Il-Final li Ġej tal-“Ktieb tal-Gwerer taʼ Jehovah”
“Jintqal fil-ktieb tal-Gwerer taʼ Jehovah.”—NUMRI 21:14.
1, 2. F’liema okkażjoni tal-qedem Jehovah wera lill-Eġizzjani li hu kien Alla gwerrier, u kif għamel dan?
FTIT li xejn hu apprezzat min-nies tal-lum li dak Alla tal-Bibbja, Jehovah, hu gwerrier, persuna raġel tal-gwerra. Dan il-fatt ġie dramatizzat meta hu ħeles lill-poplu tiegħu tal-qedem mill-oppressjoni fl-Eġittu. Farawni kien ġie mqanqal mill-għadu inviżibbli taʼ dak il-poplu, Satana x-Xitan, biex jipprova jħaddimhom għall-mewt. Issa, billi kien irrealizza x’kien se jitlef billi jħalli l-Iżraeliti jmorru ħielsa, Farawni u l-qawwiet militari tiegħu telqu għal warajhom.
2 Farawni, madankollu, ma għarafx li dak Alla tal-Iżraeliti setaʼ jsir Alla gwerrier sabiex jeħles lill-poplu Tiegħu. Hekk kif il-forzi Eġizzjani kienu għaddejjin bil-għaġla minn ġol-art niexfa tal-Baħar l-Aħmar biex b’vendetta jilħquhom, dak Alla tal-Iżraeliti fil-periklu ħa azzjoni u għarraq lill-irġiel bil-karrijiet u biż-żwiemel, billi ħalla l-ħitan taʼ ilmijiet jaqgħu fuq il-passaġġ taʼ ħarba li kien ġie miftuħ b’mod mirakoluż għall-Iżraeliti.—Eżodu 14:14, 24-28.
3. Fil-għanja tagħhom taʼ rebħa, l-Iżraeliti ikkaratterizzaw lil Jehovah bħala liema xorta taʼ Alla, imma liema fatt jinjoraw il-ġnus tal-lum?
3 Salvi fuq ix-xatt tal-Lvant tal-Baħar l-Aħmar, l-Iżraeliti se jtiru bil-ferħ kantaw għanja taʼ rebħa, billi eżaltaw lill-Ħellies tagħhom tas-sema: “Ħallini nkanta lil Jehovah, għax hu sar imfaħħar fil-għoli. Iż-żiemel u r-rikkieb tiegħu huwa xeħet ġewwa l-baħar. Saħħti u s-setgħa tiegħi hu Jah, ladarba jservi għas-salvazzjoni tiegħi. Dan hu Alla tiegħi, u jien se nfaħħru; Alla taʼ missieri, u jien se ngħollih ’il fuq. Jehovah hu persuna raġel tal-gwerra. Jehovah hu ismu. Il-karrijiet taʼ Farawni u l-qawwiet militari tiegħu ġew mitfugħin ġewwa l-baħar, u l-għażla tal-gwerriera tiegħu ġew imgħarrqin fil-Baħar l-Aħmar.” (Eżodu 15:l-4) Hemm fil-Baħar l-Aħmar, Jehovah wera lilu nnifsu bħala gwerrier li kapaċi jagħmel egħmejjel spettakulari. Dan il-fatt ġie njorat mill-ġnus tad-dinja.
4, 5. Dawk it-12-il tribù taʼ Iżrael se jtiru bil-ferħ ħarġu minn liema antenat komuni, u l-ħabib taʼ min sar dan il-wieħed u minħabba f’liema kwalità?
4 Il-profeta Mosè, li mexxa l-kant taʼ dik il-għanja mnebbħa, tkellem dwar Jehovah bħala “Alla taʼ missieri.” L-Ebrew Abraham kien antenat notevoli tal-ġens taʼ Iżrael. Minnu, permezz taʼ Iżakk u Ġakobb u t-12-il ulied subien taʼ Ġakobb, ħarġu t-12-il tribù taʼ Iżrael. Abraham wera li kien adoratur eżemplari taʼ Alla Jehovah. Kien raġel taʼ fidi tant qawwija li meta Jehovah sejjaħlu biex iħalli daru f’Ur tal-Kaldin, hu bla ma qagħad jaħsibha erħielha lejn l-art li Jehovah kien se jurih, fiduċjuż li Alla kien se jwettaq il-wegħda Tiegħu biex jagħtiha lilu u lil nislu.
5 Minħabba l-fidi meraviljuża taʼ Abraham, Jehovah wiegħed li jagħti lil Abraham “żerriegħa,” jew nisel, li permezz tagħha l-familji kollha tal-art, inklużi l-familji tal-lum, kellhom ibierku lilhom infushom. (Ġenesi 12:2, 3; 22:17, 18) Abraham inġab f’relazzjoni tant intima maʼ Alla tiegħu li hu kien magħruf bħala “l-ħabib taʼ Jehovah,” billi Alla nnifsu sejjaħ lil dak il-patrijarka lejali “l-ħabib tiegħi.”—Ġakbu 2:23; Isaija 41:8.
6. Għalkemm kien jiġġerra fil-paċi fl-Art Imwiegħda, Abraham kif wera li kien ġellied li jafda f’Jehovah?
6 Għalkemm iġġerra bħala stranġier fl-Art Imwiegħda, Abraham wera li hu setaʼ jaġixxi taʼ ġellied, gwerrier. Darba minnhom erbaʼ slaten minn barra invadew l-Art Imwiegħda u ħadu magħhom lil Lot, in-neputi taʼ Abraham, u lill-familja taʼ Lot. Abraham, imqanqal minn rabtiet qawwija tal-familja, ramaʼ 318 mill-qaddejja rġiel tiegħu, u flimkien maʼ rinforzi minn tlieta mill-allejati lokali tiegħu, Aner, Exkol, u Mamre, hu ġera wara l-ħallelin. Billi attakkahom b’sorpiża bil-lejl, Abraham u l-ġemgħa tiegħu għelbu lil dawk li invadew, avolja huma kienu forza ħafna iżjed superjuri. “Tbiċċir taʼ slaten” irriżulta. (Ebrej 7:1; Ġenesi 14:13-17) Abraham ħeles lil Lot u l-familja tiegħu u ħa lura dak kollu li kien insteraq.
7-9. (a) Lil liema qassis żar Abraham, u x’barka akkwista? (b) Abraham kif wera li hu ried jintgħamel sinjur biss minn dak Alla l-Iktar Għoli? (ċ) Kif ikkonfermat minn Melkiżedek, min ta lil Abraham ir-rebħa militari?
7 Abraham għaraf li l-bravura militari tiegħu kienet spiċċat b’suċċess biss bil-għajnuna taʼ Alla Jehovah, u matul il-vjaġġ trijonfali tiegħu lura lejn id-dar, hu setaʼ jirrikonoxxi pubblikament dak il-fatt. Hu kien jaf li l-qassis approvat taʼ Alla tiegħu kien jinsab fil-belt taʼ Salem. Għalhekk immarċja lejn dik il-belt. Il-parti aħħarija taʼ Ġenesi kapitlu 14 tinfurmana dwar x’ġara wara dan:
8 “U Melkiżedek sultan taʼ Salem ġieb ’il barra ħobż u nbid, u hu kien qassis taʼ dak Alla l-Iktar Għoli. Imbagħad bierku u qallu: ‘Ikun imbierek Abram taʼ dak Alla l-Iktar Għoli, Dak li Pproduċa s-sema u l-art; u jkun imbierek dak Alla l-Iktar Għoli, li wassal lill-opponenti tiegħek ġewwa idek!’ U Abram tah għaxra minn kull ħaġa. Wara dan is-sultan taʼ Sodom qal lil Abram: ‘Agħtini l-erwieħ, imma ħu l-affarijiet għalik innifsek.’ Għal dan Abram qal lis-sultan taʼ Sodom: ‘Nerfagħha lil idi f’ħalfa lil Jehovah dak Alla l-Iktar Għoli, Dak li Pproduċa s-sema u l-art, li, minn ħajta sa lazz tas-sandli, le, jien ma se nieħu xejn minn dak li hu tiegħek, sabiex int ma tmurx tgħid, “Kont jien li għamilt lil Abram għani.” Xejn għalija! Dak biss li diġà kielu ż-żgħażagħ, u s-sehem tal-irġiel li ġew miegħi Aner, Exkol u Mamre—ħallihom jieħdu sehemhom.’”—Ġenesi 14:18-24.
9 Kif juru dawn il-versi, Melkiżedek, il-qassis irjali tal-belt taʼ Salem, ikkonferma l-konvinzjoni taʼ Abraham li kien Alla l-Iktar Għoli li ġġieled għalih u għall-qawwiet tiegħu u tah ir-rebħa. Is-Sultan Qassis Melkiżedek ma naqqasx mill-parti taʼ Jehovah f’din il-ħaġa.
Il-Ktieb tal-Gwerer taʼ Jehovah
10. Fejn tissemma l-ewwel gwerra fil-Bibbja, u għala kienet biss il-bidu tal-gwerer vittorjużi taʼ Jehovah?
10 Id-deskrizzjoni f’Ġenesi 14 tal-invażjoni tal-Art Imwiegħda u r-rebħa taʼ Abraham fuq dawk li invadew u li kienu armati hija l-ewwel rakkont taʼ gwerra fl-Iskrittura Mqaddsa. B’hekk, iktar minn erbaʼ mitt sena qabel il-bravura tiegħu ħdejn il-Baħar l-Aħmar, Jehovah wera lilu nnifsu bħala gwerrier, “persuna raġel tal-gwerra.” Madankollu, dak kien biss il-bidu. Rebħiet bil-wisq akbar u iżjed rinomati kellhom jiġu wara, inkluża waħda finali f’din il-“konklużjoni tas-sistema taʼ affarijiet.”—Mattew 24:3.
11. X’inhu “l-ktieb tal-Gwerer taʼ Jehovah” imma fejn iżjed hemm abbundanza taʼ rakkonti dwar il-bravuri militari tiegħu?
11 Skond ma jintqal f’Numri 21:14, “ktieb tal-Gwerer taʼ Jehovah” ġie miktub. Din il-kitba, jew storja taʼ min joqgħod fuqha, tal-gwerer t’Alla għan-nom tal-poplu tiegħu, x’aktarx kellha l-bidu tagħha b’din il-battalja għan-nom tal-lejali Abraham. Mosè kien jaf dwar dan il-ktieb imma ma jagħtiniex iktar dettalji dwaru. Għaldaqstant, m’aħniex infurmati dwar il-modi kollha fejn Jehovah wera lilu nnifsu gwerrier matul il-perijodu taʼ żmien li jkopri dak il-ktieb tal-Gwerer taʼ Jehovah. Madankollu minn mindu ssemma dak il-ktieb, inkiteb il-porzjon ewlieni tal-Bibbja Mqaddsa, u dan jagħtina ħafna rakkonti tal-bravuri militari taʼ Jehovah.
Melkiżedek Akbar—Gwerrier
12. Melkiżedek iffigura lil liema Uffiċjal akbar taʼ dak Alla l-Iktar Għoli, u liema salm ikkomponut minn David huwa indirizzat lil dan il-wieħed bħala qassis u gwerrier’
12 Wara li Abraham għeleb lil Ċedorlaomer u lis-slaten imseħbin miegħu, Melkiżedek bierku. Is-Sultan Qassis Melkiżedek b’mod profetiku ta stampa taʼ Wieħed li kellu jkun il-Qassis il-Kbir taʼ dak Alla l-Iktar Għoli kif ukoll gwerrier setgħan appoġġjat minn dak Alla Suprem. Salm 110, ikkomponut taħt ispirazzjoni mis-sultan gwerrier David, huwa indirizzat lil dan il-Wieħed akbar minn Melkiżedek taʼ Salem meta jgħid: “Il-bastun tal-qawwa tiegħek Jehovah se jibgħat ’il barra minn Sijon, billi jgħid: ‘Mur rażżan f’nofs l-egħdewwa tiegħek.’ Jehovah ħalef (u ma se jħoss ebda dispjaċir): ‘Int qassis għal żmien indefinit skond l-ordni taʼ Melkiżedek!’ Jehovah innifsu fuq il-leminija tiegħek żgur li se jkisser lil slaten f’biċċiet f’jum il-għadab tiegħu.”−Salm 110:2, 4, 5.
13. F’Ebrej kapitli 7 u 8, il-Wieħed akbar minn Melkiżedek tal-qedem huwa identifikat bħala min, u f’liema post għoli daħal dan il-Wieħed u b’liema xorta taʼ sagrifiċċju?
13 Il-kittieb imnebbaħ tal-ktieb taʼ Ebrej irrivela l-identità taʼ dak il-Wieħed li lilu kienu verament indirizzati dawk il-kelmiet meta qal: “Wieħed li jiġri quddiem daħal għalina, Ġesù, li sar qassis il-kbir skond il-manjiera taʼ Melkiżedek għal dejjem.” (Ebrej 6:20) Fil-kapitlu taʼ wara taʼ Ebrej, il-kobor taʼ Melkiżedek tal-qedem jiġi spjegat. Imma l-kobor saċerdotali tiegħu hu, xorta waħda, issuperat minn dak il-Wieħed li hu kien jiffigura bil-quddiem, Ġesù Kristu rxoxtat u gglorifikat, li daħal fil-preżenza qaddisa taʼ Alla Jehovah innifsu bil-valur taʼ sagrifiċċju bil-wisq iżjed grandjuż minn kwalunkwe ħaġa li s-Sultan Qassis Melkiżedek taʼ Salem setaʼ qatt offra.—Ebrej 7:l-8:2.
14. Awtorizza Melkiżedek Akbar lill-kleru tal-Kristjaneżmu biex jieħdu sehem fl-attentati militari tal-hekk imsejħa ġnus Kristjani?
14 Il-qassis irjali Melkiżedek bierek gwerrier, il-vittorjuż Abraham. Imma xi ngħidu dwar Melkiżedek Akbar—il-Fundatur tal-Kristjanità vera? Il-kleru tal-Kristjaneżmu jgħidu li jirrappreżentaw lil Ġesù Kristu f’li jbierku l-armati taʼ ġnus hekk imsejħa Kristjani u jitolbu għalihom. Imma l-Qassis il-Kbir taʼ Jehovah fis-sema appoġġjah lill-kleru tal-Kristjaneżmu f’dan? Aċċetta hu b’hekk ir-responsabbiltà għat-tixrid kollu taʼ demm li seħħ matul l-hekk imsejħa Era Kristjana, inkluż id-demm li ġie mxerred matul l-Ewwel u t-Tieni Gwerer Dinjin? Assolutament le! Hu fl-ebda żmien ma awtorizza lid-dixxipli tiegħu biex jagħmlu lilhom infushom parti minn did-dinja u jingħaqdu fil-militariżmu taʼ tixrid taʼ demm tagħha.
Alla l-Gwerrier Jagħmel Isem Sabiħ Għalih Innifsu
15, 16. Jehovah x’għamel għalih innifsu meta ġġieled għall-poplu tiegħu biex jeħlishom mill-Eġittu?
15 Neħemija 9:10 jirreferi għal meta Jehovah ħeles lit-12-il tribù taʼ Iżrael mill-Eġittu, billi jgħid: “Imbagħad inti tajt sinjali u mirakli kontra Farawni u l-qaddejja kollha tiegħu u n-nies kollha taʼ artu, għax int kont taf li huma aġixxew bi prużunzjoni kontrihom [l-Iżraeliti]; u int issoktajt tagħmel isem għalik innifsek bħal f’dan il-jum.”−Qabbel Eżodu 14:18.
16 Il-profeta Isaija jirreferi għall-kwalità taʼ dan l-isem meta jitkellem dwar Jehovah bħala “Dak li jagħmel id-driegħ sabiħ Tiegħu jmur maʼ id il-leminija taʼ Mosè; Dak li jifred l-ilmijiet minn quddiemhom sabiex jagħmel isem li jdum indefinittivament għalih stess.” U billi jindirizza lil Jehovah, hu jgħid: “B’hekk int mexxejt lill-poplu tiegħek sabiex tagħmel isem sabiħ għalik stess.” (Isaija 63:12-14) Billi jappella lil Jehovah biex jaġixxi mill-ġdid għall-poplu tiegħu, Danjel indirizzah bħala “int li ħriġt lill-poplu tiegħek ’il barra mill-art tal-Eġittu b’id qawwija u ssoktajt tagħmel isem għalik innifsek f’dan il-jum.”—Danjel 9:15; Ġeremija 32:20.
17. Jehovah lil min se jibgħat ‘il quddiem biex jiġġieled f’ismu, u b’hekk x’se jurihom lill-ġnus kollha llum?
17 Meta jasal il-waqt, Alla Jehovah se jibgħat ’il quddiem lil Ġesù Kristu, Melkiżedek Akbar, bħala gwerrier setgħan. Permezz tiegħu, Jehovah se jagħmel isem għalih innifsu li jissupera kwalunkwe ħaġa fil-passat kif deskritta fil-ktieb tal-Gwerer taʼ Jehovah jew fl-Iskrittura Ebrajka tal-Bibbja Mqaddsa. Fl-aħħar kapitlu tal-ktieb taʼ qabel tal-aħħar tal-Iskrittura Ebrajka, attakk internazzjonali kontra Ġerusalemm huwa mbassar. Imbagħad, skond Żakkarija 14:3, “Jehovah ċertament li se jmur ’il quddiem u jiggwerra kontra dawk il-ġnus bħal fil-jum tal-iggwerrar tiegħu, f’jum il-ġlied.” B’dan il-mod Dak Alla tal-Bibbja se juri lill-ġnus moderni kollha li hu għadu Alla l-gwerrier li kien fil-jiem taʼ Iżrael tal-qedem.
18, 19. Liema Ġerusalemm se tkun suġġetta għal attakk minn kull naħa mill-ġnus?
18 Dan hu prospett li għad irid jiġi. Imma liema Ġerusalemm se ssofri attakk bħal dan minn kull naħa? Il-profezija ma twettqitx fuq Ġerusalemm taʼ żmien Żakkarija. Dik il-belt ġiet meqruda mill-armati taʼ Ruma fis-70 E.K. Ġerusalemm madankollu nbniet mill-ġdid, u llum hija meqjusa bħala sagra mill-Kristjaneżmu kif ukoll mill-ġens taʼ Iżrael tal-laħam. Fil-gwerra taʼ sitt ijiem tal-1967, Iżrael tal-laħam ħadu pussess taʼ Ġerusalemm tal-art kollha, li ġiet mibnija mill-ġdid. Madankollu, m’hemmx nitfa evidenza li Alla Jehovah ħa xi sehem fil-ġlied dak in-nhar. Is-Sultan tiegħu fuq it-tron, Ġesù Kristu, ma jirrenjax f’Ġerusalemm tal-art, u m’għadhiex “il-belt tas-Sultan il-kbir,” jiġifieri, taʼ Jehovah.—Mattew 5:35.
19 Le, din il-belt kapitali uffiċċjali tal-membru Lhudi tal-Ġnus Magħquda mhix il-Ġerusalemm imsemmija fil-profezija taʼ Żakkarija. Minflok, Żakkarija qed jirreferi għall-Ġerusalemm li naqraw dwarha fil-ktieb taʼ Ebrej. Hemm, Pawlu jindirizza Kristjani midlukin u jgħid: “Intom ersaqtu lejn Muntanja Sijon u belt taʼ Alla l-ħaj, Ġerusalemm tas-sema, u mirjadi taʼ anġli.” (Ebrej 12:22) Din il-Ġerusalemm tas-sema m’hi xejn għajr is-Saltna Messjanika t’Alla, irrappreżentata fuq l-art illum minn grupp żgħir taʼ Kristjani midlukin li jħaddnu t-tama li jkunu mexxejja sħab maʼ Ġesù Kristu f’dik is-Saltna. Dawn se jkunu l-mira taʼ dak l-attakk ipprofetizzat.
20. Xi kliem qal is-Sultan Ħeżekija lill-poplu mhedded tiegħu biex isaħħaħhom, u bil-kliem taʼ liema Sultan akbar minn Ħeżekija jsaħħu lilhom infushom ix-Xhieda taʼ Jehovah illum?
20 Madankollu, la dawn u lanqas il-folla kbira taʼ Kristjani bit-tama għall-art li ġew mill-ġnus kollha biex jingħaqdu magħhom fil-qima pura ma għandhom għalfejn jibżgħu mir-riżultat taʼ dan l-attakk. Meta l-armati li jqanqlu l-biżaʼ taʼ Sennakerib, sultan tal-Assirja, ġew kontra Ġerusalemm matul ir-renju tas-Sultan Ħeżekija, l-Iżraeliti fil-periklu ngħataw ħarsa li sserraħ il-moħħ tas-sitwazzjoni meta s-Sultan Ħeżekija qalilhom: “Miegħu hemm driegħ tal-laħam, imma magħna hemm Jehovah Alla tagħna biex igħinna u biex jiġġieled il-battalji tagħna.” Ir-riżultat kien li “n-nies bdew jitqawwew maʼ kliem Ħeżekija s-sultan taʼ Ġuda.” (2 Kronaki 32:8) Ix-Xhieda taʼ Jehovah tal-lum, meta jkunu mhedda mill-forzi nazzjonali tas-sistema taʼ did-dinja, jistgħu jsaħħu lilhom infushom bi kliem simili minn sultan akbar minn Ħeżekija, Ġesù Kristu.
21. (a) Il-kliem taʼ Ġaħażjel għala se jiġi miftakar matul l-attakk li ġej fuq Ġerusalemm tas-sema? (b) X’se jkun ir-riżultat tal-battalja li trid tiġi miġġielda?
21 F’dak iż-żmien, il-kliem li jqanqal il-fidi taʼ Ġaħażjel il-Levita se jiġi miftakar: “Ma jkollkomx bżonn tiġġieldu din id-darba. Ħudu postkom, ieqfu dritti u araw is-salvazzjoni taʼ Jehovah għalikom. O Ġuda u Ġerusalemm, tkunux beżgħana jew imwerwrin. Għada oħorġu kontrihom, u Jehovah ikun magħkom.” (2 Kronaki 20:17) Iva, matul dak iż-żmien perikoluż, Jehovah se jkun mal-poplu tiegħu. Il-ħarsien u l-ħelsien tagħhom se jiddependu fuq li hu jiġġieled għalihom. U hekk se jagħmel, permezz tas-Sultan gwerrier tiegħu, Ġesù Kristu! Ir-riżultat? Il-qerda totali tal-organizzazzjoni viżibbli tax-Xitan fuq l-art.—Rivelazzjoni 19:1l-21.
22. (a) X’se tkun il-konklużjoni trijonfanti tal-ktieb tal-Gwerer taʼ Jehovah, u b’hekk Jehovah x’se jagħmel għalih innifsu? (b) X’se jiġu mqanqlin biex jagħmlu dawk li jħobbu l-isem taʼ Jehovah bil-vittorja tiegħu?
22 X’isem sabiħ Alla se jagħmel għalih innifsu bir-rebħa tiegħu li tqanqal l-istagħġib f’din “il-gwerra tal-jum il-kbir taʼ Alla li Jistaʼ Kollox” f’Ħar-Magedon! (Rivelazzjoni 16:14, 16) Kapitlu ġdid, bħal li kieku, se jiżdied mal-ktieb tal-Gwerer taʼ Jehovah. Se tkun konklużjoni trijonfanti, final grandjuż rigward din is-sistema taʼ affarijiet. Il-ktieb kollu se juri li Alla li Jistaʼ Kollox qatt ma tilef battalja waħda. Kemm se jgħajtu bil-ferħ dawk li jħobbu l-isem taʼ Jehovah huma u jfaħħruh wara dan! Imbagħad, tabilħaqq, l-aħħar vers tal-ktieb taʼ Salmi se jitwettaq b’mod grandjuż: ”Kull ħaġa li tieħu n-nifs—ħalliha tfaħħar lil Jaħ. Faħħru lil Jaħ!”−Salm 150:6.
Mistoqsijiet għal Reviżjoni
◻ Nies tal-lum x’jonqsu li japprezzaw dwar dak Alla tal-Bibbja, Jehovah?
◻ Xi gwerra ġġieled Abraham, u min tah ir-rebħa?
◻ X’inhu “l-ktieb tal-Gwerer taʼ Jehovah”?
◻ X’se jkun il-final tal-“ktieb tal-Gwerer taʼ Jehovah,” u fiex se jirriżulta?