LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • od kap. 17 pp. 169-178
  • Ibqaʼ qrib l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibqaʼ qrib l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova
  • Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA L-​PROVI QED JIŻDIEDU
  • NIKKULTIVAW IS-​SABAR
  • NISSAPORTU DIVERSI PROVI
  • DETERMINATI LI NIBQGĦU LEALI
  • “Ħallu s-sabar iwettaq xogħlu għalkollox”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • “Irriflettu Sew dwar Dak li Ssaporta”
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • Sabar li Jikseb ir-Rebħa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Is-Sabar Iġib Barkiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
Ara Iżjed
Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
od kap. 17 pp. 169-178

KAPITLU 17

Ibqaʼ qrib l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova

ID-​DIXXIPLU Ġakbu kiteb: “Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.” (Ġak. 4:8) Iva, Ġeħova la hu kbir wisq u lanqas ’il bogħod wisq biex jismaʼ t-​talb li nitolbuh, minkejja l-​imperfezzjonijiet tagħna. (Atti 17:27) Kif nistgħu nersqu qrib lejn Alla? Nistgħu nagħmlu dan billi nibnu relazzjoni persunali mill-​qrib maʼ Ġeħova li tinkludi talb bil-​ħrara. (Salm 39:12) Nistgħu wkoll nikkultivaw l-​intimità maʼ Alla billi regolarment nistudjaw il-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja. B’hekk, insiru nafu lil Alla Ġeħova, l-​iskopijiet tiegħu, u r-​rieda tiegħu għalina. (2 Tim. 3:16, 17) Għalhekk, nitgħallmu nħobbuh u niżviluppaw biżaʼ bnin li ma nogħġbuhx.—Salm 25:14.

2 Madankollu, li nkunu qrib Ġeħova hu possibbli biss permezz taʼ Ibnu, Ġesù. (Ġw. 17:3; Rum. 5:10) L-​ebda bniedem ma jistaʼ qatt jagħtina dehen aħjar li nifhmu moħħ Alla Ġeħova milli tana Ġesù. Tant kien midħla taʼ Missieru b’mod intimu li setaʼ jgħid: “Ħadd ma jaf min hu l-​Iben ħlief il-​Missier; u ħadd ma jaf min hu l-​Missier ħlief l-​Iben, u dak li lilu l-​Iben lest li jirrivelah.” (Lq. 10:22) Għalhekk, meta nistudjaw l-​Evanġelji biex nitgħallmu kif kien jaħseb u jħossu Ġesù, fil-​fatt, inkunu qed nitgħallmu kif jaħseb u jħossu Ġeħova. Għarfien bħal dan jgħinna nersqu eqreb lejn Alla tagħna.

3 Taħt l-​istat taʼ kap tal-​Iben t’Alla, nikkultivaw intimità maʼ Ġeħova billi nibqgħu qrib tal-​mezz viżibbli li jgħinna nitgħallmu kif nagħmlu r-​rieda t’Alla. Bħalma ġie mbassar f’​Mattew 24:45-​47, is-​Sid, Ġesù Kristu, ħatar lill-​“ilsir leali u għaqli” biex jipprovdi “ikel fiż-​żmien xieraq” għall-​kongregazzjoni Kristjana. Illum, l-​ilsir leali jipprovdilna abbundanza taʼ ikel spiritwali. Permezz taʼ dan il-​mezz, Ġeħova jagħtina l-​parir biex naqraw il-​Kelma tiegħu kuljum, nattendu regolarment il-​laqgħat Kristjani tagħna, u jkollna sehem sinifikanti fl-​ippritkar tal-​“aħbar tajba tas-​saltna.” (Mt. 24:14; 28:19, 20; Ġoż. 1:8; Salm 1:1-​3) Qatt m’għandu jkollna ħarsa mill-​aspett fiżiku dwar l-​ilsir leali. Għandna nagħmlu ħilitna biex nibqgħu qrib il-​parti viżibbli tal-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova u naġixxu fuq id-​direzzjoni tagħha. Dan se jressaqna eqreb lejn Alla tagħna, Ġeħova, u se jservi biex isaħħaħna u jipproteġina minkejja l-​provi.

GĦALA L-​PROVI QED JIŻDIEDU

4 Forsi ilek fil-​verità ħafna snin. Jekk inhu hekk, żgur li taf xi jfisser li tissaporti provi taʼ integrità. Imma anki jekk għadek kemm sirt taf lil Ġeħova u ilek tassoċja man-​nies tiegħu għal perijodu taʼ żmien qasir biss, int konxju li Satana x-​Xitan jopponi lil kull min jissottometti ruħu lejn is-​sovranità taʼ Ġeħova. (2 Tim. 3:12) Għalhekk, kemm jekk ilek tissaporti ftit u kemm jekk ħafna, m’għandekx għalfejn tibżaʼ jew tiskuraġġixxi ruħek. Ġeħova jwiegħed li se jsostnik u jippremjak b’ħelsien u ħajja fil-​futur.—Ebr. 13:5, 6; Riv. 2:10.

5 Ilkoll kemm aħna forsi għad irridu ngħaddu minn provi matul dawn il-​jiem li baqaʼ mis-​sistema taʼ Satana. Minn mindu ġiet stabbilita s-​Saltna t’Alla fl-​1914, Satana ma tħalliex jidħol fis-​smewwiet taʼ Ġeħova. Hu twaddab ’l isfel lejn l-​art, fejn hu u l-​anġli mill-​agħar tiegħu huma ristretti. Il-​gwaj li żdied fuq l-​art, inkluż il-​persekuzzjoni li żdiedet fuq il-​qaddejja dedikati taʼ Ġeħova, hu riżultat tar-​rabja taʼ Satana u juri li qed ngħixu fl-​aħħar jiem tal-​ħakma mill-​agħar tiegħu fuq il-​bnedmin.—Riv. 12:1-​12.

6 Inkorlat minħabba l-​kundizzjoni degradanti tiegħu, Satana jaf li ftit żmien baqagħlu. Flimkien mad-​demonji tiegħu, hu jagħmel kull sforz biex ifixkel ix-​xogħol tal-​ippritkar u biex jeqred l-​unità tal-​qaddejja taʼ Ġeħova. Dan iqegħedna fil-​kamp tal-​battalja tal-​gwerra spiritwali li hi deskritta bħala li “ma nissarawx kontra d-​demm u l-​laħam, imma kontra l-​gvernijiet, kontra l-​awtoritajiet, kontra l-​ħakkiema dinjin taʼ dan id-​dlam, kontra l-​forzi taʼ l-​ispirti mill-​agħar fil-​postijiet tas-​sema.” Jekk irridu noħorġu rebbiħin fuq in-​naħa taʼ Ġeħova, m’għandniex inċedu fil-​ġlieda, imma nżommu l-​armatura spiritwali tagħna sħiħa. Għandna ‘nżommu sod kontra t-​tnassis’ tax-​Xitan. (Efes. 6:10-​17) Dan jitlob is-​sabar min-​naħa tagħna.

NIKKULTIVAW IS-​SABAR

7 Is-​sabar ifisser “l-​abbiltà li nissaportu t-​tbatija jew l-​għawġ.” F’sens spiritwali, is-​sabar jirreferi għal kwalità taʼ li wieħed ikun sod f’li jagħmel dak li hu sewwa minkejja tbatija, oppożizzjoni, persekuzzjoni, jew fatturi oħra intenzjonati biex ibegħduna mit-​triq taʼ integrità lejn Alla li nkunu qbadna. Is-​sabar Kristjan għandu jiġi kultivat. Dan jieħu ż-​żmien. Il-​ħila li nissaportu tiżdied hekk kif nagħmlu progress spiritwali. Billi nissaportu provi żgħar tal-​fidi tagħna li jiġu fil-​bidu tal-​korsa Kristjana li qbadna, se nissaħħu, inkunu kapaċi nissaportu iktar provi diffiċli li żgur se jiġu. (Lq. 16:10) Ma naffordjawx nistennew sakemm jiġu provi kbar biex inkunu determinati li nieqfu sodi fil-​fidi. Għandna nieħdu deċiżjoni soda qabel ma jiġu l-​provi. Biex jindika li s-​sabar irid jiġi kultivat flimkien maʼ kwalitajiet divini oħra, l-​appostlu Pietru kiteb: “Aġixxu billi tagħmlu kull sforz ħerqan, u mal-​fidi tagħkom żidu l-​virtù, mal-​virtù l-​għarfien, maʼ l-​għarfien ir-​rażna, mar-​rażna s-​sabar, mas-​sabar id-​devozzjoni lejn Alla, mad-​devozzjoni lejn Alla l-​affezzjoni lejn l-​aħwa, maʼ l-​affezzjoni lejn l-​aħwa l-​imħabba.”—2 Pt. 1:5-​7; 1 Tim. 6:11.

Is-​sabar tagħna jinbena jum wara jum hekk kif niffaċċjaw u negħlbu l-​provi

8 Fl-​ittra tiegħu, Ġakbu jiġbdilna l-​attenzjoni lejn l-​importanza taʼ li nikkultivaw is-​sabar: “Qisuh bħala ferħ mill-​akbar, ħuti, meta tiltaqgħu maʼ diversi provi, għax bħalma tafu, meta l-​fidi tagħkom tgħaddi mill-​provi tipproduċi s-​sabar. Imma ħallu s-​sabar iwettaq xogħlu għalkollox, sabiex b’hekk tkunu kompluti u sħaħ f’kull aspett bla ma jonqoskom xejn.” (Ġak. 1:2-​4) Ġakbu jgħid li l-​Kristjani għandhom jilqgħu l-​provi u jkunu ferħanin bihom għax jgħinuna nipproduċu s-​sabar. Int tarahom hekk l-​affarijiet? Imbagħad Ġakbu juri li s-​sabar stess għandu xogħol xi jwettaq biex jipperfezzjonalna l-​personalità Kristjana u jagħmilna aċċettabbli bis-​sħiħ għal Alla. Iva, is-​sabar tagħna jinbena jum wara jum hekk kif niffaċċjaw u negħlbu l-​provi. Is-​sabar, imbagħad, jipproduċi kwalitajiet mixtiqin oħra li neħtieġu.

9 Is-​sabar tagħna jogħġob lil Ġeħova; se jqanqlu jippremjana bil-​ħajja taʼ dejjem. Ġakbu żied jgħid: “Hieni l-​bniedem li jibqaʼ jissaporti l-​provi, għaliex meta jiġi approvat jirċievi l-​kuruna tal-​ħajja, li Ġeħova wiegħed lil dawk li jibqgħu jħobbuh.” (Ġak. 1:12) Iva, aħna nissaportu għax għandna l-​ħajja quddiem għajnejna. Mingħajr sabar, ma nistgħux nibqgħu fil-​verità. Jekk inċedu għall-​pressjonijiet tad-​dinja, se niġu sforzati biex immorru lura fid-​dinja. Mingħajr sabar, ma jibqax ikollna l-​ispirtu taʼ Ġeħova, u għalhekk ma nistgħux nipproduċu l-​frott tiegħu f’ħajjitna.

10 Jekk irridu nibqgħu nissaportu f’dawn iż-​żminijiet diffiċli, jeħtieġ nikkultivaw l-​attitudni x-​xierqa lejn is-​sofferenza bħala Kristjani. Ftakar li Ġakbu kiteb: “Qisuh bħala ferħ mill-​akbar.” Dan jistaʼ ma jkunx faċli nagħmluh peress li jistgħu jkunu involuti sofferenza fiżika jew dik mentali. Imma ftakar li hemm il-​ħajja futura fin-​nofs. Esperjenza tal-​appostli tgħinna naraw kif nistgħu nithennew waqt is-​sofferenza. Ir-​rakkont jinsab fil-​ktieb tal-​Atti u jgħid hekk: “Sejħu lill-​appostli, sawtuhom, u ordnawlhom biex ma jibqgħux jitkellmu f’isem Ġesù, u telquhom. Għalhekk, dawn telqu minn quddiem is-​Sinedriju, henjin għax kienu tqiesu denji li jiġu diżonorati minħabba ismu.” (Atti 5:40, 41) L-​appostli fehmu li s-​sofferenza tagħhom kienet prova li kienu ubbidjenti lejn il-​kmand taʼ Ġesù u li kienu rċivew l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova. Snin wara, meta kiteb l-​ewwel ittra mnebbħa tiegħu, Pietru kkummenta fuq il-​valur taʼ sofferenza bħal din minħabba s-​sewwa.—1 Pt. 4:12-​16.

11 Esperjenza oħra tinvolvi lil Pawlu u Sila. Meta kienu għaddejjin bix-​xogħol missjunarju tagħhom f’Filippi, ġew arrestati u akkużati li fixklu lill-​belt u li xandru drawwiet illegali. Minħabba f’hekk, ġew imsawtin bl-​aħrax u mitfugħin il-​ħabs. Ir-​rakkont Bibliku jgħidilna li waqt li kienu għadhom fil-​ħabs bil-​ġrieħi tagħhom mhux imdewwijin, “għall-​ħabta taʼ nofsillejl, Pawlu u Sila kienu qed jitolbu u jfaħħru lil Alla bil-​kant, u l-​ħabsin kienu qed jisimgħuhom.” (Atti 16:16-​25) Pawlu u sieħbu kellhom il-​ħarsa t-​tajba lejn is-​sofferenzi tagħhom minħabba Kristu mhux biss bħala evidenza tal-​integrità tagħhom stess quddiem Alla u l-​bnedmin imma wkoll bħala mezz biex ikomplu jagħtu xhieda lil dawk li forsi kienu inklinati jagħtu widen għall-​aħbar tajba. Il-​ħajja t’oħrajn kienet involuta. Dak il-​lejl stess, il-​kalzrier u n-​nies taʼ daru taw widen u saru dixxipli. (Atti 16:26-​34) Pawlu u Sila fdaw f’Ġeħova, fil-​qawwa tiegħu, u fir-​rieda tiegħu li jwiżinhom fis-​sofferenzi tagħhom. Ma ħarġux diżappuntati.

12 Illum, ukoll, Ġeħova pprovda kulma neħtieġu biex iwiżinna waqt żminijiet taʼ prova. Iridna nissaportu. Tana l-​Kelma mnebbħa tiegħu biex jarmana bl-​għarfien eżatt dwar l-​iskop tiegħu. Dan isaħħilna l-​fidi. Aħna għandna l-​opportunità li nassoċjaw maʼ sħabna fit-​twemmin u li nagħtu servizz sagru. Għandna wkoll il-​privileġġ li nżommu sħubija mill-​qrib maʼ Ġeħova nnifsu permezz tat-​talb. Hu jismaʼ l-​espressjonijiet taʼ tifħir tagħna u t-​talb bil-​ħerqa tagħna biex jgħinna nżommu waqfa nadifa quddiemu. (Flp. 4:13) U ma rridux ninsew is-​saħħa li niksbu mill-​meditazzjoni fuq it-​tama mqiegħda quddiemna.—Mt. 24:13; Ebr. 6:18; Riv. 21:1-​4.

NISSAPORTU DIVERSI PROVI

13 Il-​provi li niffaċċjaw illum huma simili għal dawk li ffaċċjaw id-​dixxipli li Ġesù Kristu kellu fil-​bidu. Fi żmienna, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova sofrew abbuż verbali u fiżiku minn opponenti informati ħażin. Bħalma ġara fi żmien l-​appostli, ħafna mill-​oppożizzjoni tiġi mxewxa minn fanatiċi reliġjużi li t-​tagħlim u l-​prattiki foloz tagħhom jiġu esposti fil-​Kelma t’Alla. (Atti 17:5-​9, 13) Kultant, in-​nies taʼ Ġeħova sabu s-​serħan billi fittxew drittijiet legali li huma garantiti minn gvernijiet politiċi. (Atti 22:25; 25:11) Madankollu, xi mexxejja wkoll imponew projbizzjonijiet uffiċjali fuq ix-​xogħol tagħna, biex jipprovaw itemmu l-​ministeru Kristjan tagħna. (Salm 2:1-​3) F’ċirkustanzi bħal dawn, bi qlubija aħna nsegwu l-​eżempju tal-​appostli leali, li qalu: “Jeħtieġ li aħna nobdu lil Alla bħala ħakkiem u mhux lill-​bnedmin.”—Atti 5:29.

14 Hekk kif l-​ispirtu tan-​nazzjonaliżmu jkompli jintensifika fid-​dinja kollha, il-​predikaturi tal-​aħbar tajba jesperjenzaw pressjonijiet akbar biex jabbandunaw il-​ministeru tagħhom mogħti minn Alla. Il-​qaddejja kollha t’Alla japprezzaw iktar bis-​sħiħ it-​twissija li tinsab f’​Rivelazzjoni 14:9-​12 dwar il-​qima tal-​“bhima salvaġġa u x-​xbieha tagħha.” Aħna nirrealizzaw is-​sinifikat taʼ kliem Ġwanni: “Hawn hu fejn jeħtieġu s-​sabar il-​qaddisin, dawk li josservaw il-​kmandamenti t’Alla u l-​fidi taʼ Ġesù.”

15 Il-​provi li jiġu minħabba gwerer, rivoluzzjonijiet, jew persekuzzjoni diretta u projbizzjonijiet uffiċjali jistgħu jagħmluhielek impossibbli li twettaq il-​qima Kristjana fil-​beraħ. Jistaʼ jkun li l-​kongregazzjoni ma tkunx tistaʼ tiltaqaʼ. Il-​kuntatt mal-​uffiċċju tal-​fergħa jistaʼ jinqataʼ. Jistgħu jiġu interrotti ż-​żjajjar mill-​indokraturi li jżuru l-​kongregazzjonijiet. Forsi ma jaslux il-​pubblikazzjonijiet. Jekk tiġri xi waħda minn dawn l-​affarijiet, x’għandek tagħmel?

16 Ir-​risposta hi, agħmel kulma tistaʼ u kemm tistaʼ skont ma jippermettu ċ-​ċirkustanzi. Għandu jkun possibbli li tagħmel studju persunali. Ġeneralment gruppi żgħar ikunu jistgħu jiltaqgħu għal studju fi djar privati. Pubblikazzjonijiet li ġew studjati fil-​passat u l-​Bibbja stess jistgħu jintużaw bħala bażi għal-​laqgħat. Tinkwetax jew teċċita ruħek. Ġeneralment, il-​Ġemgħa li Tiggverna tkun tistaʼ tistabbilixxi xi forma taʼ komunikazzjoni maʼ aħwa responsabbli fi żmien qasir.

17 Anki jekk issib ruħek iżolat minn ħutek Kristjani kollha, żomm f’moħħok li m’intix iżolat minn Ġeħova u Ibnu, Ġesù Kristu. It-​tama tiegħek tistaʼ tibqaʼ soda. Ġeħova xorta jistaʼ jismaʼ t-​talb tiegħek, u jistaʼ jsaħħek bl-​ispirtu tiegħu. Fittex lilu biex jiggwidak. Ftakar li int qaddej taʼ Ġeħova u dixxiplu taʼ Ġesù Kristu. Għalhekk agħmel użu tajjeb minn kull opportunità biex tagħti xhieda. Ġeħova se jbierek l-​isforzi tiegħek, u fi ftit żmien oħrajn jistgħu jissieħbu miegħek fil-​qima vera.—Atti 4:13-​31; 5:27-​42; Flp. 1:27-​30; 4:6, 7; 2 Tim. 4:16-​18.

18 Però, jekk, bħall-​appostli u oħrajn, tinsab mhedded bil-​mewt, poġġi l-​fiduċja tiegħek “fl-​Alla li jqajjem il-​mejtin.” (2 Kor. 1:8-​10) Il-​fidi tiegħek fil-​provvediment tiegħu tal-​irxoxt tistaʼ tgħinek tissaporti saħansitra l-​eħrex oppożizzjoni. (Lq. 21:19) Kristu Ġesù tana l-​eżempju; kien jaf li l-​fedeltà tiegħu li għaddiet minn prova kienet se ssaħħaħ lil oħrajn biex jissaportu. Int tistaʼ ssaħħaħ lil ħutek b’mod simili.—Ġw. 16:33; Ebr. 12:2, 3; 1 Pt. 2:21.

19 Minbarra l-​persekuzzjoni u l-​oppożizzjoni, għandu mnejn ikollok tissaporti sitwazzjonijiet diffiċli oħra. Pereżempju, xi wħud ġew skuraġġiti minħabba l-​apatija tan-​nies fit-​territorju tagħhom. Oħrajn kellhom ikampaw b’mard fiżiku jew emozzjonali tagħhom stess jew kellhom jissaportu limitazzjonijiet imposti fuqhom minn dgħufija umana. Bl-​istess mod, l-​appostlu Pawlu kellu jissaporti prova taʼ xi tip li fixklitu fis-​servizz tiegħu jew kultant għamlithulu diffiċli. (2 Kor. 12:7) Ukoll, Epafroditu, Kristjan tal-​ewwel seklu minn Filippi, ħassu ‘mdejjaq għaliex [sħabu] semgħu li kien marad.’ (Flp. 2:25-​27) L-​imperfezzjonijiet umani tagħna u dawk t’oħrajn jistgħu joħolqu problemi partikularment diffiċli biex nissaportuhom. Jistaʼ jkun hemm konflitti fil-​personalità bejn il-​Kristjani jew anki fil-​familja taʼ dak li jkun. Imma dawk li jżommu mal-​pariri tal-​Kelma taʼ Ġeħova jistgħu jissaportu ostakli bħal dawn b’suċċess u jegħlbuhom.—Eżek. 2:3-​5; 1 Kor. 9:27; 13:8; Kol. 3:12-​14; 1 Pt. 4:8.

DETERMINATI LI NIBQGĦU LEALI

20 Għandna nibqgħu mqabbdin sod maʼ dak li Ġeħova ħatar bħala Kap tal-​kongregazzjoni, Ġesù Kristu. (Kol. 2:18, 19) Irridu naħdmu mill-​qrib mal-​“ilsir leali u għaqli” u dawk maħturin bħala indokraturi. (Ebr. 13:7, 17) Billi nżommu qrib maʼ arranġamenti teokratiċi u nikkooperaw maʼ dawk li qed jieħdu t-​tmexxija, inkunu organizzati biex nagħmlu r-​rieda taʼ Ġeħova. Jeħtieġ li nużaw bis-​sħiħ il-​privileġġ tat-​talb. Ftakar, lanqas saħansitra ħitan taʼ ħabs jew ċella solitarja ma tistaʼ taqtgħalna l-​komunikazzjoni maʼ Missierna tas-​sema li jħobbna jew tħarbtilna l-​unità li għandna maʼ sħabna l-​aduraturi.

21 B’determinazzjoni u sabar, ejja nagħmlu kulma nistgħu biex inwettqu l-​inkarigu tagħna biex nippritkaw u nipperseveraw fix-​xogħol li Ġesù Kristu rxoxtat qal lis-​segwaċi tiegħu jagħmlu: “Għalhekk, morru u agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha, għammduhom fl-​isem tal-​Missier u taʼ l-​Iben u taʼ l-​ispirtu qaddis, u għallmuhom josservaw dak kollu li ordnajtilkom.” (Mt. 28:19, 20) Bħal Ġesù, ejja nissaportu. Jalla nżommu ċar quddiemna t-​tama tas-​Saltna u l-​prospett taʼ ħajja taʼ dejjem. (Ebr. 12:2) Bħala dixxipli mgħammdin taʼ Kristu, għandna l-​privileġġ li naqsmu fit-​twettiq tal-​profezija taʼ Ġesù rigward “il-​konklużjoni tas-​sistema.” Hu qal: “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna tiġi pridkata fl-​art abitata kollha bħala xiehda lill-​ġnus kollha; u mbagħad jiġi t-​tmiem.” (Mt. 24:3, 14) Jekk nagħmlu dan ix-​xogħol b’qalbna kollha matul dan iż-​żmien, se nesperjenzaw il-​ferħ taʼ li nidħlu f’ħajja eterna fid-​dinja ġdida u ġusta taʼ Ġeħova!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja