LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kif Tistaʼ Tkun Ferħan fiż-Żwieġ?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • L-​ebda żwieġ mhu perfett. Allura l-​koppji jridu jaħdmu flimkien biex isolvu l-​problemi. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

      VIDJOW: Kif insaħħu r-​rabta taż-​żwieġ (5:​44)

      • Fil-​vidjow, il-​mara u r-​raġel kif dehru li ma baqgħux close?

      • X’għamlu biex isaħħu ż-​żwieġ tagħhom?

      Aqra l-​1 Korintin 10:24 u Kolossin 3:​13. Wara li taqra kull skrittura, iddiskuti:

      • Jekk tobdi dan il-​parir, kif se ssaħħaħ iż-​żwieġ tiegħek?

      Il-​Bibbja tgħid li rridu nonoraw lil xulxin. Dan ifisser li tittratta lill-​persuna l-​oħra b’qalb tajba u b’rispett. Aqra Rumani 12:​10, u mbagħad iddiskuti:

      • Dak li jkun, għandu jistenna li l-​mara jew ir-​raġel jonorah l-​ewwel? Għala taħseb hekk?

  • Għin Biex il-Kongregazzjoni Tibqaʼ Magħquda
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 3. X’se tagħmel meta Kristjan ieħor iweġġgħek?

      Għalkemm magħqudin, kollha niżbaljaw. Kultant niddiżappuntaw jew anki nweġġgħu lil xulxin. Il-​Bibbja tgħidilna “komplu . . . aħfru lil xulxin.” Imbagħad tkompli tgħid: “Bħalma Ġeħova ħafrilkom mill-​qalb, agħmlu hekk intom ukoll.” (Aqra Kolossin 3:​13.) Lil Ġeħova kemm-​il darba weġġajnieh, imma hu xorta ħafrilna. Allura jistenna li naħfru lil ħutna. Jekk tinduna li weġġajt lil xi ħadd, mur irranġa l-​affarijiet miegħu.​—Aqra Mattew 5:​23, 24.b

  • Għin Biex il-Kongregazzjoni Tibqaʼ Magħquda
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 5. Aħfer mill-​qalb u żomm il-​paċi

      Aħna qatt m’għandna bżonn naħfru lil Ġeħova imma hu xorta jaħfrilna. Aqra Salm 86:​5, u mbagħad iddiskuti:

      • X’titgħallem dwar Ġeħova?

      • Għala tapprezza li jaħfer?

      • Liema sitwazzjonijiet jistgħu jagħmluha diffiċli biex inżommu l-​paċi m’oħrajn?

      Kif nistgħu nimitaw lil Ġeħova u nibqgħu nħobbu lil ħutna? Aqra Proverbji 19:​11, u mbagħad iddiskuti:

      • Jekk xi ħadd iqabbiżhielek jew iweġġgħek, x’tistaʼ tagħmel biex is-​sitwazzjoni tkun aħjar?

      Kultant inweġġgħu lil oħrajn. X’għandna nagħmlu meta jiġri hekk? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

      VIDJOW: Li tagħmel paċi jġib barkiet (6:​01)

      • Fil-​vidjow, l-​oħt x’għamlet biex tirranġa mal-​oħt l-​oħra?

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja