LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 2/1 pp. 12-16
  • Niġru t-Tiġrija bis-Sabar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Niġru t-Tiġrija bis-Sabar
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Henjin Dawk Li Jissaportu!
  • Niġbdu mill-​Kelma Inkuraġġanti taʼJehovah
  • Għas-​Salvazzjoni taʼ Oħrajn
  • Kontinwazzjoni Soda fit-​Tiġrija
  • Int Tistaʼ Tissaporti sat-Tmiem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Iġri t-Tiġrija bis-Sabar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • ‘Iġri’ b’Dan il-Mod
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • ‘Iġri t-Tiġrija sal-Aħħar’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 2/1 pp. 12-16

Niġru t-Tiġrija bis-Sabar

“Ejjew niġru bis-​sabar it-​tiġrija li hi mqiegħda quddiemna.”−EBREJ 12:1.

1. (a) X’jitpoġġa quddiemna meta aħna nagħmlu dedikazzjoni lil Alla Jehovah? (b) Liema xorta taʼ tiġrija jrid jipprepara għaliha wieħed Kristjan?

META ddedikajna lilna nfusna lil Jehovah permezz taʼ Ġesù Kristu, Alla poġġa quddiemna, b’mod figurattiv, tiġrija. Fit-​tmiem tat-​tiġrija, jingħata premju lil dawk kollha li jispiċċawha b’suċċess. Liema premju? Ħajja taʼ dejjem! Biex jirbaħ dan il-​premju grandjuż, il-​ġerrej Kristjan irid ikun preparat, mhux biss għal ġirja qasira, ħafifa, imma għal ġirja taʼ distanza twila. Għalhekk hu se jinħtieġ is-​sabar. Hu se jkollu jissaporti kemm it-​taħbit twil tat-​tiġrija nfisha kif ukoll l-​ostakli li jippreżentaw ruħhom matul it-​tiġrija.

2, 3. (a) X’se jgħinna f’li niġru t-​tiġrija Kristjana sat-​tmiem? (b) Il-​ferħ kif għen lil Ġesù jiġri t-​tiġrija bis-​sabar?

2 X’se jgħinna niġru tiġrija bħal din sat-​tmiem? Sewwa, x’għen lil Ġesù biex jissaporti meta kien bniedem fuq l-​art? Hu sab saħħa ġewwinija mill-​kwalità tal-​ferħ. Ebrej 12:1-3 jaqra: “Mela, allura, għaliex għandna sħaba hekk kbira taʼ xhieda jdawruna, ejjew aħna wkoll inneħħu kull piż u d-​dnub li faċilment iħarbatna, u ejjew niġru bis-​sabar it-​tiġrija li hi mqiegħda quddiemna, hekk kif aħna nħarsu fissi lejn l-​Aġent Ewlieni u Dak li Jipperfezzjona l-​fidi tagħna, Ġesù. Għall-​ferħ li tqiegħed quddiemu hu ssaporta zokk tat-​tortura, billi stmerr il-​għajb, u qagħad bil-​qiegħda fuq l-​id il-​leminija tat-​tron t’Alla. Tabilħaqq, ikkunsidraw mill-​qrib lil dak li ssaporta tant kliem kuntrarju minn midinbin kontra l-​interessi tagħhom stess, biex ma tgħajjewx u ma ċċedux f’erwieħkom.”

3 Matul il-​ministeru pubbliku tiegħu kollu, Ġesù setaʼ jibqaʼ jiġri t-​tiġrija minħabba l-​ferħ taʼ Jehovah. (Qabbel Neħemija 8:10.) Il-​ferħ tiegħu għenu jissaporti saħansitra mewta taʼ għajb fuq iz-​zokk tat-​tortura, u wara dan hu ġarrab il-​ferħ li ma jitfissirx tal-​qawmien mill-​mewt u tat-​tlugħ lejn l-​id il-​leminija taʼ Missieru, biex hemm jara t-​tlestija sħiħa tax-​xogħol t’Alla. Bis-​sabar tiegħu bħala raġel fuq in-​naħa t’Alla, hu żamm sod mad-​dritt tiegħu għall-​ħajja taʼ dejjem. Iva, bħalma jgħid Luqa 21:19: “Billi tissaportu min-​naħa tagħkom se tiksbu lil erwieħkom.”

4. Liema xorta taʼ eżempju ta Ġesù lil sħabu l-​ġerrejja, u fuqiex għandna nżommu moħħna?

4 Ġesù Kristu waqqaf l-​aħjar eżempju għal sħabu l-​ġerrejja, u l-​eżempju tiegħu jiżżgurana li aħna wkoll nistgħu nkunu rebbiħin. (1 Pietru 2:21) Dak li Ġesù jitlob minna, aħna kapaċi nagħmluh. Kif issaporta hu, hekk nistgħu nagħmlu aħna. U hekk kif inżommu sodi f’li nimitawh b’mod determinat, irridu nżommu moħħna fuq ir-​raġunijiet li għandna biex inkunu ferħanin. (Ġwann 15:11, 20, 21) Il-​ferħ se jsaħħaħna biex nippersistu f’li niġru t-​tiġrija fis-​servizz taʼ Jehovah sakemm il-​premju glorjuż taʼ ħajja taʼ dejjem jinkiseb.—Kolossin 1:10, 11.

5. Kif nistgħu nkunu ferħanin u msaħħin għat-​tiġrija taʼ quddiemna?

5 Biex igħinna nippersistu fit-​tiġrija, Jehovah jipprovdi qawwa iktar min-​normal. Meta niġu ppersegwitati, dik il-​qawwa u l-​għarfien dwar il-​għala aħna pprivileġġjati li ngħaddu minn persekuzzjoni jsaħħuna. (2 Korintin 4:7-9) Kull ħaġa li ngħaddu minnha sabiex nonoraw l-​isem t’Alla u biex nappoġġjaw lis-​sovranità tiegħu hija raġuni għal ferħ li ħadd ma jistaʼ jeħodulna. (Ġwann 16:22) Dan jispjega għala l-​appostli, wara li ġew imsawtin bl-​ordni tas-​Sinedriju Lhudi talli taw xiehda tal-​affarijiet tal-​għaġeb li Alla Jehovah kien wettaq f’konnesjoni maʼ Ġesù, ferħu “għaliex kienu ġew magħdudin li jistħoqqilhom ikunu mżebilħin għan-​nom taʼ ismu.” (Atti 5:41, 42) Il-​ferħ tagħhom ma ġiex mill-​persekuzzjoni nfisha imma mis-​sodisfazzjon ġewwieni profond għax kienu jafu li kienu qed jogħġbu lil Jehovah u lil Ġesù.

6, 7. Il-​ġerrej Kristjan għala jistaʼ jeżalta saħansitra waqt li jkollu tribulazzjonijiet, u b’liema riżultat?

6 Qawwa oħra li twieżen fil-​ħajjiet tagħna hija t-​tama li Alla poġġa quddiemna. Bħalma poġġieha Pawlu: “Ejjew ingawdu l-​paċi m’Alla permezz tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, li permezz tiegħu wkoll aħna ksibna li nersqu bil-​fidi f’din il-​qalb tajba mhix mistħoqqa li fiha issa aħna qegħdin; u ħa neżaltaw, fuq il-​bażi tat-​tama tal-​glorja t’Alla. U mhux dak biss, imma ejjew neżaltaw waqt li aħna fit-​tribulazzjonijiet, ladarba nafu li t-​tribulazzjoni tipproduċi sabar; is-​sabar, mill-​banda l-​oħra, kundizzjoni approvata; il-​kundizzjoni approvata, mill-​banda l-​oħra, tama, u t-​tama ma twassalx għal diżappunt.”−Rumani 5:1-5.

7 It-​tribulazzjonijiet infushom m’humiex taʼ ferħ, iżda l-​frott taʼ paċi li jagħtu wara huwa taʼ ferħ. Dan il-​frott huwa sabar, kundizzjoni approvata, tama, u t-​twettieq taʼ dik it-​tama. Is-​sabar min-​naħa tagħna se jwassal biex nirċievu approvazzjoni divina. Meta jkollna l-​approvazzjoni t’Alla, aħna nistgħu nittamaw b’fiduċja għat-​twettieq tal-​wegħdiet li hu għamel. Din it-​tama iżommna leali mal-​korsa tagħna u iżommna fil-​wiċċ meta nkunu taħt tribulazzjoni sakemm it-​tama titwettaq.—2 Korintin 4:16-18.

Henjin Dawk Li Jissaportu!

8. Dan il-​perijodu taʼ stennija għala mhux ħela taʼ ħin għalina?

8 Waqt li nistennew iż-​żmien maħtur minn Alla biex iqassam il-​premji lill-​ġerrejja, hemm xi bidliet li aħna nġarrbu. Dawn huma titjib spiritwali fina li jirriżulta milli niffaċċjaw b’suċċess il-​provi, u jiksbilna favur kbir m’Alla. Dan jagħti prova taʼ x’insarrfu u jagħtina l-​opportunità li neżerċitaw l-​istess kwalitajiet mill-​aħjar li l-​uħud leali tal-​qedem, speċjalment l-​Eżemplar tagħna, Ġesù Kristu, urew. Igħid id-​dixxiplu Ġakbu: “Qisuh kollu ferħ, ħuti, meta tiltaqgħu maʼ diversi provi, billi tafu bħalma tagħmlu li din il-​kwalità pprovata tal-​fidi tagħkom tipproduċi s-​sabar. Imma ħalli s-​sabar ikollu xogħlu komplut, biex intom tistgħu tkunu kompluti u f’sensikom f’kollox, bla ma jonqoskom xejn.” (Ġakbu 1:2-4) Iva, nistgħu nistennew li jkollna diversi provi, imma dawn se jservu biex aħna nibqgħu nikkultivaw il-​kwalitajiet xierqa. B’hekk nuru li se nibqgħu f’din it-​tiġrija sakemm jintrebaħ il-​premju, minkejja liema ostakli niltaqgħu magħhom.

9, 10. (a) Dawk li jissaportu l-​provi għala huma henjin, u kif għandna niffaċċjaw il-​provi? (b) Min kienu l-​uħud henjin tal-​qedem, u aħna kif nistgħu niġu magħdudin magħhom?

9 Mhux taʼ b’xejn, allura, li Ġakbu qal: “Hieni hu l-​bniedem li jibqaʼ jissaporti t-​tiġrib, għaliex malli jiġi approvat se jirċievi l-​kuruna tal-​ħajja, li Jehovah wiegħed lil dawk li jkomplu jħobbuh”! (Ġakbu 1:12) Ejjew b’mod konsistenti niffaċċjaw il-​provi, armati bil-​kwalitajiet taʼ tjieba li se jsaħħuna biex negħlbuhom.—2 Pietru 1:5-8.

10 Ftakar li l-​mod kif Alla qed jittratta magħna mhux ġdid jew oriġinali. Is-​“sħaba taʼ xhieda” leali tal-​qedem kienu trattati bl-​istess mod hekk kif huma wrew il-​konsistenza tagħhom lejn Alla. (Ebrej 12:1) L-​approvazzjoni t’Alla fuqhom hija miktuba fil-​Kelma tiegħu, u aħna nqisuhom ilkoll henjin għaliex huma żammew sod taħt prova. Ġakbu jgħid: “Ħuti, ħudu bħala mudell taʼ li tissaportu l-​ħażen u li teżerċitaw il-​paċenzja lill-​profeti, li tkellmu f’isem Jehovah. Ħares! Aħna nippronunzjaw henjin lil dawk li ssaportew. Intom smajtu bis-​sabar taʼ Ġob u rajtu r-​riżultat li Jehovah ta, illi Jehovah hu teneru ferm fl-​affezzjoni u ħanin.” (Ġakbu 5:10, 11) Kien imbassar li matul dawn l-​aħħar jiem kritiċi, xi wħud se jitfaċċjaw fuq ix-​xena dinjija li se jaqdu lil Jehovah b’integrità, l-​istess bħalma għamlu dawk il-​profeti fis-​sekli tal-​qedem. M’aħniex henjin li nkunu dawk li qed jagħmlu dan?—Danjel 12:3; Rivelazzjoni 7:9.

Niġbdu mill-​Kelma Inkuraġġanti taʼJehovah

11. Il-​Kelma t’Alla kif tistaʼ tgħinna nissaportu, u għala m’għandniex inkunu bħall-​postijiet kollha blat tal-​parabbola taʼ Ġesù?

11 Pawlu indika għajnuna oħra biex nissaportu meta qal li permezz taʼ sabar paċenzjuż, u permezz tal-​inkuraġġiment meħud mill-​Iskrittura, aħna nistgħu nżommu sod mat-​tama tagħna.” (Rumani 15:4, The Twentieth Century New Testament) Il-​verità, il-​Kelma t’Alla, trid trabbi egħruq fondi fina sabiex toħroġ minn ġo fina rispons xieraq f’kull ħin. Ma nibbenefikaw xejn affattu billi nkunu bħal dik l-​art bil-​blat deskritta fil-​parabbola taʼ Ġesù taż-​żerriegħ: “Dawn huma dawk miżrugħin fuq il-​postijiet kollha blat: malli jkunu semgħu l-​kelma, huma jaċċettawha bil-​ferħ. Iżda m’għandhom ebda għerq fihom infushom, imma jkomplu għal xi żmien; imbagħad malli tqum xi tribulazzjoni jew xi persekuzzjoni minħabba fil-​kelma, huma jieħdu gambetta.” (Mark 4:16, 17) Il-​verità mill-​Kelma t’Alla ma trabbix egħruq fil-​fond f’uħud bħal dawn; għaldaqstant, fi żmien taʼ tribulazzjoni, ma jkunux jistgħu jiġbdu minnha bħala s-​sors veru taʼ saħħa u tama.

12. Dwar liema ħaġa m’għandniex nitqarrqu meta naċċettaw l-​aħbar tajba?

12 Kulmin jaċċetta l-​aħbar tajba tas-​Saltna m’għandux iqarraq bih innifsu dwar dak li se jiġi wara. Hu qed jaqbad korsa taʼ ħajja li se ġġiblu tribulazzjoni jew persekuzzjoni. (2 Timotew 3:12) Imma hu għandu jqisu bħala “kollu ferħ” li jkollu l-​privileġġ li jgħaddi minn diversi provi talli jżomm sod mal-​Kelma t’Alla u talli jitkellem dwarha maʼ oħrajn.—Ġakbu 1:2, 3.

13. Pawlu kif u għala feraħ dwar il-​Kristjani f’Tessalonika?

13 Fl-​ewwel seklu, opponenti f’Tessalonika għamlu rewwixta minħabba l-​ippridkar taʼ Pawlu. Meta Pawlu mar f’Berea, dawn il-​persekuturi segwewh hemm sabiex iqanqlu iżjed inkwiet. Lil dawk l-​uħud leali li baqgħu wara f’Tessalonika, l-​appostlu ppersegwitat qalilhom: “Aħna obbligati li nagħtu lil Alla radd il-​ħajr dejjem għalikom, ħutna, billi hu xieraq, għaliex il-​fidi tagħkom qiegħda tikber iżżejjed u l-​imħabba tagħkom ilkoll qiegħda tiżdied lejn xulxin. Bħala riżultat aħna nfusna kburin bikom fost il-​kongregazzjonijiet t’Alla minħabba fis-​sabar u l-​fidi tagħkom fil-​persekuzzjonijiet kollha tagħkom u t-​tribulazzjonijiet li qegħdin tissaportu. Dan hu prova tal-​ħaqq taʼ tjieba t’Alla, li twassal għal li tkunu magħdudin li jistħoqqilkom is-​saltna t’Alla, li għaliha intom qegħdin tabilħaqq tbatu.” (2 Tessalonkin 1:3-5) Minkejja t-​tbatijiet tagħhom minn idejn l-​egħdewwa, Kristjani Tessalonkin kibru fix-​xebh taʼ Kristu u fil-​għadd. Dak kif kien possibbli? Għaliex huma ħadu s-​saħħa mill-​Kelma inkuraġġanti taʼ Jehovah. Huma obdew l-​ordnijiet tal-​Mulej u ġrew it-​tiġrija bis-​sabar.—2 Tessalonkin 2:13-17.

Għas-​Salvazzjoni taʼ Oħrajn

14. (a) Għal liema raġunijiet aħna b’ferħ nibqgħu fil-​ministeru minkejja t-​tbatijiet? (b) Għal liema ħaġa nitolbu, u għala?

14 Primarjament minħabba l-​ivvindikar t’Alla, aħna nissaportu bil-​fedeltà u bla ma nilmentaw it-​tbatijiet u l-​persekuzzjonijiet. Imma hemm raġuni oħra mhix egoista għala noqogħdu għal affarijiet bħal dawn: sabiex inkunu nistgħu ngħaddu l-​bxajjar tas-​Saltna lil oħrajn biex b’hekk iktar pubblikaturi għas-​Saltna t’Alla jistgħu jitqajmu biex jagħmlu “dikjarazzjoni pubblika għas-​salvazzjoni.” (Rumani 10:10) Dawk li qed jaħdmu fis-​servizz t’Alla għandhom jitolbu biex is-​Sid tal-​ħsad ibierek ix-​xogħol tagħhom billi jipprovdi iktar pubblikaturi tas-​Saltna. (Mattew 9:38) Pawlu kiteb lil Timotew: “L-​affarijiet li int smajt mingħandi bl-​appoġġ taʼ ħafna xhieda, dawn l-​affarijiet għaddihom lil irġiel leali, li, mill-​banda l-​oħra, se jkunu kkwalifikati biżżejjed biex igħallmu lil oħrajn. Bħala suldat mill-​aħjar taʼ Kristu Ġesù ħu sehemek f’li ssofri l-​ħażen.”−2 Timotew 2:​2, 3.

15. Għala rridu nġibu rwieħna bħal suldati u bħal dawk li jitqabdu “fil-​logħob”?

15 Suldat jissepara ruħu mill-​ħajja inqas restritta taʼ wieħed li mhux fil-​militar. Bl-​istess mod, aħna ma rridux ninvolvu rwieħna fl-​affarijiet taʼ dawk li m’humiex fl-​armata tal-​Mulej imma li huma, fil-​fatt, fuq in-​naħa opposta. B’hekk, Pawlu kompla jikteb lil Timotew: “Ebda raġel li jaqdi bħala suldat ma jinvolvi ruħu fin-​negozji kummerċjali tal-​ħajja, sabiex jistaʼ jikseb l-​approvazzjoni taʼ dak li ngaġġaħ bħala suldat. Barra minn hekk, jekk xi ħadd jitqabad saħansitra fil-​logħob, ma jiġix inkurunat jekk ma tqabadx skond ir-​regoli.” (2 Timotew 2:4, 5) F’li jistinkaw għar-​rebħa fit-​tiġrija għall-​“kuruna tal-​ħajja,” il-​ġerrejja jridu jipprattikaw il-​kontroll fuqhom infushom u jevitaw piżijiet u involvimenti bla bżonn. B’dan il-​mod huma jkunu jistgħu jikkonċentraw f’li jġibu l-​aħbar tajba taʼ salvazzjoni lil oħrajn.—Ġakbu 1:12; qabbel 1 Korintin 9:​24, 25.

16. X’ma jistax jintrabat, u għall-​benefiċċju taʼ min aħna nissaportu?

16 Għax aħna nħobbu lil Alla u lil uħud bħal ngħaġ li jipprovaw ifittxuh, aħna bil-​ferħ nissaportu ħafna affarijiet sabiex nilħqu oħrajn bl-​aħbar tajba taʼ salvazzjoni. L-​egħdewwa jistgħu jorbtuna talli nippridkaw il-​Kelma t’Alla. Imma l-​Kelma t’Alla ma tistax tintrabat, u t-​tlissin tagħha għas-​salvazzjoni taʼ oħrajn ma jistax jinżamm bil-​ktajjen. Pawlu ddeskriva lil Timotew il-​għala hu tant kien lest li jiffaċċja t-​tiġrib: “Ftakar li Ġesù Kristu kien imqajjem mill-​imwiet u kien taż-​żerriegħa taʼ David, skond l-​aħbar tajba li nippriedka jien; li f’konnessjoni magħha jien qiegħed inbati l-​ħażen sal-​punt taʼ rbit fil-​ħabs bħala raġel ħażin. Madankollu, il-​kelma t’Alla mhix marbuta. Minħabba f’dan nibqaʼ nissaporti kollox minħabba fil-​magħżulin, sabiex huma wkoll jiksbu s-​salvazzjoni li hi f’għaqda maʼ Kristu Ġesù flimkien mal-​glorja taʼ dejjem.” (2 Timotew 2:8-10) Illum aħna għandna f’moħħna mhux biss il-​fdal żgħir taʼ dawk fi stennija għas-​Saltna tas-​sema imma wkoll il-​folla kbira taʼ ngħaġ oħra tar-​Ragħaj mill-​Aħjar, Ġesù Kristu, il-​folla kbira li tikseb il-​Ġenna tal-​art taħt is-​Saltna taʼ Kristu.—Rivelazzjoni 7:9-17.

17. Għala m’għandniex inħallu t-​tiġrija, u x’jirriżulta jekk nibqgħu fit-​tiġrija sat-​tmiem?

17 Jekk nerġgħu lura, m’aħniex se ngħinu lilna nfusna jew lil xi ħadd ieħor għas-​salvazzjoni. Billi nissaportu fit-​tiġrija Kristjana, minkejja l-​ostakli li niltaqgħu magħhom, aħna nżommu lilna nfusna kontinwament fi stennija għall-​premju u nistgħu direttament ingħinu lil oħrajn għas-​salvazzjoni, fil-​waqt li nkunu taʼ eżempju qawwi taʼ saħħa għal oħrajn. Hi x’inhi t-​tama tagħna, għas-​sema jew għall-​art, l-​attitudni taʼ Pawlu f’li ‘jgħaġġel ’l isfel lejn il-​mira għall-​premju’ hija waħda mill-​aħjar biex nimitawha.—Filippin 3:​14, 15.

Kontinwazzjoni Soda fit-​Tiġrija

18. Ir-​rebħ tal-​premju fuqiex jiddependi, imma biex inżommu sat-​tmiem, x’irid jiġi evitat?

18 Li ntemmu l-​korsa Kristjana tagħna b’mod rebbieħ għall-​ivvindikar taʼ Jehovah u b’hekk nirbħu l-​premju li hu refaʼ għalina jiddependi fuq il-​kontinwazzjoni soda tagħna matul it-​tul kollu tat-​tiġrija. Aħna ma nistgħux, għalhekk, inżommu sat-​tmiem jekk ngħabbu lilna nfusna b’affarijiet li ma jaqdux il-​kawża tat-​tjieba. Saħansitra meta neħilsu minn affarijiet bħal dawn, il-​ħtiġijiet xorta waħda huma strapazzanti biżżejjed biex jirrikjedu s-​saħħa kollha li nistgħu nakkwistaw. Għalhekk, Pawlu jagħti l-​parir: “Ejjew aħna wkoll inneħħu kull piż u d-​dnub li faċilment iħarbatna, u ejjew niġru bis-​sabar it-​tiġrija li hi mqiegħda quddiemna.” (Ebrej 12:1) Bħal Ġesù ma rridux nenfasizzaw iżżejjed it-​tbatijiet li jridu jiġu ffaċċjati imma nikkunsidrawhom bħala prezz żgħir li rridu nħallsu għall-​premju taʼ ferħ.—Qabbel Rumani 8:18.

19. (a) Liema fiduċja esprima Pawlu lejn it-​tmiem taʼ ħajtu? (b) Hekk kif noqorbu lejn it-​tmiem tat-​tiġrija tas-​sabar, liema fiduċja għandna jkollna dwar il-​premju mwiegħed?

19 Lejn tmiem ħajtu, Pawlu setaʼ jgħid: “Jien iġgilidt il-​ġlieda mill-​aħjar, jien ġrejt il-​korsa sat-​tmiem, jien osservajt il-​fidi. Minn dan iż-​żmien ’il quddiem hemm riżervata għalija l-​kuruna tat-​tjieba.” (2 Timotew 4:​7, 8) Aħna ninsabu f’din it-​tiġrija taʼ sabar biex niksbu l-​premju taʼ ħajja eterna. Jekk is-​sabar tagħna jintefa sempliċement għaliex it-​tiġrija hi xi ftit jew wisq itwal milli stennejna meta bdejna, aħna se nfallu meta nkunu qrib biex niksbu l-​premju mwiegħed. Tagħmel ebda żball. M’hemmx dubju li l-​premju qiegħed hemm.

20. X’għandha tkun id-​determinazzjoni tagħna sakemm jintlaħaq it-​tmiem tat-​tiġrija?

20 Mela jalla għajnejna ma jgħajjewx milli ngħassu għat-​tribulazzjoni l-​kbira biex tibda, li ġġib qerda l-​ewwel lil Babilonja l-​Kbira u mbagħad lill-​bqija tal-​organizzazzjoni tax-​Xitan. (2 Pietru 3:11, 12) Waqt li nqisu s-​sinjali sinjifikanti kollha taʼ madwarna, jalla nħarsu ’l quddiem bil-​fidi. Jalla nħażżmu ġenbejna bil-​qawwiet tagħna taʼ sabar, u jalla nissoktaw b’kuraġġ fit-​tiġrija li Alla Jehovah poġġa quddiemna, sakemm it-​tmiem jintlaħaq u l-​premju taʼ ferħ jinkiseb, għall-​ivvindikar taʼ Jehovah permezz taʼ Ġesù Kristu.

Kif Twieġeb Int?

◻ Liema xorta taʼ tiġrija jrid jipprepara għaliha wieħed Kristjan?

◻ Il-​ferħ għala hu tant importanti f’li tiġri t-​tiġrija?

◻ Għal liema raġunijiet ewlenin aħna nibqgħu fil-​ministeru minkejja t-​tbatijiet?

◻ Għala m’għandniex nitilqu t-​tiġrija li Alla poġġa quddiemna?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja