​fratellanza dinjija tagħna.

Kieku kif Twieġeb?

◻ Għala, b’mod speċjali, għandna nkunu nteressati f’oħrajn?

◻ Kif nistgħu niżviluppaw interess persunali f’adoraturi sħabna?

◻ Anzjani kif jistgħu jesprimu mogħdrija?

◻ X’jistaʼ jirriżulta meta aħna nieħdu nteress persunali f’dawk li ma jemmnux?

[Stampa f’paġna 12, 13]

Bħalma kull biċċa għodda hi mfassla biex tagħmel ċertu xogħol, kulħadd fil-​kongregazzjoni Kristjana jistaʼ juża l-​abbilitajiet li tana Alla biex navvanzaw ix-​xogħol t’Alla

Biex tavvanza l-​għaqda Kristjana, hu interess persunali f’oħrajn

[Stampa f’paġna 14

Pawlu ħalla lill-​anzjani eżempju mill-​aħjar taʼ kif juru tħassib taʼ mħabba għal adoraturi sħabhom

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja