LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kif Tibqaʼ Ferħan Meta Tiffaċċja l-​Provi
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2021 | Frar
    • 2 Ħafna nies ma jqisux il-​persekuzzjoni bħala xi ħaġa li tagħmlek ferħan. Però, il-​Kelma t’Alla tgħidilna li għandna nkunu ferħanin. Pereżempju, Ġakbu kiteb li m’għandniex għalfejn naqtgħu qalbna għalkollox meta niffaċċjaw il-​problemi, imma għandna għalfejn nifirħu. (Ġak. 1:2, 12) U Ġesù qal li għandna nkunu ferħanin meta n-​nies jippersegwitawna. (Aqra Mattew 5:11.) Kif nistgħu nibqgħu ferħanin minkejja l-​provi? Aħna nistgħu nitgħallmu ħafna billi nikkunsidraw xi punti mill-​ittra li Ġakbu kiteb lill-​Kristjani tal-​bidu. L-​ewwel, ejja nikkunsidraw l-​isfidi li ffaċċjaw dawn il-​Kristjani.

      IL-​KRISTJANI TAL-​BIDU XI PROVI FFAĊĊJAW?

      3. X’ġara ftit wara li Ġakbu sar dixxiplu taʼ Ġesù?

      3 Ftit wara li Ġakbu, ħu Ġesù mill-​omm, sar dixxiplu, il-​Kristjani f’Ġerusalemm kienu ppersegwitati. (Atti 1:14; 5:17, 18) U meta d-​dixxiplu Stiefnu ġie maqtul, ħafna Kristjani ħarbu mill-​belt u ‘nxterdu mar-​reġjuni tal-​Lhudija u tas-​Samarija,’ tant li marru Ċipru u Antjokja. (Atti 7:58-​60; 8:1; 11:19) Id-​dixxipli esperjenzaw ħafna problemi. Però, huma baqgħu jippritkaw l-​aħbar tajba kull fejn marru u rnexxielhom jifformaw kongregazzjonijiet f’ħafna postijiet. (1 Pt. 1:1) Imma wara dan, huma ffaċċjaw ħafna provi oħra.

      4. Il-​Kristjani tal-​bidu liema provi oħra kellhom jiffaċċjaw?

      4 Il-​Kristjani tal-​bidu esperjenzaw ħafna provi. Pereżempju, madwar is-​sena 50 wara Kristu (WK), l-​Imperatur Klawdju ordna lil-​Lhud biex jitilqu minn Ruma. Għalhekk, il-​Lhud li kienu saru Kristjani kellhom jitilqu d-​dar tagħhom u jmorru post ieħor. (Atti 18:1-​3) Madwar is-​sena 61 WK, Pawlu kiteb li n-​nies insultaw lill-​aħwa quddiem oħrajn, tefgħuhom fil-​ħabs, u ħadulhom l-​affarijiet tagħhom. (Ebr. 10:32-​34) U bħal nies oħrajn, xi Kristjani kienu fqar u morda.—Rum. 15:26; Flp. 2:25-​27.

  • Kif Tibqaʼ Ferħan Meta Tiffaċċja l-​Provi
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2021 | Frar
    • Grupp taʼ stampi: 1. Fanal fix-​xita u r-​riħ waqt li ġo fih hemm fjamma taqbad. 2. Ħu kbir fl-​età li għandu Bibbja miftuħa f’idejh.

      Bħalma fjamma tibqaʼ tixgħel għax tkun protetta ġo fanal, il-​ferħ li jagħtina Ġeħova se jibqaʼ f’qalbna (Ara paragrafu 6)

      6. Skont Luqa 6:22, 23, għala l-​Kristjani jistgħu jkunu ferħanin meta jiffaċċjaw il-​provi?

      6 In-​nies jaf jaħsbu li jistgħu jkunu ferħanin biss jekk ikunu f’saħħithom, ikollhom ħafna flus, u l-​familja tkun magħquda. Imma l-​ferħ li kiteb dwaru Ġakbu hu aspett wieħed mill-​frott tal-​ispirtu t’Alla u ma jiddependix miċ-​ċirkostanzi tal-​persuna. (Gal. 5:22) Kristjan jistaʼ jkun ferħan billi jkun jaf li qed jogħġob lil Ġeħova u jimxi fuq l-​eżempju taʼ Ġesù. (Aqra Luqa 6:22, 23; Kol. 1:10, 11) Il-​ferħ tagħna jistaʼ jitqabbel maʼ fjamma ġo fanal. Il-​fjamma tkun protetta mix-​xita u r-​riħ u b’hekk tibqaʼ mixgħula. Aħna wkoll nistgħu nibqgħu ferħanin minkejja dak li jkun qed jiġri fil-​ħajja tagħna. M’aħniex se nitilfu l-​ferħ tagħna meta nkunu morda jew meta ma jkollniex ħafna flus. Se nkunu ferħanin ukoll minkejja li n-​nies iwaqqgħuna għaċ-​ċajt jew tal-​familja tagħna u oħrajn jippersegwitawna. Il-​ferħ tagħna se jissaħħaħ kull darba li niffaċċjaw prova. Il-​provi li niffaċċjaw minħabba l-​fidi tagħna juru li aħna dixxipli veri taʼ Kristu. (Mt. 10:22; 24:9; Ġw. 15:20) Għalhekk Ġakbu kiteb: “Qisuh bħala ferħ mill-​akbar, ħuti, meta tiltaqgħu maʼ diversi provi.”—Ġak. 1:2.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja