-
Ġenituri—Għinu lil uliedkom isiru ‘għorrief għas-salvazzjoni’It-Torri tal-Għassa (Studju)—2017 | Diċembru
-
-
3. (a) Timotju kif sar Kristjan, u x’għamel b’dak li tgħallem? (b) Pawlu għal liema tliet aspetti taʼ tagħlim ġibidlu l-attenzjoni lil Timotju?
3 L-ewwel darba li l-appostlu Pawlu żar Listra kien fis-sena 47. Dan probabbilment kien meta Timotju, li setaʼ kien adoloxxent, sar jaf dwar it-tagħlim taʼ Ġesù. Hu applika dak li tgħallem, u sentejn wara beda jivvjaġġa maʼ Pawlu. Madwar 16-il sena wara, Pawlu kiteb lil Timotju: “Kompli f’dak li tgħallimt u li emmint għax sirt konvint li hu minnu, billi taf mingħand min tgħallimtu. Għax minn mindu kont tarbija ilek taf il-kitba qaddisa [l-Iskrittura Ebrajka], li tistaʼ tagħmlek għaref għas-salvazzjoni permezz tal-fidi fi Kristu Ġesù.” (2 Timotju 3:14, 15) Innota li Pawlu qal li Timotju (1) kien jaf il-kitba qaddisa, (2) emmen għax sar konvint li dak li tgħallem kien minnu, u (3) sar għaref għas-salvazzjoni permezz tal-fidi fi Kristu Ġesù.
Anke tfal żgħar ħafna jistgħu jitgħallmu dwar in-nies u l-ġrajjiet tal-Bibbja
-
-
Ġenituri—Għinu lil uliedkom isiru ‘għorrief għas-salvazzjoni’It-Torri tal-Għassa (Studju)—2017 | Diċembru
-
-
“EMMINT GĦAX SIRT KONVINT LI HU MINNU”
5. (a) Xi tfisser il-frażi ‘emmen għax sar konvint li hu minnu’? (b) Kif nafu li Timotju emmen l-aħbar tajba dwar Ġesù għax sar konvint li kienet minnha?
5 Mhux biżżejjed li tgħallem lil uliedek dwar in-nies u l-ġrajjiet tal-Bibbja. Ftakar li Timotju, apparti li tgħallem, ‘emmen għax sar konvint li hu minnu.’ Il-frażi Griega li Pawlu uża hawnhekk tfisser “li tkun żgurat minn” jew “li tkun persważ u ċert mill-verità taʼ xi ħaġa.” Timotju kien jaf l-Iskrittura Ebrajka ‘minn mindu kien tarbija,’ jiġifieri, minn meta kien żgħir ħafna. Iktar tard, hu sar konvint li Ġesù kien il-Messija. Il-fidi taʼ Timotju tant kienet b’saħħitha li tgħammed u ħadem maʼ Pawlu bħala missjunarju.
6. Int kif tistaʼ tgħin lil uliedek jibnu fidi fil-Kelma t’Alla?
6 Int kif tistaʼ tgħin lil uliedek jibnu fidi bħalma għamel Timotju, ħalli anke huma ‘jemmnu għax isiru konvinti li hu minnu’? L-ewwel, kun paċenzjuż. Jieħu ż-żmien biex tinbena fidi b’saħħitha. U l-fatt li int temmen xi ħaġa ma jfissirx li wliedek awtomatikament se jemmnuha wkoll. Kull tifel u tifla għandu bżonn juża “l-qawwa tar-raġuni” tiegħu stess biex jibni fidi fil-Bibbja. (Aqra Rumani 12:1.) Bħala ġenitur, tistaʼ tagħmel ħafna biex tgħin lil uliedek isaħħu l-fidi tagħhom, speċjalment meta jistaqsu l-mistoqsijiet. Ejja naraw x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ wieħed missier.
7, 8. (a) Wieħed missier Kristjan kif juri paċenzja meta jgħallem lil bintu? (b) Int meta kellek bżonn tkun paċenzjuż m’ibnek jew bintek?
7 Thomas, li bintu għandha 11-il sena, jgħid li xi kultant hi tistaqsih mistoqsijiet bħal: “Setaʼ Ġeħova uża l-evoluzzjoni biex jiżviluppa l-ħajja fuq l-art?” jew “Għala ma niħdux sehem fl-attivitajiet tal-komunità, bħal pereżempju fl-elezzjonijiet, biex nipprovaw intejbu l-affarijiet?” Xi drabi, ikollu jirreżisti t-tentazzjoni li sempliċement jaqbad u jgħidilha x’għandha temmen. Thomas jaf li dak li jikkonvinċi persuna dwar il-verità mhuwiex fatt kbir wieħed imma ħafna evidenzi żgħar.
8 Thomas jaf ukoll li jeħtieġ ikun paċenzjuż sabiex jgħallem lil bintu. Fir-realtà, kull Kristjan għandu bżonn ikun paċenzjuż. (Kolossin 3:12) Thomas jirrealizza li jeħtieġ iż-żmien u ħafna konversazzjonijiet biex jgħin lil bintu tibni l-konvinzjoni tagħha. Hu għandu bżonn jirraġuna magħha fuq dak li titgħallem mill-Bibbja. Thomas jgħid: “Jien u marti nkunu rridu nafu jekk bintna temminx verament dak li qed titgħallem u jekk jagħmilx sens għaliha, speċjalment fejn jidħlu punti importanti. Jekk ikollha l-mistoqsijiet, mela tajjeb. Onestament, ninkwieta jekk taċċetta xi ħaġa mingħajr ma tistaqsi mistoqsijiet.”
Int għandek bżonn tkun paċenzjuż biex tgħin lil ibnek jew bintek tibni l-fidi fil-Kelma t’Alla
9. Int kif tistaʼ tgħin lil uliedek jemmnu l-Kelma t’Alla?
9 Meta l-ġenituri jgħallmu bil-paċenzja, maż-żmien uliedhom jibdew jifhmu “l-wisaʼ u t-tul u l-għoli u l-fond” tal-fidi. (Efesin 3:18) Aħna nistgħu ngħallmuhom b’mod li hu addattat għall-età tagħhom u għal kemm ikunu kapaċi jifhmu. Hekk kif il-fidi tagħhom f’dak li qed jitgħallmu tikber, se jkun iktar faċli għalihom biex jiddefendu t-twemmin tagħhom quddiem oħrajn, inkluż sħabhom tal-iskola. (1 Pietru 3:15) Pereżempju, jistgħu wliedek jużaw il-Bibbja biex jispjegaw x’jiġri mal-mewt? L-ispjegazzjoni tal-Bibbja tagħmel sens għalihom?a (Ara n-nota taʼ taħt.) Ftakar li int għandek bżonn tkun paċenzjuż biex tgħin lil ibnek jew bintek tibni l-fidi fil-Kelma t’Alla, imma dan l-isforz hu taʼ min jagħmlu.—Dewteronomju 6:6, 7.
Anke l-eżempju tiegħek stess hu importanti biex tgħin lil uliedek jiżviluppaw il-fidi
10. X’għandu jkun parti importanti minn kif tgħallem lil uliedek?
10 Ovvjament, anke l-eżempju tiegħek stess hu importanti biex tgħin lil uliedek jiżviluppaw il-fidi. Stephanie, omm taʼ tlett ibniet, tgħid: “Minn meta wliedi kienu żgħar ħafna, jien kelli nistaqsi lili nnifsi, ‘Nitkellem maʼ wliedi dwar għala jien konvinta li Ġeħova jeżisti, dwar imħabbtu, u dwar il-mod ġust taʼ kif jagħmel l-affarijiet? Jistgħu wliedi jaraw b’mod ċar li jien inħobbu verament lil Ġeħova?’ Jekk jien m’iniex konvinta ma nistax nistenna li wliedi jkunu.”
-