-
Il-Bibbja X’Tgħid Dwar ix-Xogħol u l-Flus?Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
2. Kif għandna nqisu l-flus?
Il-Bibbja tgħid li “l-flus huma protezzjoni.” Imma tgħidilna wkoll li ma nistgħux inkunu ferħanin bil-flus biss. (Ekkleżjasti 7:12) Għalhekk, il-Bibbja tinkuraġġina biex ma nħobbux il-flus, imma biex ‘inkunu kuntenti b’dak li għandna.’ (Aqra Ebrej 13:5.) Meta nkunu kuntenti b’dak li għandna, mhux se nkunu mdejqin għax irridu iżjed. Aħna nevitaw dejn li m’għandniex bżonn. (Proverbji 22:7) U aħna nevitaw il-perikli li nilagħbu l-flus u li ninvestu l-flus b’riskju biex insiru sinjuri malajr.
-
-
Il-Bibbja X’Tgħid Dwar ix-Xogħol u l-Flus?Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
5. Li nkunu kuntenti b’li għandna se jgħinna
Ħafna nies jagħmlu dak li jistgħu biex jaqilgħu ħafna flus. Imma l-Bibbja ttina parir differenti. Aqra l-1 Timotju 6:6-8, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsija.
Il-Bibbja x’tinkuraġġina nagħmlu?
Anki jekk ma tantx għandna flus, xorta nistgħu nkunu ferħanin. Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:
Minkejja li dawn il-familji ma tantx għandhom flus, x’jagħmilhom ferħanin?
Imma x’jiġri jekk għandna ħafna u xorta rridu iżjed? Ġesù ta eżempju kemm dan hu perikoluż. Aqra Luqa 12:15-21, u mbagħad iddiskuti:
X’tgħallimt mill-eżempju li ta Ġesù?—Ara vers 15.
Aqra Proverbji 10:22 u l-1 Timotju 6:10, u mbagħad iddiskuti:
X’taħseb li hu l-iktar importanti? Li tkun ħabib taʼ Ġeħova jew li jkollok ħafna flus? Għala taħseb hekk?
Xi problemi jistaʼ jkollna jekk dejjem irridu iżjed flus?
-