LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 11/1 pp. 12-17
  • Kif Se Tieqaf Int Quddiem it-Tron tal-Ġudizzju?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Se Tieqaf Int Quddiem it-Tron tal-Ġudizzju?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Jehovah Bħala L-​Imħallef Suprem
  • Il-​Pożizzjoni Taʼ Ġesù
  • X’Tgħid Il-​Parabbola?
  • Liema Futur għan-Ngħaġ u l-Mogħoż?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • B’lealtà nappoġġaw lil ħut Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • “Għidilna, Dan Meta Se Jseħħ?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Folla Kbira t’Adoraturi Veri—Minfejn Ġew?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 11/1 pp. 12-17

Kif Se Tieqaf Int Quddiem it-​Tron tal-​Ġudizzju?

“Meta jiġi Bin il-​Bniedem fil-​glorja tiegħu u bl-​anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-​tron glorjuż tiegħu.”—MATTEW 25:31.

1-3. Liema raġuni għal ottimiżmu għandna rigward ġustizzja?

‘ĦATI JEW INNOĊENTI?’ Ħafna jitħassbu hekk kif jisimgħu rapporti dwar xi każ fil-​qorti. Imħallfin u membri tal-​ġurija jistgħu jipprovaw ikunu onesti, imma tirbaħ normalment il-​ġustizzja? Ma smajtx int b’inġustizzja u parzjalità fil-​proċess ġudizzjarju? Inġustizzja bħal din m’hijiex xi ħaġa ġdida, bħalma naraw fit-​tixbieha taʼ Ġesù misjuba f’Luqa 18:1-8.

2 Hi x’inhi l-​esperjenza tiegħek mal-​ġustizzja umana, innota l-​konklużjoni taʼ Ġesù: “Imbagħad Alla, lill-​magħżulin tiegħu li jgħajtulu lejl u nhar, sejjer ma jagħmlilhomx ħaqq? . . . Jien ngħidilkom li malajr jagħmlilhom ħaqq. Imma taħsbu intom li Bin il-​Bniedem se jsib il-​fidi fuq l-​art meta jiġi?”

3 Iva, Jehovah se jara li l-​qaddejja tiegħu finalment jirċievu ġustizzja. Ġesù hu involut, ukoll, speċjalment issa għaliex qegħdin ngħixu fl-​“aħħar jiem” tas-​sistema preżenti mill-​agħar. Jehovah dalwaqt se juża lill-​Iben potenti tiegħu biex jeqred għalkollox il-​ħażen minn fuq l-​art. (2 Timotew 3:1, KŻ; 2 Tessalonkin 1:7, 8; Apokalissi 19:11-16) Aħna nistgħu niksbu dehen dwar l-​irwol taʼ Ġesù minn waħda mill-​aħħar tixbihat li ta, taʼ spiss imsejħa l-​parabbola tan-​ngħaġ u l-​mogħoż.

4. Kif konna nifhmu ż-​żmien taʼ twettieq tal-​parabbola tan-​ngħaġ u l-​mogħoż, imma għala se nagħtu attenzjoni lejn il-​parabbola issa? (Proverbji 4:18)

4 Għal żmien twil aħna ħassejna li l-​parabbola tat stampa taʼ Ġesù joqgħod bil-​qiegħda bħala Sultan fl-​1914 u minn dak iż-​żmien ’l hawn jagħmel ġudizzji​—ħajja taʼ dejjem għal nies li jagħtu prova li huma bħal ngħaġ, mewt permanenti għall-​mogħoż. Imma kunsiderazzjoni mill-​ġdid tal-​parabbola jipponta lejn fehma aġġustata dwar iż-​żmien taʼ twettieq tagħha u dak li tiffigura. Dan l-​irfinar jirrinforza l-​importanza tax-​xogħol tagħna taʼ ppridkar u s-​sinjifikat tar-​rispons tan-​nies. Biex naraw il-​bażi għal din il-​fehma iktar profonda tal-​parabbola, ejjew nikkunsidraw x’turi l-​Bibbja dwar Jehovah u Ġesù, kemm bħala Slaten u kemm bħala Mħallfin.

Jehovah Bħala L-​Imħallef Suprem

5, 6. Għala huwa xieraq li nqisu lil Jehovah bħala kemm Sultan u kemm Imħallef?

5 Jehovah jaħkem l-​univers b’qawwa fuq kollox. Billi m’għandu ebda bidu u ebda tmiem, hu s-​“Sultan taʼ dejjem.” (1 Timotju 1:17; Salm 90:2, 4; Apokalissi 15:3) Għandu awtorità biex jagħmel statuti, jew liġijiet, u li jinforzahom. Imma l-​awtorità tiegħu tinkludi li jkun Imħallef. Isaija 33:22 jgħid: “Il-​Mulej hu l-​imħallef tagħna; il-​Mulej il-​leġislatur tagħna. Il-​Mulej is-​sultan tagħna, hu li jsalvana.”

6 Il-​qaddejja t’Alla ilhom li rrikonoxxew lil Jehovah bħala l-​Imħallef taʼ kawżi u kwistjonijiet. Per eżempju, wara li “l-​Imħallef taʼ l-​art kollha” kien wiżen l-​evidenza dwar il-​ħażen taʼ Sodom u Gomorra, hu kemm iġġudika li l-​abitanti kien jixirqilhom qerda u kemm inforza dak il-​ġudizzju taʼ tjieba. (Ġenesi 18:20-33; Ġob 34:10-12) Kemm għandu jiżgurana li nkunu nafu li Jehovah hu Mħallef taʼ tjieba li dejjem jistaʼ jwettaq il-​ġudizzji tiegħu!

7. Jehovah kif aġixxa taʼ Mħallef meta tratta maʼ Iżrael?

7 F’Iżrael tal-​qedem, Jehovah xi drabi għamel ħaqq direttament. Ma kontx int tkun imfarraġ lura f’dak iż-​żmien li tkun taf li Mħallef perfett kien qiegħed jiddeċiedi l-​affarijiet? (Levitiku 24:10-16; Numri 15:32-36; 27:1-11) Alla pprovda wkoll “digrieti” li kienu tajbin kompletament bħala livelli għall-​iġġudikar. (Levitiku 25:18, 19; Neħemija 9:13; Salm 19:10, 11 [Salm 19:9, 10, NW]; 119:7, 75, 164; 147:19, 20) Hu “Mħallef taʼ l-​art kollha,” u għalhekk ilkoll kemm aħna niġu effettwati.—Lhud 12:23.

8. Danjel liema viżjoni relevanti kellu?

8 Għandna xiehda taʼ “min ra b’għajnejh stess” relatata maʼ din il-​kwistjoni. Il-​profeta Danjel ġie mogħti viżjoni taʼ bhejjem feroċi li kienu jirrappreżentaw gvernijiet jew imperi. (Danjel 7:1-8, 17) Hu żied: “Tqiegħdu xi tronijiet, u wieħed Xiħ fl-​għomor [“Antik tal-​Jiem,” NW] qagħad bil-​qiegħda; ilbiesu abjad silġ.” (Danjel 7:9) Innota li Danjel ra tronijiet “u wieħed Xiħ fl-​għomor [Jehovah] qagħad bil-​qiegħda.” Staqsi lilek innifsek, ‘Kien Danjel hawnhekk qiegħed jixhed li Alla sar Sultan?’

9. Liema huwa tifsir wieħed taʼ ‘li toqgħod bil-​qiegħda’ fuq tron? Agħti eżempji.

9 Sewwa, meta naqraw li xi ħadd “qagħad bil-​qiegħda” fuq tron, nistgħu naħsbu dwar li hu sar sultan, għaliex il-​Bibbja xi drabi tuża lingwaġġ bħal dan. Per eżempju: “Malli [Żimri] beda jsaltan, u qagħad fuq it-​tron, [hu] . . . ” (1 Slaten 16:11; 2 Slaten 10:30; 15:12; Ġeremija 33:17) Profezija Messjanika qalet: “[Hu] joqgħod [bil-qiegħda] jaħkem fuq it-​tron tiegħu.” Għaldaqstant, li ‘toqgħod bil-​qiegħda fuq tron’ jistaʼ jfisser li ssir sultan. (Żakkarija 6:12, 13) Jehovah hu deskritt bħala Sultan li qiegħed bil-​qiegħda fuq tron. (1 Slaten 22:19; Isaija 6:1; Apokalissi 4:1-3) Hu s-​“Sultan taʼ dejjem.” Madankollu, hekk kif afferma aspett ġdid taʼ sovranità, setaʼ jintqal li hu sar Sultan, bħal li kieku poġġa bil-​qiegħda mill-​ġdid fuq it-​tron tiegħu.—1 Kronaki 16:1, 31; Isaija 52:8 [Isaija 52:7, NW]; Apokalissi 11:15-17; 15:3; 19:1, 2, 6.

10. Liema kienet funzjoni prinċipali taʼ slaten Iżraeliti? Agħti eżempju.

10 Imma hawn huwa punt fundamentali: Funzjoni prinċipali taʼ slaten tal-​qedem kienet dik li jisimgħu kawżi u jagħmlu ġudizzji. (Proverbji 20:8; 29:14) Ftakar fil-​ġudizzju għaqli taʼ Salamun meta żewġ nisa riedu l-​istess tarbija. (1 Slaten 3:16-28; 2 Kronaki 9:8) Wieħed mill-​bini governattivi tiegħu kien “is-​Sala tat-​Tron, fejn kien jamministra l-​ġustizzja,” imsejħa wkoll “is-​sala tal-​ġustizzja.” (1 Slaten 7:7) Ġerusalemm kienet deskritta bħala l-​post fejn “twaqqfu t-​tronijiet tal-​ħaqq.” (Salm 122:5) Biċ-​ċar, ‘li toqgħod bil-​qiegħda fuq tron’ jistaʼ jfisser ukoll li teżerċita awtorità ġudizzjarja.—Eżodu 18:13; Proverbji 20:8.

11, 12. (a) X’kien is-​sinjifikat tat-​tqegħid bil-​qiegħda taʼ Jehovah, imsemmi f’Danjel kapitlu 7? (b) Testi oħrajn kif jikkonfermaw li Jehovah joqgħod bil-​qiegħda biex jiġġudika?

11 Issa ejjew nirritornaw lejn ix-​xena fejn Danjel ra x-​‘Xiħ fl-​għomor joqgħod bil-​qiegħda.’ Danjel 7:10 jżid: “Il-​Qorti qagħdet bil-​qiegħda, u l-​kotba nfetħu.” Iva, l-​Antik tal-​Jiem kien qiegħed bil-​qiegħda biex jagħmel ħaqq dwar dominanza dinjija u biex jiġġudika lil Bin il-​bniedem bħala denju li jaħkem. (Danjel 7:13, 14) Imbagħad naqraw li “ġie x-​Xiħ fl-​għomor u għamel il-​ħaqq lill-​qaddisin,” dawk iġġudikati xierqa biex jaħkmu maʼ Bin il-​Bniedem. (Danjel 7:22) Finalment ‘il-​Qorti qagħdet bil-​qiegħda’ u għamlet ħaqq avvers fuq l-​aħħar potenza dinjija.—Danjel 7:26.a

12 Konsegwentement, li Danjel ra lil Alla ‘joqgħod bil-​qiegħda fuq tron’ kien ifisser li Hu jiġi biex jagħmel ħaqq. Iktar kmieni David għanna: “Int [Jehovah] ħadt f’idejk id-​dritt u l-​kawża tiegħi, taʼ mħallef ġust qgħadt fuq it-​tron tiegħek.” (Salm 9:5, 8 [Salm 9:4, 7, NW]) U Ġoel kiteb: “Ħa jitqanqlu l-​ġnus u jmorru fil-​Wied taʼ Ġosafat! Għax hemm [jien, Jehovah] se noqgħod [bil-qiegħda] biex nagħmel ħaqq mill-​ġnus kollha.” (Ġoel 4:12 [Ġoel 3:12, NW]; qabbel Isaija 16:5.) Kemm Ġesù kif ukoll Pawlu kienu f’sitwazzjonijiet ġudizzjarji li fihom bniedem qagħad bil-​qiegħda biex jismaʼ kawża u jagħmel ħaqq.b—Ġwann 19:12-16; Atti 23:3; 25:6.

Il-​Pożizzjoni Taʼ Ġesù

13, 14. (a) Il-​poplu t’Alla liema assiguranza kellhom li Ġesù kellu jsir Sultan? (b) Ġesù meta qagħad bil-​qiegħda fuq it-​tron tiegħu, u f’liema sens ħakem mis-​sena 33 E.K. ’il quddiem?

13 Jehovah hu kemm Sultan u kemm Imħallef. Xi ngħidu dwar Ġesù? L-​anġlu li ħabbar it-​twelid tiegħu qal: “Il-​Mulej Alla jagħtih it-​tron taʼ David missieru . . . u ma jkunx hemm tmiem għas-​saltna tiegħu.” (Luqa 1:32, 33) Ġesù kellu jkun eredi permanenti taʼ l-​istat taʼ sultan Davidiku. (2 Samwel 7:12-16) Hu kellu jaħkem mis-​sema, għaliex David qal: “Il-​kelma tal-​Mulej [Jehovah] lil Sidi [Ġesù]: ‘Oqgħod fuq il-​lemin tiegħi, sa ma nqiegħed l-​għedewwa tiegħek mirfes taħt riġlejk.’ Ix-​xettru tal-​qawwa tiegħek jibgħat il-​Mulej minn Sijon: ‘Aħkem f’nofs l-​għedewwa tiegħek.’”—Salm 110:1-4.

14 Meta kellu jkun dak? Ġesù ma ħakimx bħala Sultan waqt li kien bniedem. (Ġwann 18:33-37) Fis-​sena 33 E.K., hu miet, ġie rxoxtat, u telaʼ s-​sema. Lhud 10:12 jgħid: “Imma Kristu, wara li offra sagrifiċċju wieħed għad-​dnubiet, qagħad għal dejjem fuq in-​naħa tal-​lemin t’Alla.” X’awtorità kellu Ġesù? “[Alla] qiegħdu fil-​lemin tiegħu fis-​smewwiet, ’il fuq minn kull Saltna u Setgħa, minn kull Qawwa u Ħakma . . . u għamlu Ras fuq il-​Knisja kollha.” (Efesin 1:20-22) Peress li Ġesù dak iż-​żmien kellu awtorità fuq il-​Kristjani, Pawlu setaʼ jikteb li Jehovah “ħelisna mill-​ħakma tad-​dlam, u daħħalna fis-​saltna taʼ Ibnu l-​maħbub.”—Kolossin 1:13; 3:1.

15, 16. (a) Għala ngħidu li Ġesù ma sarx Sultan tas-​Saltna t’Alla fis-​sena 33 E.K.? (b) Ġesù meta beda jaħkem fis-​Saltna t’Alla?

15 F’dak iż-​żmien, madankollu, Ġesù m’aġixxiex bħala Sultan u Mħallef fuq il-​ġnus. Hu kien bil-​qiegħda maʼ ġenb Alla, jistenna ż-​żmien biex jaġixxi bħala Sultan tas-​Saltna t’Alla. Pawlu kiteb dwaru: “Lil min mill-​anġli qatt qal: ‘Oqgħod fuq il-​lemin tiegħi, sa ma nagħmel l-​għedewwa tiegħek mirfes għal riġlejk’?”—Lhud 1:13.

16 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah ippubblikaw ħafna evidenza li l-​perijodu taʼ stennija taʼ Ġesù għalaq fl-​1914, meta sar ħakkiem tas-​Saltna t’Alla fis-​smewwiet inviżibbli. Apokalissi 11:15, 18 jgħid: “Is-​saltna tad-​dinja saret taʼ Sidna u tal-​Kristu tiegħu, u hu se jsaltan għal dejjem taʼ dejjem.” “Il-​ġnus imtlew bil-​korla, imma l-​korla tiegħek ġiet.” Iva, il-​ġnus esprimew il-​korla tagħhom lejn xulxin matul l-​Ewwel Gwerra Dinjija. (Luqa 21:24) Il-​gwerer, it-​terremoti, il-​pestilenzi, l-​iskarsezzi taʼ l-​ikel, u affarijiet bħal dawn, li ilna naraw mill-​1914 ’l hawn jikkonfermaw li Ġesù qiegħed issa jaħkem fis-​Saltna t’Alla, u t-​tmiem finali tad-​dinja huwa qrib.—Mattew 24:3-14.

17. Liema punti fundamentali stabbilejna s’issa?

17 Bħala reviżjoni qasira: Alla jistaʼ jintqal li qiegħed bil-​qiegħda fuq tron bħala Sultan, imma f’sens ieħor jistaʼ joqgħod bil-​qiegħda fuq it-​tron tiegħu biex jiġġudika. Fis-​sena 33 E.K., Ġesù qagħad bil-​qiegħda fuq l-​id il-​leminija t’Alla, u issa hu Sultan tas-​Saltna. Imma Ġesù, li issa qiegħed jirrenja bħala Sultan, qiegħed hu jaqdi wkoll bħala Mħallef? U dan għala għandu jikkonċernana, speċjalment f’dan iż-​żmien?

18. Liema evidenza hemm li Ġesù kellu jkun ukoll Imħallef?

18 Jehovah, li għandu d-​dritt jaħtar imħallfin, għażel lil Ġesù bħala Mħallef li jilħaq il-​livelli Tiegħu. Ġesù wera dan meta tkellem dwar nies li jsiru ħajjin spiritwalment: “Il-​Missier ma jagħmel ħaqq minn ħadd, imma ħalla f’idejn l-​Iben biex jagħmel il-​ħaqq kollu hu.” (Ġwann 5:22) Madankollu, l-​irwol ġudizzjarju taʼ Ġesù jissupera dik ix-​xorta taʼ ġġudikar, peress li hu mħallef tal-​ħajjin u tal-​mejtin. (Atti 10:42; 2 Timotju 4:1) Pawlu darba ddikjara: “[Alla] għażel jum li fih għandu jagħmel ħaqq ġust mid-​dinja permezz taʼ bniedem [Ġesù] li ħatru hu; u taʼ dan kollu ta prova quddiem kulħadd billi lilu qajmu mill-​imwiet.”—Atti 17:31; Salm 72:2-7.

19. Għala huwa korrett li titkellem dwar Ġesù bħala li qiegħed bil-​qiegħda bħala Mħallef?

19 Iġġustifikati aħna b’hekk li nikkonkludu li Ġesù joqgħod bil-​qiegħda fuq tron glorjuż fl-​irwol speċifiku taʼ Mħallef? Iva, Ġesù qal lill-​appostli: “Fid-​dinja l-​ġdida meta Bin il-​Bniedem joqgħod [bil-qiegħda] fuq it-​tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-​tnax-il tribù taʼ Israel.” (Mattew 19:28) Għalkemm issa Ġesù hu Sultan tas-​Saltna, l-​attività l-​oħra tiegħu msemmija f’Mattew 19:28 se tinkludi li joqgħod bil-​qiegħda fuq tron biex jiġġudika matul il-​Millennju. F’dak iż-​żmien se jiġġudika lill-​umanità kollha, it-​twajbin u dawk m’humiex twajbin. (Atti 24:15) Huwa t’għajnuna li nżommu dan f’moħħna hekk kif indawru l-​attenzjoni tagħna lejn waħda mill-​parabboli taʼ Ġesù li hija relatata maʼ żmienna u maʼ ħajjietna.

X’Tgħid Il-​Parabbola?

20, 21. L-​appostli taʼ Ġesù xi staqsew li huwa relatat maʼ żmienna, li jwassal għal liema mistoqsija?

20 Ftit qabel ma Ġesù miet, l-​appostli tiegħu staqsewh: “Dan meta għad jiġri? U x’se jkun is-​sinjal tal-​miġja tiegħek u taʼ tmiem id-​dinja?” (Mattew 24:3) Ġesù ħabbar żviluppi sinjifikanti fuq l-​art qabel kellu “jiġi t-​tmiem.” Ftit qabel dak it-​tmiem, il-​ġnus se “jaraw lil Bin il-​Bniedem ġej fuq is-​sħab tas-​sema b’qawwa u glorja kbira.”—Mattew 24:14, 29, 30.

21 Kif, iżda, se jgħadduha nies f’dawk il-​ġnus meta Bin il-​bniedem jasal fil-​glorja tiegħu? Ejjew naraw mill-​parabbola tan-​ngħaġ u l-​mogħoż, li tibda bil-​kliem: “Meta jiġi Bin il-​Bniedem fil-​glorja tiegħu u bl-​anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-​tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-​ġnus kollha.”—Mattew 25:31, 32.

22, 23. Liema punti jindikaw li l-​parabbola tan-​ngħaġ u l-​mogħoż ma bdietx it-​twettieq tagħha fl-​1914?

22 Tapplika din il-​parabbola għal meta Ġesù qagħad bil-​qiegħda b’qawwa taʼ sultan fl-​1914, bħalma ilna nifhmu għal żmien twil? Sewwa, Mattew 25:34 tassew li jitkellem dwaru bħala Sultan, u għalhekk il-​parabbola loġikament issib applikazzjoni minn mindu Ġesù sar Sultan fl-​1914. Imma liema ġġudikar għamel malajr wara dan? Ma kienx iġġudikar tal-​“ġnus kollha.” Minflok, hu dawwar l-​attenzjoni tiegħu lejn dawk li kienu jsostnu li jifformaw “[id]-dar t’Alla.” (1 Pietru 4:17) Fi qbil maʼ Malakija 3:1-3, Ġesù, bħala l-​messaġġier taʼ Jehovah, spezzjona b’mod ġudizzjarju lill-​Kristjani midlukin li kien għad baqaʼ fuq l-​art. Kien ukoll żmien għal sentenza ġudizzjarja fuq il-​Kristjaneżmu, li falzament sostna li huwa “[d]-dar t’Alla.”c (Apokalissi 17:1, 2; 18:4-8) Madankollu xejn ma jindika li f’dak iż-​żmien, jew jekk niġu f’dan minn dak in-​nhar ’l hawn, Ġesù qagħad bil-​qiegħda biex jiġġudika lil nies mill-​ġnus kollha finalment bħala ngħaġ jew mogħoż.

23 Jekk nanalizzaw l-​attività taʼ Ġesù fil-​parabbola, nosservawh finalment jiġġudika lill-​ġnus kollha. Il-​parabbola ma turix li ġġudikar bħal dan kellu jkompli fuq perijodu estiż taʼ ħafna snin, bħal li kieku kull persuna li mietet matul dawn l-​aħħar għaxriet taʼ snin ġiet iġġudikata denja taʼ mewt għal dejjem jew ħajja għal dejjem. Jidher li l-​maġġoranza li mietu fl-​għaxriet taʼ snin riċenti marru fil-​qabar komuni taʼ l-​umanità. (Apokalissi 6:8; 20:13) Il-​parabbola, iżda, tagħti stampa taż-​żmien meta Ġesù jiġġudika lin-​nies tal-​“ġnus kollha” li jkunu ħajjin dak iż-​żmien u jiffaċċjaw l-​esekuzzjoni tas-​sentenza ġudizzjarja tiegħu.

24. Il-​parabbola tan-​ngħaġ u l-​mogħoż meta se titwettaq?

24 Fi kliem ieħor, il-​parabbola tipponta lejn il-​futur meta Bin il-​bniedem se jiġi fil-​glorja tiegħu. Hu se joqgħod bil-​qiegħda biex jiġġudika lin-​nies ħajjin f’dak iż-​żmien. Il-​ġudizzju tiegħu se jkun ibbażat fuq dak li jkunu wrew li huma. F’dak iż-​żmien “id-​distinzjoni bejn wieħed twajjeb u wieħed mill-​agħar” tkun ġiet stabbilita biċ-​ċar. (Malakija 3:18, NW) L-​ippronunzjar u l-​esekuzzjoni attwali taʼ ġudizzju se jiġu mwettqin fi żmien limitat. Ġesù se jieħu deċiżjonijiet ġusti bbażati fuq dak li jkun sar evidenti dwar individwi.—Ara wkoll 2 Korintin 5:10.

25. Mattew 25:31 taʼ liema ħaġa jagħti stampa meta jitkellem dwar Bin il-​bniedem bil-​qiegħda fuq tron glorjuż?

25 Dan ifisser, allura, li l-​fatt li Ġesù ‘joqgħod bil-​qiegħda fuq it-​tron glorjuż tiegħu’ għall-​ġudizzju, imsemmi f’Mattew 25:31, japplika għall-​punt futur meta dan is-​Sultan potenti se joqgħod bil-​qiegħda biex jippronunzja u jesegwixxi ġudizzju fuq il-​ġnus. Iva, ix-​xena taʼ ġudizzju li tinvolvi lil Ġesù f’Mattew 25:31-33, 46 hija komparabbli max-​xena f’Danjel kapitlu 7, fejn is-​Sultan renjanti, l-​Antik tal-​Jiem, qagħad bil-​qiegħda biex iwettaq l-​irwol tiegħu bħala Mħallef.

26. Liema spjegazzjoni ġdida tal-​parabbola ssir evidenti?

26 Li nifhmu l-​parabbola tan-​ngħaġ u l-​mogħoż b’dan il-​mod jindika li l-​għemil taʼ ħaqq fuq in-​ngħaġ u l-​mogħoż huwa futur. Dan se jseħħ wara li tfaqqaʼ “d-​diqa” msemmija f’Mattew 24:29, 30 u Bin il-​bniedem ‘jasal fil-​glorja tiegħu.’ (Qabbel Mark 13:24-26.) Imbagħad, bis-​sistema mill-​agħar kollha kemm hi fi tmiemha, Ġesù se jlaqqaʼ l-​qorti u jagħmel u jesegwixxi ħaqq.—Ġwann 5:30; 2 Tessalonkin 1:7-10.

27. X’għandna nkunu interessati li nkunu nafu dwar il-​parabbola finali taʼ Ġesù?

27 Dan jikkjarifika l-​fehma tagħna dwar iż-​żmien taʼ twettieq tal-​parabbola taʼ Ġesù, li turi meta n-​ngħaġ u l-​mogħoż se jiġu ġġudikati. Imma dan kif jeffettwa lilna li qegħdin nippridkaw b’mod żeluż l-​aħbar tajba tas-​Saltna? (Mattew 24:14) Jagħmel dan lix-​xogħol tagħna inqas sinjifikanti, jew iġib piż akbar taʼ responsabbiltà? Ejjew naraw fl-​artiklu li jmiss kif niġu effettwati aħna.

(w95 10/15)

[Noti taʼ Taħt]

a Il-kelma tradotta “Qorti” f’Danjel 7:10, 26 hija wkoll misjuba f’Esdra 7:26 u Danjel 4:37; 7:22.

b Rigward li Kristjani jtellgħu lil xulxin il-​qorti, Pawlu staqsa: “Tagħmlu bħala mħallfin [litteralment “tqiegħdu bil-​qiegħda” lil] dawk li fil-​knisja huma lanqas stmati?”—1 Korintin 6:4, KŻ.

c Ara Revelation​—Its Grand Climax At Hand!, paġni 56, 73, 235-45, 260, ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

Tiftakar Int?

◻ Jehovah kif jaqdi bħala kemm Sultan kif ukoll Imħallef?

◻ Liema żewġ tifsiriet jistaʼ jkun hemm għal ‘li toqgħod bil-​qiegħda fuq tron’?

◻ X’konna ngħidu qabel dwar iż-​żmien taʼ twettieq taʼ Mattew 25:31, imma liema bażi hemm għal fehma aġġustata?

◻ Bin il-​bniedem meta joqgħod bil-​qiegħda fuq it-​tron tiegħu, bħalma huwa indikat f’Mattew 25:31?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja