-
Tikkwalifika Int Biex Taqdi?It-Torri tal-Għassa—1990 | Diċembru 1
-
-
16. (a) X’inhu meħtieġ biex tkun moderat fid-drawwiet? (b) Anzjan kif jistaʼ juri rażna fuqu nnifsu?
16 Moderat fid-drawwiet; jikkontrolla lilu nnifsu. (1 Timotew 3:2; Titus 1:8) Anzjan għandu jkun jaf jikkontrolla lilu nnifsu, mhux imjassar għal drawwiet ħżiena. Meta jiffaċċja xi provi, Alla se jgħinu biex iżomm il-bilanċ jekk hu jitlob bħalma għamel is-salmista: “Tnikkit taʼ qalbi immoltiplikaw; mill-pressjonijiet taʼ fuqi O oħroġni.” (Salm 25:17) Indokratur għandu jitlob ukoll għall-ispirtu t’Alla u juri l-frott tiegħu, inkluża r-rażna tiegħu nnifsu. (Luqa 11:13; Galatin 5:22, 23) Li jżomm ħsibijiet, kliem, u azzjonijiet ikkontrollati se jgħin lil anzjan jevita estremi hekk kif jipprovdi gwida spiritwali għall-kongregazzjoni.
-
-
Tikkwalifika Int Biex Taqdi?It-Torri tal-Għassa—1990 | Diċembru 1
-
-
19. Billi hu ospitabbli, x’jagħmel wieħed anzjan?
19 Ospitabbli. (1 Timotew 3:2; Titus 1:8) Anzjan ‘isegwi l-korsa tal-ospitalità.’ (Rumani 12:13; Ebrej 13:2) Il-kelma Griega għal “ospitabbli” litteralment tfisser “jieħu pjaċir bl-istranġieri.” B’hekk, l-anzjan ospitabbli jilqaʼ wħud ġodda għal-laqgħat Kristjani, billi juri l-istess interess fil-fqar bħalma juri f’dawk li huma materjalment prosperużi. Huwa ospitabbli maʼ dawk li jivvjaġġaw fl-interess tal-Kristjanità u jibgħathom fi triqithom “b’manjiera xierqa għal Alla.” (3 Ġwann 5-8) Tabilħaqq, anzjan juri ospitalità b’mod speċjali maʼ adoraturi sħabu skond il-bżonn tagħhom u skond ma jippermettu ċ-ċirkostanzi tiegħu.—Ġakbu 2:14-17.
-
-
Tikkwalifika Int Biex Taqdi?It-Torri tal-Għassa—1990 | Diċembru 1
-
-
23. (a) Kif tiddefinixxi “wieħed li jħobb is-sewwa”? (b) Li jkun twajjeb xi jfisser?
23 Wieħed li jħobb is-sewwa; twajjeb. (Titus 1:8) Biex jikkwalifika bħala anzjan, raġel irid iħobb is-sewwa u jkun twajjeb. Wieħed li jħobb is-sewwa jħobb dak li hu tajjeb fil-ħarsa taʼ Jehovah, iwettaq opri ħanina u taʼ għajnuna, u juri apprezzament għas-sewwa taʼ oħrajn. (Luqa 6:35; qabbel Atti 9:36, 39; 1 Timotew 5:9, 10.) Li tkun twajjeb ifisser li tkun fi qbil mal-liġijiet u l-livelli t’Alla. Fost affarijiet oħra, raġel bħal dan hu imparzjali u jżomm affarijiet taʼ tjieba, puri, u taʼ virtù f’moħħu. (Luqa 1:6; Filippin 4:8, 9; Ġakbu 2:l-9) Ladarba s-sewwa hija differenti mit-tjieba f’li hija tagħmel iżjed milli tirrikjedi l-ġustizzja, wieħed li jħobb is-sewwa jagħmel iżjed għal oħrajn milli hu mitlub minnu.—Mattew 20:4, 13-15; Rumani 5:7.
24. Li jkun lejali x’jitlob?
24 Lejali. (Titus 1:8) Raġel ikkwalifikat bħala anzjan iżomm devozzjoni li ma tinkisirx lejn Alla u jżomm mal-liġi divina, minkejja kif tiġi ppruvata l-integrità tiegħu. Hu jagħmel dak li Jehovah jistenna minnu u dan jinkludi li jaqdi bħala xandâr lejali tas-Saltna.—Mattew 24:14; Luqa 1:74, 75; Atti 5:29; 1 Tessalonkin 2:10.
-