LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w20 Lulju p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Materjal Simili
  • Issiru “saltna ta’ qassisin”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Ġeħova bassar il-​patt il-​ġdid
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
  • Apprezza l-Privileġġ li Taqdi lil Ġeħova fit-Tempju Spiritwali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Int Tistaʼ Tibbenefika mill-​Patt il-​Ġdid
    Il-Kelma t’Alla Għalina Permezz taʼ Ġeremija
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
w20 Lulju p. 31

Mistoqsijiet mill-Qarrejja

Ġesù meta sar il-Qassis il-Kbir?

L-​evidenza turi li Ġesù sar il-​Qassis il-​Kbir meta tgħammed fis-​sena 29. Dan kif nafuh? Fil-​magħmudija tiegħu, Ġesù kien lest li jagħti ħajtu bħala sagrifiċċju fuq l-​artal li jirrappreżenta “r-​rieda” t’Alla. (Gal. 1:4; Ebr. 10:5-​10) L-​artal kien parti importanti mit-​tempju. Ladarba dan l-​artal simboliku beda jeżisti minn meta tgħammed Ġesù, it-​tempju spiritwali l-​kbir taʼ Ġeħova, milli jidher beda jeżisti minn dakinhar ukoll. It-​tempju spiritwali l-​kbir taʼ Ġeħova jirrappreżenta dak kollu li hemm bżonn biex inqimuh bl-​aħjar mod fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù.—Mt. 3:16, 17; Ebr. 5:4-​6.

It-​tempju spiritwali l-​kbir kellu bżonn qassis il-​kbir. Għalhekk, Ġeħova “bl-​ispirtu qaddis u bil-​qawwa” għażel lil Ġesù biex ikun il-​qassis il-​kbir. (Atti 10:37, 38; Mk. 1:9-​11) Imma kif nistgħu nkunu ċerti li Ġesù ntgħażel bħala l-​Qassis il-​Kbir qabel ma miet u ġie rxoxtat? L-​eżempju taʼ Aron u l-​qassisin il-​kbar li ġew warajh se jgħinna biex inwieġbu din il-​mistoqsija.

Il-​Liġi li Ġeħova ta lil Mosè qalet li l-​qassis il-​kbir biss setaʼ jidħol fl-​Iktar Qaddis tat-​tinda u, iktar tard, fl-​Iktar Qaddis tat-​tempju. L-​Iktar Qaddis kien separat permezz taʼ purtiera mill-​Qaddis. F’Jum it-​Tpattija, il-​qassis il-​kbir kien jidħol fl-​Iktar Qaddis. (Ebr. 9:1-​3, 6, 7) Aron u l-​qassisin il-​kbar li ġew warajh kienu jkunu magħżulin minn Ġeħova qabel ma kienu jidħlu minn quddiem il-​purtiera għal ġol-​Iktar Qaddis. Bl-​istess mod, Ġesù kellu jkun magħżul minn Ġeħova bħala l-​Qassis il-​Kbir qabel ma miet, u mbagħad daħal mill-​“purtiera, jiġifieri, laħmu,” għall-​ħajja fis-​sema. (Ebr. 10:20) Minħabba dan, l-​appostlu Pawlu qal li Ġesù ġie “bħala qassis il-​kbir” u “għadda mit-​tinda li hi akbar u iktar perfetta u mhux magħmula bl-​idejn,” u “fis-​sema stess.”—Ebr. 9:11, 24.

Hemm differenza bejn meta l-​patt il-​ġdid ġie validu u meta ġie inawgurat?

Le. Għala? Għax meta Ġesù telaʼ s-​sema u offra għalina l-​ħajja perfetta tiegħu, hu għamel l-​ewwel pass mit-​tlieta li kien se jagħmel il-​patt il-​ġdid validu, jew jiswa legalment. Dawn l-​istess passi inawguraw il-​patt il-​ġdid, jiġifieri l-​patt il-​ġdid beda jaħdem. Dawn il-​passi x’kienu?

L-​ewwel, Ġesù deher quddiem Ġeħova. It-​tieni, Ġesù ppreżenta l-​valur tas-​sagrifiċċju tiegħu lil Ġeħova fis-​sema. U t-​tielet, Ġeħova aċċetta l-​valur tad-​demm imxerred taʼ Ġesù. Qabel ma ttieħdu dawn il-​passi, il-​patt il-​ġdid ma bediex jaħdem.

Il-​Bibbja ma tgħidilniex eżatt meta Ġeħova aċċetta l-​valur tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù. Allura, ma nistgħux ngħidu eżatt meta l-​patt il-​ġdid ġie validu u meta ġie inawgurat. Imma, aħna nafu li Ġesù telaʼ s-​sema għaxart ijiem qabel Pentekoste tas-​sena 33. (Atti 1:3) Matul dawk l-​għaxart ijiem, hu ppreżenta l-​valur tas-​sagrifiċċju tiegħu, u Ġeħova aċċettah. (Ebr. 9:12) Dak li ġara fʼPentekoste wera ċar li l-patt il-ġdid beda jaħdem. (Atti 2:1-​4, 32, 33) Dakinhar, deher ċar li l-​patt il-​ġdid ġie inawgurat.

Fil-​qosor, il-​patt il-​ġdid kien ġie validu u inawgurat wara li Ġeħova aċċetta l-​valur tad-​demm imxerred taʼ Ġesù u daħħal lill-midlukin fʼdan il-patt. Imbagħad, il-​patt il-​ġdid beda jaħdem permezz tal-​Qassis il-​Kbir, Ġesù, bħala l-​Medjatur.—Ebr. 7:25; 8:1-​3, 6; 9:13-​15.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja