LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Tgħallem u Għallem il-Moralità Kristjana
    It-Torri tal-Għassa—2002 | Ġunju 15
    • 13. (a) Il-Bibbja kif tgħinna fil-​kwistjoni tal-​moralità? (b) Għid x’inhi s-​sustanza tal-​parir fl-​1 Tessalonikin 4:​3-7.

      13 Il-​moralità teffettwa lil nies oħrajn ukoll. Dan tistaʼ tarah minn eżempji fil-​Kelma t’Alla li juru l-​valur taʼ li wieħed japplika l-​livelli morali t’Alla u r-​riżultati meta dawn jiġu injorati. (Ġenesi 39:​1-9, 21; Ġożwè 7:​1-​25) Tistaʼ wkoll issib pariri ovvji fuq il-​moralità bħal: “Dan irid Alla minnkom: il-​qdusija tagħkom, li titbiegħdu miż-​żína, u li kull wieħed minnkom iżomm ’il ġismu fil-​qdusija u l-​ġieħ, u ma jħallix il-​passjoni tegħelbu bħall-​pagani li ma jagħrfux lil Alla. F’din il-​ħaġa ħadd ma għandu jagħmel tort jew ħsara lil ħuh . . . Għax Alla ma sejjħilniex biex ngħixu fiż-​żína, imma fil-​qdusija.”—1 Tessalonikin 4:​3-7.

      14. X’tistaʼ tistaqsi lilek innifsek dwar il-​parir li nsibu fl-​1 Tessalonikin 4:​3-7?

      14 Kważi kulħadd jistaʼ jara minn dawn il-​versi li l-​immoralità sesswali tikser il-​liġi tal-​moralità Kristjana. Madankollu, tistaʼ tfittex li tifhem iktar minn dak li jidher ovvju. Xi versi jagħtu diversi opportunitajiet biex wieħed jagħmel studju u meditazzjoni sostanzjali, bir-​riżultat li jikseb fehma akbar dwarhom. Per eżempju, tistaʼ tirrifletti dwar x’ried ifisser Pawlu meta qal li jekk wieħed jieħu sehem fiż-​żína jistaʼ jasal biex “jagħmel tort jew ħsara lil ħuh” jew skond in-​New World Translation with References, “jagħmel ħsara u jindaħal fid-​drittijiet taʼ ħuh f’din il-​kwistjoni.” Fuq liema drittijiet qed nitkellmu? U jekk ikollok fehma aħjar dwar dan, kif se tkun inkuraġġit iktar biex iżżomm il-​moralità Kristjana? Dak li ssib minn riċerka bħal din, kif se jkompli jgħinek tgħallem lil oħrajn u tgħinhom jonoraw lil Alla?

  • Tgħallem u Għallem il-Moralità Kristjana
    It-Torri tal-Għassa—2002 | Ġunju 15
    • 16, 17. (a) Fejn tistaʼ ssib kummenti istruttivi dwar id-​drittijiet imsemmijin fl-​1 Tessalonikin 4:6? (b) Iż-​żína b’liema modi tindaħal fid-​drittijiet t’oħrajn?

      16 Ejja nieħdu l-​eżempju li semmejna qabel, dak taʼ l-​1 Tessalonikin 4:​3-7. Qamet il-​mistoqsija dwar id-​drittijiet. Id-​drittijiet taʼ min? U wieħed kif jistaʼ jindaħal f’dawn id-​drittijiet? Bl-​għodod li semmejna għall-​istudju, probabbilment tistaʼ ssib għadd taʼ kummenti istruttivi fuq dawn il-​versi, saħansitra fuq id-​drittijiet li semma Pawlu. Kummenti bħal dawn tistaʼ taqrahom fl-​Insight on the Scriptures, l-​1 Volum, paġni 863-4; True Peace and Security—How Can You Find It?, paġna 145; The Watchtower, 15 taʼ Novembru, 1989, paġna 31; Stenbaħ!, 8 taʼ Mejju, 2000, paġna 14.

      17 Int u għaddej bl-​istudju tiegħek, se tara li dawn il-​pubblikazzjonijiet juru kemm kliem Pawlu hu veru. Bniedem żieni jidneb kontra Alla u jesponi ruħu għall-​mard. (1 Korintin 6:​18, 19; Lhud 13:4) Raġel li jieħu sehem fiż-​żína jkun qiegħed jindaħal f’diversi drittijiet tal-​mara li jidneb magħha. Hu jċaħħadha minn waqfa morali nadifa u kuxjenza tajba. Jekk mhix miżżewġa, hu jkun qed jindaħal fid-​dritt tagħha li tiżżewweġ bħala verġni u fid-​dritt tar-​raġel futur tagħha li jistenna li martu tkun hekk. Hu jkun qed iweġġaʼ wkoll lill-​ġenituri tal-​mara u lil żewġha jekk din tkun miżżewġa. Ir-​raġel immorali jkun qed iċaħħad lil familtu stess mid-​dritt li tkun magħrufa bħala nadifa moralment. Jekk inhu membru taʼ kongregazzjoni Kristjana, hu jġib tmaqdir fuqha, u jħassrilha r-​reputazzjoni tagħha.—1 Korintin 5:1.

      18. Kif tibbenefika mill-​istudju tal-​Bibbja rigward il-​moralità Kristjana?

      18 Ma taħsibx li kummenti bħal dawn fuq id-​drittijiet jgħinuk tifhem iktar dan il-​vers? Dan it-​tip taʼ studju żgur li huwa taʼ valur kbir. Int u twettqu, tkun qed tgħallem lilek innifsek. Se tifhem iktar il-​verità tal-​messaġġ t’Alla u l-​effett tiegħu. Issaħħaħ id-​determinazzjoni tiegħek li tkun xi tkun it-​tentazzjoni li tistaʼ tiffaċċja, int se żżomm mal-​moralità Kristjana. U aħseb ftit dwar kemm tistaʼ tkun iktar effettiv bħala għalliem! Per eżempju, waqt li tgħallem il-​verità tal-​Bibbja lil oħrajn, tistaʼ turihom kif l-​1 Tessalonikin 4:​3-7 jistaʼ jinftiehem iktar bis-​sħiħ, u b’hekk tgħinhom jifhmu u japprezzaw iktar il-​moralità Kristjana. B’hekk, l-​istudju tiegħek jistaʼ jgħin lilek u lil ħafna oħrajn biex tonoraw lil Alla. U hawnhekk semmejna biss eżempju wieħed, mill-​ittra taʼ Pawlu lit-​Tessalonikin. Hemm ħafna aspetti oħrajn tal-​moralità Kristjana, u bl-​istess mod hemm ħafna eżempji oħrajn mill-​Bibbja u punti li joffru pariri, illi tistaʼ tistudjahom, tapplikahom, u tgħallimhom lil oħrajn.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja