LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Rahan li Jikkorrispondi Għal Kulħadd
    It-Torri tal-Għassa—1991 | Mejju 15
    • Rahan li Jikkorrispondi

      10. Is-​sagrifiċċji tal-​annimali għala ma setgħux b’mod xieraq igħattu d-​dnubiet tal-​umanità?

      10 Dan li għedna juri li rahan irid ikun l-​ekwivalenti taʼ dak li għalih ikun jissostitwixxi, jew igħatti. Is-​sagrifiċċju tal-​annimali li offrew irġiel taʼ fidi minn Abel ’il quddiem ma setgħux verament igħattu d-​dnubiet tan-​nies, ladarba l-​bnedmin huma superjuri għall-​annimali bla raġuni. (Salm 8:4-8) Pawlu setaʼ b’hekk jikteb li “m’huwiex possibbli għad-​demm taʼ barrin u taʼ mogħoż li jneħħi d-​dnubiet.” Sagrifiċċji bħal dawn setgħu jaqdu sempliċement bħala għata illustrattiv jew simboliku bi tħejjija għar-​rahan li kellu jiġi.—Ebrej 10:1-4.

      11, 12. (a) Għala eluf taʼ miljuni taʼ bnedmin ma kellhomx bżonn imutu mewtiet taʼ sagrifiċċju biex igħattu għall-​istat midneb tal-​umanità? (b) Min biss setaʼ jservi taʼ “rahan li jikkorrispondi,” u liema għan taqdi l-​mewt tiegħu?

      11 Dan ir-​rahan iffigurat bil-​quddiem ried ikun l-​ekwivalenti eżatt taʼ Adam, ladarba l-​piena tal-​mewt li Alla b’mod ġust applika fuq Adam irriżultat fil-​kundanna tar-​razza umana. “F’Adam ilkoll qed imutu,” igħid 1 Korintin 15:22. Mela ma kienx neċessarju għal eluf taʼ miljuni taʼ bnedmin individwali li jmutu mewtiet taʼ sagrifiċċju biex jikkorrispondu għal kull individwu mnissel minn Adam. “Permezz taʼ bniedem wieħed [Adam] id-​dnub daħal fid-​dinja u l-​mewt permezz tad-​dnub.” (Rumani 5:12) U “ladarba l-​mewt hi permezz taʼ bniedem,” il-​fidwa tal-​umanità setgħet tiġi wkoll “permezz taʼ bniedem.”—1 Korintin 15:21.

      12 Ir-​raġel li setaʼ jkun ir-​rahan ried ikun bniedem perfett tal-​laħam u d-​demm—l-​ekwivalenti eżatt taʼ Adam. (Rumani 5:14) Ħlejqa spirtu jew “bniedem Alla” ma kienx jibbilanċja l-​miżien tal-​ġustizzja. Bniedem perfett biss, xi ħadd li mhux taħt is-​sentenza taʼ mewt Adamika, setaʼ joffri “rahan li jikkorrispondi,” wieħed li jikkorrispondi b’mod perfett għal Adam. (1 Timotew 2:6)a Billi minn jeddu ssagrifika ħajtu dan “l-​aħhar Adam” setaʼ jħallas il-​ħlas tad-​dnub tal-​“ewwel raġel Adam.”—1 Korintin 15:45; Rumani 6:23.

  • Rahan li Jikkorrispondi Għal Kulħadd
    It-Torri tal-Għassa—1991 | Mejju 15
    • a Il-kelma Griega wżata hawn, an·ti’ly·tron, ma tidher imkien iżjed fil-​Bibbja. Hija marbuta mal-​kelma li Ġesù uża għal rahan (ly’tron) f’​Mark 10:45. Madankollu, The New International Dictionary of New Testament Theology jindika li an·ti’ly·tron ‘tenfasizza l-​idea taʼ tpartit.’ B’mod xieraq, in-​New World Translation tittraduċiha “rahan li jikkorrispondi.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja