LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kif Tista’ Tgħinek il-Bibbja?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Lezzjoni 1. Bibbja miftuħa.

      LEZZJONI 01

      Kif Tista’ Tgħinek il-​Bibbja?

      Kważi kulħadd isaqsi dwar għala neżistu, inbatu, immutu u kif se tkun il-​ħajja fil-​futur. Għandna bżonn l-​għajnuna wkoll biex insolvu problemi bħal li naqilgħu biżżejjed flus u kif ikollna familja ferħana. Ħafna nies isibu li l-​Bibbja hi t’għajnuna. Mhux biss għax tgħinhom iwieġbu mistoqsijiet importanti fil-​ħajja, imma anki għax tagħtihom pariri tajbin għall-​ħajja ta’ kuljum. Taħseb li l-​Bibbja tista’ tgħin lin-​nies?

      1. X’inhuma xi mistoqsijiet li twieġeb il-​Bibbja?

      Il-​Bibbja twieġeb dawn il-​mistoqsijiet importanti: Kif bdiet il-​ħajja? X’inhu l-​iskop tal-​ħajja? In-​nies għala jbatu? X’jiġri meta jmut xi ħadd? Jekk kulħadd irid il-​paċi, għala hawn ħafna gwerer? X’se jiġri minnha d-​dinja? Il-​Bibbja tinkuraġġina biex insaqsu l-​mistoqsijiet. Fil-​fatt miljuni ta’ nies huma sodisfatti bit-​tweġibiet li tagħti.

      2. Il-​Bibbja kif tista’ tgħinna ngawdu l-​ħajja ta’ kuljum?

      Il-​Bibbja ttina pariri tajbin. Pereżempju, tgħin lill-​familji jkunu vera ferħanin. Tgħidilna xi rridu nagħmlu meta nkunu stressjati u kif nistgħu nieħdu pjaċir bix-​xogħol tagħna. Int se tkun taf x’tgħallem il-​Bibbja dwar dawn is-​suġġetti u ħafna oħrajn hekk kif tiddiskuti dan il-​ktieb. Se tara wkoll kif ‘l-​Iskrittura kollha [kulma fiha l-​Bibbja] . . . se tgħinek.’​—2 Timotju 3:16.

      Din il-​pubblikazzjoni ma tiħux post il-​Bibbja. Minflok, tgħinek biex tara x’tgħid il-​Bibbja. Għalhekk, ninkuraġġuk biex taqra l-​iskritturi fil-​lezzjonijiet u tqabbilhom ma’ dak li qed titgħallem.

      TGĦALLEM IŻJED

      Ara kif il-​Bibbja għenet lin-​nies, kif tista’ tieħu pjaċir taqraha, u għala hu tajjeb li jkollok għajnuna biex tifhimha.

      3. Il-​Bibbja tista’ tiggwidana

      Il-​Bibbja hija bħal torċ. Tista’ tgħinna biex nieħdu deċiżjonijiet tajbin u tgħidilna x’se jiġri fil-​futur.

      Aqra Salm 119:​105, u mbagħad iddiskuti:

      • Kif kien iħares lejn il-​Bibbja min kiteb dan is-​salm?

      • Inti kif tħares lejha l-​Bibbja?

      Raġel miexi fuq il-blat fid-dlam u b’torċ qed jara x’hemm quddiemu.

      4. Il-​Bibbja tista’ twieġeb il-​mistoqsijiet tagħna

      Mara sabet li l-​Bibbja wieġbet il-​mistoqsijiet li inkwetawha għal ħafna snin. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

      VIDJOW: Qatt tieqaf tittama! (1:48)

      • Fil-​vidjow, il-​mara x’tip ta’ mistoqsijiet kellha?

      • Li tistudja l-​Bibbja kif għenha?

      Il-​Bibbja tinkuraġġina biex insaqsu l-​mistoqsijiet. Aqra Mattew 7:​7, u mbagħad iddiskuti:

      • X’mistoqsijiet għandek li l-​Bibbja tista’ twieġeb?

      5. Tista’ tieħu pjaċir taqra l-​Bibbja

      Ħafna nies jieħdu pjaċir jaqraw il-​Bibbja u jibbenefikaw minnha. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

      VIDJOW: Il-​Qari tal-​Bibbja (2:​05)

      • Fil-​vidjow, iż-​żgħażagħ kif ħassewhom dwar li jaqraw?

      • Għalkemm jiddejqu jaqraw, għala jieħdu pjaċir jaqraw il-​Bibbja?

      Il-​Bibbja ttina pariri li bihom inħossuna aħjar u li jagħtuna tama. Aqra Rumani 15:​4, u mbagħad iddiskuti:

      • Tixtieq tkun taf iżjed dwar din il-​wegħda?

      6. Oħrajn jistgħu jgħinuna nifhmu l-​Bibbja

      Ħafna sabu li apparti li jaqraw il-​Bibbja waħedhom, jgħinhom ukoll li jiddiskutuha m’oħrajn. Aqra Atti 8:​26-​31, u mbagħad iddiskuti:

      • Kif nistgħu nifhmu l-​Bibbja?​—Ara l-​versi 30 u 31.

      Grupp ta’ Stampi: 1. L-evanġelizzatur Filippu jispjega lir-raġel Etjopjan x’qed jaqra. 2. Waħda mix-Xhieda ta’ Ġeħova tiddiskuti l-Bibbja ma’ omm u ż-żewġt itfal tagħha.

      Ir-raġel Etjopjan kellu bżonn l-għajnuna biex jifhem x’kien qed jaqra. Ħafna nies illum isibuha t’għajnuna li jiddiskutu l-Bibbja m’oħrajn

      ĦAFNA JGĦIDU: “Li tistudja l-​Bibbja hu ħela ta’ ħin.”

      • Int kif twieġeb? Għala taħseb hekk?

      XI DDISKUTEJNA?

      Il-​Bibbja tagħti pariri għall-​ħajja ta’ kuljum, twieġeb mistoqsijiet importanti, tgħin lin-​nies iħossuhom aħjar, u ttihom tama għall-​futur.

      X’Tgħallimt

      • X’tip ta’ pariri tista’ ssib fil-​Bibbja?

      • X’inhuma xi mistoqsijiet li twieġeb il-​Bibbja?

      • X’tixtieq titgħallem mill-​Bibbja?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Sir af kif il-​pariri tal-​Bibbja huma tajbin għalina llum.

      “It-​tagħlim tal-​Bibbja ​—Għerf li jibqa’ jgħodd” (It-​Torri tal-​Għassa Nru. 1 2018)

      Ara kif il-​Bibbja għenet lil raġel li kien ibati minn kif kien iħossu minn mindu kien żgħir.

      Kif Bdiet il-​Ħajja Ġdida u Ferħana Tiegħi (2:​53)

      Ara l-​pariri tajbin tal-​Bibbja għall-​familja.

      “12-​il sigriet ta’ familji li jirnexxu” (Stenbaħ! Nru. 2 2018)

      Tgħallem kif il-​Bibbja tikkoreġi l-​idea żbaljata li ħafna għandhom dwar min imexxi d-​dinja.

      Għala għandek tistudja l-​Bibbja?​—Verżjoni twila (3:​14)

  • Il-Bibbja Hi l-Messaġġ t’Alla Għalina
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 1. Jekk il-​Bibbja nkitbet min-​nies, għala ngħidu li ġiet minn Alla?

      Il-​Bibbja nkitbet minn madwar 40 raġel differenti. L-​ewwel ktieb inkiteb madwar 3,500 sena ilu u l-​aħħar ktieb madwar 1,900 sena ilu. Avolja dawn l-​irġiel kienu minn backgrounds differenti, dak li kitbu xorta kien jaqbel. Dan kif jista’ jkun? Għax huwa Alla li kiteb il-​Bibbja. (Aqra l-​1 Tessalonikin 2:13.) Dawn l-​irġiel ma kitbux dak li ħasbu huma. Minflok, huma “tkellmu minn Alla skond kif tmexxew mill-​ispirtu qaddis.”a (2 Pietru 1:21) Bl-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis, Alla uża lil dawn l-​irġiel biex jiktbu l-​ħsibijiet tiegħu.​—2 Timotju 3:16.

  • Il-Bibbja Hi l-Messaġġ t’Alla Għalina
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 4. Il-​Bibbja tgħidilna min kitibha

      Ara l-​VIDJOW. Imbagħad aqra t-​2 Timotju 3:​16, u ddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

      VIDJOW: Min hu l-​Awtur tal-​Bibbja?​—Parti mill-​Vidjow (2:​48)

      • Jekk in-​nies kitbu l-​Bibbja, għala ngħidulha l-​Kelma t’Alla?

      • Temmen li Alla għadda l-​ħsibijiet tiegħu lin-​nies biex jiktbuhom? Għala taħseb hekk?

      Raġel jgħid lis-segretarju tiegħu x’qed jaħseb waqt li s-segretarju qed jikteb dak li qed jgħid f’ittra.

      Persuna tista’ tagħti lis-segretarju messaġġ x’jikteb. Bl-istess mod, in-nies kitbu l-Bibbja, imma l-messaġġ tagħha kien minn Alla

  • Il-Bibbja Hi l-Messaġġ t’Alla Għalina
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja