-
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . .Stenbaħ!—1997 | Lulju 8
-
-
Il-Bibbja tittratta dawn l-istess mistoqsijiet. L-appostlu Pawlu kiteb: “Dawk li jridu jistagħnu jaqgħu fit-tiġrib u fix-xibka u f’ħafna xewqat bla sens u taʼ ħsara li jitfgħu lill-bnedmin fil-qerda u t-telfien. Għax ir-rebgħa għall-flus hi l-għerq taʼ kull ħażen; kien ħtija taʼ din ir-rebgħa li xi wħud ħarġu barra mit-triq tal-fidi u nfnew b’niket kbir.”—1 Timotju 6:9, 10.
-
-
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . .Stenbaħ!—1997 | Lulju 8
-
-
Bix-xieraq, mela, Pawlu jgħid li “r-rebgħa [bla rażan] għall-flus hi l-għerq taʼ kull ħażen.” Bħala riżultat taʼ dan, ħafna “ħarġu barra mit-triq tal-fidi u nfnew b’niket kbir.” Nieħdu, per eżempju, żagħżugħ li se nsejħulu Rory. Fl-età taʼ 12-il sena beda jilgħabhom. “Kien mod biex inġib il-flus mingħajr ma nagħmel xejn,” hu jiftakar. F’qasir żmien, kellu dejn taʼ mijiet taʼ dollari u ttraskura l-ħbieb, il-familja, u x-xogħol taʼ l-iskola. “Ipprovajt nieqaf,” jammetti hu, imma falla ripetutament. Hu kompla ‘jinfena b’niket kbir’ sakemm fittex l-għajnuna fl-età taʼ 19-il sena. Il-kittieb Douglas Kennedy b’hekk m’huwiex qed jesaġera meta, fil-ktieb tiegħu Chasing Mammon, isejjaħ il-ġiri wara l-flus “esperjenza trawmatizzanti.”
-