LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 3/15 pp. 3-7
  • Jehovah Jaħfer bil-Kbir

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jehovah Jaħfer bil-Kbir
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xi Dnubiet ma Jinħafrux
  • Id-​Dnubiet Tagħhom ma Kinux Jinħafru
  • Id-​Dnubiet Tagħhom Ġew Maħfurin
  • Raġunijiet għal Fiduċja fil-​Maħfra t’Alla
  • Għajnuna minn Irġiel Ixjeħ
  • Alla Jagħti s-​Saħħa
  • Dnibt Int Kontra l-Ispirtu Qaddis?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • X’inhu d-dnub li ma jinħafirx?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Hemm xi Dnub li Ma Jinħafirx?
    Stenbaħ!—2003
  • Alla li hu ‘lest biex jaħfer’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 3/15 pp. 3-7

Jehovah Jaħfer bil-​Kbir

“Ħalli r-​raġel mill-​agħar iħalli l-​mogħdija tiegħu, u r-​raġel li jagħmel ħsara ħsibijietu; u ħalli jerġaʼ lura għand Jehovah, . . . għax hu se jaħfer bil-​kbir.”−ISAIJA 55:7

1. Dawk li jirċievu l-​maħfra taʼ Jehovah b’liema ħaġa huma mberkin?

JEHOVAH jaħfer lill-​midinbin li jindmu u issa jġagħlhom igawdu paċi tal-​moħħ f’ġenna spiritwali. Dan hu l-​każ għaliex huma jilħqu dawn il-​ħtiġijiet: “Fittxu intom lil Jehovah, waqt li jistaʼ jinstab. Sejħulu waqt li juri li hu fil-​qrib. Ħalli r-​raġel mill-​agħar iħalli l-​mogħdija tiegħu, u r-​raġel li jagħmel ħsara ħsibijietu; u ħalli jerġaʼ lura għand Jehovah, li se jkollu ħniena minnu, u għand Alla tagħna, għax hu se jaħfer bil-​kbir.”−Isaija 55:6, 7.

2. (a) Xi jfisser li ‘tfittex lil Jehovah’ u ‘terġaʼ lura għandu,’ kif imsemmi f’Isaija 56:6, 7? (b) Eżiljati Lhud fil-​Babilonja għala kellhom bżonn jerġgħu lura għand Jehovah, u xi ġralhom xi wħud minnhom?

2 Biex ‘ifittex lil Jehovah’ u jsejjaħlu b’mod aċċettabbli, bniedem mill-​agħar irid jabbanduna l-​mogħdija ħażina tiegħu u kull ħsieb taʼ li jagħmel ħsara lil ħaddieħor. Il-​bżonn li “jerġaʼ lura għand Jehovah” jindika li l-​midneb telaq lil Alla, li miegħu darba kellu relazzjoni intima. Dak kien il-​każ mal-​abitanti taʼ Ġuda, li n-​nuqqas taʼ fedeltà tagħhom lejn Alla eventwalment wassal għall-​eżilju fil-​Babilonja. L-​eżiljati Lhud kellhom bżonn jirritornaw għand Jehovah billi jindmu mill-​għemejjel ħżiena li kienu wassluhom għall-​jasar fil-​Babilonja u għall-​ħerba mbassra taʼ 70 sena taʼ art twelidhom. Fis-​sena 537 Q.E.K., dik l-​art ġiet okkupata mill-​ġdid minn fdal taʼ Lhud li kienu jibżgħu minn Alla u li nħelsu minn Babilonja b’digriet governattiv. (Eżra 1:1-8; Danjel 9:14) Tant kienu grandjużi l-​effetti taʼ dik ir-​restawrazzjoni li l-​art taʼ Ġuda ġiet imqabbla mal-​Ġenna taʼ Għeden.—Eżekjel 36:33-36.

3. Il-​fdal taʼ Iżrael spiritwali kif kellhom esperjenza bħal dik tal-​eżiljati li kellhom il-​biżaʼ t’Alla u li rritornaw lejn Ġuda?

3 Iżraeliti spiritwali kellhom esperjenza bħal dik tal-​Lhud li kienu jibżgħu minn Alla u li rritornaw lejn Ġuda wara eżilju fil-​Babilonja. (Galatin 6:16) Il-​fdal taʼ Iżrael spiritwali għamlu xi tibdil fil-​mogħdija tagħhom u fil-​ħsibijiet tagħhom eżatt wara l-​Ewwel Gwerra Dinjija. Is-​sena 1919 immarkat it-​tmiem tal-​eżilju tagħhom mill-​favur sħiħ t’Alla fil-​qasam taʼ Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza. Talli huma nidmu mid-​dnubiet li jinvolvu l-​biżaʼ tal-​bniedem u l-​inattività fis-​servizz taʼ Jehovah, hu ħelishom minn Babilonja l-​Kbira, ġabhom lura fil-​qasam spiritwali li kellhom dritt għalih, u reġaʼ beda jużahom biex jippridkaw il-​messaġġ tas-​Saltna. Ġenna spiritwali ffjorixxiet fost il-​poplu t’Alla minn dak iż-​żmien ’il hawn, għall-​unur tal-​isem qaddis tiegħu. (Isaija 55:8-13) Fil-​prototip antik u fl-​antitip modern, allura, għandna evidenza ċara li barkiet isegwu l-​maħfra divina u li Jehovah tabilħaqq li jaħfer bil-​kbir lil uħud li jindmu.

4. Xi qaddejja taʼ Jehovah liema biżaʼ għandhom?

4 Il-​qaddejja taʼ Jehovah taż-​żmien modern jistgħu għalhekk jafdaw fil-​maħfra tiegħu. Madankollu, xi wħud minnhom huma skuraġġiti minħabba żballji tal-​passat, u sentimenti taʼ ħtija kważi jegħlbuhom għalkollox. Ma jħossuhomx denji li jgħixu fil-​ġenna spiritwali. Fil-​fatt, xi wħud jibżgħu li kkommettew id-​dnub li ma jinħafirx u li qatt m’huma se jirċievu l-​maħfra taʼ Jehovah. Huwa dan x’aktarx li hekk?

Xi Dnubiet ma Jinħafrux

5. Għala jistaʼ jingħad li xi dnubiet ma jinħafrux?

5 Xi dnubiet veru li ma jinħafrux. Ġesù Kristu qal: “Kull xorta taʼ dnub u dagħa se jinħafer lill-​bnedmin, imma d-​dagħa kontra l-​ispirtu mhux se jinħafer.” (Mattew 12:31) Mela, allura, dagħa kontra l-​ispirtu qaddis, jew forza attiva, t’Alla mhux se jinħafer. L-​appostlu Pawlu alluda għal dnub bħal dan meta kiteb: “Huwa impossibbli rigward dawk li darba għal dejjem kienu mdawlin, . . . imma li waqgħu lil hinn, li ġġeddidhom mill-​ġdid għall-​indiema, għaliex isammru maʼ zokk lill-​Iben t’Alla mill-​ġdid għalihom infushom u jesponuh għal tkasbir pubbliku.”−Ebrej 6:4-6.

6. X’jiddetermina jekk dnub jinħafirx jew le?

6 Alla biss jaf jekk persuna tkunx ikkommettiet id-​dnub li ma jinħafirx. Madankollu, Pawlu tafaʼ dawl fuq din il-​kwistjoni meta kiteb: “Jekk nipprattikaw id-​dnub għax irridu wara li nkunu rċevejna l-​għarfien eżatt tal-​verità, ma jibqax hemm iktar xi sagrifiċċju għad-​dnubiet, imma hemm ċerta stennija tal-​biżaʼ għal ġudizzju.” (Ebrej 10:26, 27) Bniedem taʼ rasu jaġixxi apposta, jew hu “rasu iebsa u taʼ spiss jagħmel li jrid b’mod pervers.” (Webster’s New Collegiate Dictionary) Kulmin għax irid u b’ras iebsa jibqaʼ jipprattika d-​dnub wara li jkun jaf il-​verità ma jiġix maħfur. Għaldaqstant, mhux daqstant id-​dnub innifsu daqs kemm hi l-​kundizzjoni tal-​qalb, l-​ammont taʼ aġir apposta involut, li jeffettwa jekk id-​dnub jinħafirx jew le. Mill-​banda l-​oħra, x’inhu wisq probabbli l-​każ meta Kristjan li żballja huwa nkwetat b’mod profond dwar in-​nuqqas tiegħu? It-​tħassib kbir tiegħu probabbilment jindika li hu ma kkommettiex, fil-​fatt, dnub li ma jinħafirx.

Id-​Dnubiet Tagħhom ma Kinux Jinħafru

7. Għala nistgħu ngħidu li xi wħud mill-​opponenti reliġjużi taʼ Ġesù kkommettew dnub li ma jinħafirx?

7 Xi mexxejja reliġjużi Lhud li opponew lil Ġesù kkommettew dnub għax riedu, u b’hekk ma jinħafirx. Għalkemm huma raw l-​ispirtu qaddis t’Alla jopera permezz taʼ Ġesù hekk kif għamel il-​ġid u wettaq il-​mirakli, dawk in-​nies tal-​kleru attribwew il-​qawwa tiegħu lil Belżebub, jew Satana x-​Xitan. Huma dinbu b’għajnejhom miftuħin beraħ għall-​ħidma li ma tistax tiġi miċħuda tal-​ispirtu t’Alla. B’hekk, huma kkommettew dnub li ma jinħafirx, għax Ġesù qal: “Kulmin jitkellem kontra l-​ispirtu qaddis, mhux se jinħafirlu, le, mhux f’din is-​sistema taʼ affarijiet u lanqas f’dik li ġejja.”−Mattew 12:22-32.

8. Id-​dnub taʼ Ġuda l-​Iskarjota għala ma kienx jinħafer?

8 Id-​dnub taʼ Ġuda l-​Iskarjota wkoll kien ma jinħafirx. It-​tradiment tiegħu taʼ Ġesù kien il-​quċċata volontarja u apposta taʼ korsa taʼ ipokrezija u diżonesta. Per eżempju, meta Ġuda ra lil Marija tidlek lil Ġesù b’żejt li jiswa ħafna flus, staqsa: “Dan iż-​żejt imfewwaħ għala ma ġiex mibjugħ għal tliet mitt dinier u mogħti lin-​nies foqra?” L-​appostlu Ġwanni żied: “[Ġuda] qal dan, iżda, mhux għax kien ikkonċernat dwar il-​foqra, imma għaliex kien ħalliel u kellu l-​kaxxa tal-​flus u kien jieħu l-​flus li kienu jintefgħu fiha.” Ftit wara dan, Ġuda ttradixxa lil Ġesù għal 30 biċċa tal-​fidda. (Ġwann 12:16; Mattew 26:6-16) Veru, Ġuda ħass rimors u kkommetta suwiċidju. (Mattew 27:15) Imma ma ġiex maħfur, ladarba l-​korsa apposta u egoista b’mod persistenti tiegħu u l-​att qarrieq tiegħu kienu jirriflettu d-​dnub tiegħu kontra l-​ispirtu qaddis. Kemm kien xieraq li Ġesù sejjaħ lil Ġuda bin il-​qerda”!—Ġwann 17:12; Mark 3:29; 14:21.

Id-​Dnubiet Tagħhom Ġew Maħfurin

9. Alla għala ħafer id-​dnubiet taʼ David f’konnessjoni maʼ Batxeba?

9 Dnubiet apposta huma f’kuntrast qawwi mal-​iżballji taʼ dawk maħfurin minn Alla. Nieħdu lis-​Sultan David taʼ Iżrael bħala eżempju. Hu kkommetta adulterju maʼ Batxeba, mart Urija, u iktar tard qabbad lil Ġoab biex jimmanuvra l-​mewt taʼ Urija fil-​battalja. (2 Samwel 11:1-27) Alla għala wera ħniena maʼ David? Prinċipalment minħabba l-​patt tas-​Saltna imma wkoll minħabba li David kien juri ħniena hu stess u minħabba l-​indiema ġenwina tiegħu.—1 Samwel 24:4-7; 2 Samwel 7:12;12:13.

10. Għalkemm Pietru dineb serjament, Alla għala ħafirlu?

10 Ikkunsidra, ukoll, lill-​appostlu Pietru. Hu dineb serjament billi b’mod ripetut ċaħad lil Ġesù. Alla għala ħafer lil Pietru? Kuntrarju għal Ġuda l-​Iskarjota, Pietru kien onest fis-​servizz t’Alla u taʼ Kristu. Id-​dnub taʼ dan l-​appostlu kien dovut għal djufija tal-​laħam, u kien verament iddispjaċut u “beka biki taʼ mrar.”−Mattew 26:69-75.

11. Kif tiddefinixxi l-​“indiema,” u wieħed x’għandu jagħmel jekk hu verament niedem?

11 L-​eżempji li semmejna juru li saħansitra bniedem li jidneb serjament jistaʼ jikseb il-​maħfra t’Alla Jehovah. Imma liema attitudni hija meħtieġa sabiex tiġi maħfur? Indiema vera hija vitali jekk Kristjan li żballja jrid jiġi maħfur minn Alla. Li tindem ifisser “li ddur mid-​dnub minħabba penitenza għal nuqqasijiet tal-​passat” jew “tħoss dispjaċir jew indiema għal dak li tkun għamilt jew li nqast li tagħmel.” (Webster’s Third New International Dictionary) Bniedem b’indiema vera se juri rimors għal kwalunkwe tmaqdir, niket, jew problemi li dnubu ġab fuq l-​isem u fuq l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah. Il-​midneb li nidem se jipproduċi wkoll frott li jikkorrispondi, billi jwettaq xogħlijiet li jixirqu lill-​indiema. (Mattew 3:8; Atti 26:20) Per eżempju, jekk ikun imbrollja lil xi ħadd, hu se jieħu passi raġonevoli biex jagħmel kompens għat-​telfa. (Luqa 19:8) Kristjan niedem bħal dan għandu raġunijiet sodi Skritturali biex ikun fiduċjuż li Jehovah se jaħfer bil-​kbir. Dawn x’inhuma?

Raġunijiet għal Fiduċja fil-​Maħfra t’Alla

12. Salm 25:11 fuq il-​bażi taʼ liema ħaġa jindika li wieħed niedem jistaʼ jitlob għall-​maħfra?

12 Midneb li nidem jistaʼ bil-​fiduċja jitlob għall-​maħfra fuq il-​bażi taʼ isem Jehovah. David talab: “Minħabba f’ismek, O Jehovah, trid saħansitra taħfer l-​iżball tiegħi, għax huwa konsiderevoli.” (Salm 25:11) Talba bħal din, flimkien mal-​indiema għal kwalunkwe tmaqdir li l-​midneb ġab fuq l-​isem t’Alla, għandha taġixxi wkoll taʼ deterrent għal xi dnub oħxon fil-​futur.

13. It-​talb liema rwol għandu fil-​maħfra divina?

13 Alla Jehovah iwieġeb it-​talb mill-​qalb tal-​qaddejja tiegħu li jiżballjaw imma mbagħad jindmu. Per eżempju, Jehovah ma sadx widnejh għal David, li talab mill-​qalb wara li rrealizza l-​kobor taʼ dnubietu f’konnessjoni maʼ Batxeba. Fil-​fatt, il-​kliem taʼ David f’Salm 51 jesprimi s-​sentiment taʼ ħafna li jissupplikaw. Hu talab: “Urini favur, O Alla, skond il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek. Skond l-​abbundanza tal-​ħniniet tiegħek ħassar għalkollox in-​nuqqasijiet tiegħi. Aħsilni għalkollox mill-​iżball tiegħi, u naddafni saħansitra mid-​dnub tiegħi. Is-​sagrifiċċji lil Alla huma spirtu miksur; qalb miksura u mgħaffġa, O Alla, int mhux se tistmerrha.”−Salm 51:1, 2, 17.

14. L-​Iskrittura kif tipprovdi assigurazzjoni li Alla jaħfer lil dawk li jeżerċitaw fidi fis-​sagrifiċċju bħala rahan taʼ Ġesù?

14 Alla jaħfer lil dawk li jeżerċitaw fidi fis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala rahan. Pawlu kiteb: “Permezz tiegħu għandna l-​ħelsien b’rahan permezz tad-​demm taʼ dak, iva, il-​maħfra tan-​nuqqasijiet tagħna.” (Efesin 1:7) B’sinjifikat simili, l-​appostlu Ġwanni kiteb: “Uliedi ċkejknin, qiegħed niktbilkom dawn l-​affarijiet biex ma tagħmlux dnub. U madankollu, jekk xi ħadd jagħmel dnub, għandna wieħed li jgħin mal-​Missier, Ġesù Kristu, wieħed twajjeb. U hu sagrifiċċju taʼ tpattija għal dnubietna, iżda mhux għal tagħna biss imma wkoll għal tad-​dinja kollha.”−1 Ġwann 2:1, 2.

15. Biex ikompli jgawdi l-​ħniena t’Alla, midneb li jindem x’irid jagħmel?

15 Il-​ħniena taʼ Jehovah tagħti lill-​midneb li jindem bażi għall-​fiduċja li hu jistaʼ jiġi maħfur. Neħemija qal: “Inti Alla taʼ atti taʼ maħfra, grazzjuż u mimli ħniena, bil-​mod biex tirrabja u abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba.” (Neħemija 9:17; qabbel Eżodu 34:6, 7.) M’għandniex xi ngħidu, biex ikompli jgawdi l-​ħniena divina, il-​midneb irid jirsisti biex iħares il-​liġi t’Alla. Bħalma qal is-​salmista, “ħalli l-​ħniniet tiegħek jiġu għandi, biex inkun nistaʼ nibqaʼ ngħix; għax il-​liġi tiegħek hija dak li jien miġbud lejh. Bosta huma l-​ħniniet tiegħek, O Jehovah. Skond id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek, O żommni ħaj.”−Salm 119:77, 156.

16. X’faraġ hemm fil-​fatt li Jehovah iqis l-​istat midneb tagħna?

16 Il-​fatt li Jehovah iqis l-​istat midneb tagħna wkoll jagħti lill-​midneb li jindem faraġ u raġuni biex jitlob bil-​fiduċja li Alla se jaħfirlu. (Salm 51:5; Rumani 5:12) Is-​salmista David ta assigurazzjoni taʼ faraġ meta ddikjara: “Hu [Alla Jehovah] ma għamlilniex saħansitra skond dnubietna; lanqas skond l-​iżballji tagħna ma ġieb fuqna dak li jistħoqqilna. Għax bħalma s-​smewwiet huma ogħla mill-​art, il-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu hi superjuri lejn dawk li qegħdin jibżgħu minnu. Daqs kemm tlugħ ix-​xemx hu mbiegħed minn inżul ix-​xemx, daqshekk ’il bogħod minna hu qiegħed in-​nuqqasijiet tagħna. Bħalma missier juri ħniena maʼ wliedu, Jehovah wera ħniena maʼ dawk li qegħdin jibżgħu minnu. Għax hu nnifsu jaf sewwa t-​tiswir tagħna, billi jiftakar li aħna trab.” (Salm 103: 10-14) Iva, Missierna tas-​sema hu saħansitra iktar ħanin u jagħder minn ġenitur uman.

17. Il-​passat taʼ servizz leali tal-​individwu lejn Alla x’konnessjoni għandu mal-​maħfra?

17 Midneb li jindem jistaʼ jitlob għall-​maħfra bil-​fiduċja li Jehovah m’humiex se jinjora l-​passat tiegħu taʼ servizz leali. Neħemija ma kienx qed jimplora għall-​maħfra taʼ dnubu, imma tassew qal: “Tassew ftakar fija, O Alla tiegħi, għat-​tajjeb.” (Neħemija 13:31) Kristjan niedem jistaʼ jsib faraġ fil-​kelmiet: “Alla mhux bla tjieba biex jinsa x-​xogħol tagħkom u l-​imħabba li wrejtu għal ismu.”—Ebrej 6:10.

Għajnuna minn Irġiel Ixjeħ

18. X’għandu jsir jekk id-​dnub taʼ Kristjan għamlu marid spiritwalment?

18 Xi ngħidu jekk Kristjan iħossu mhux denju li jibqaʼ fil-​ġenna spiritwali jew ma jistax jitlob għaliex dnubu għamlu marid spiritwalment? “Ħa jsejjaħ lill-​irġiel ixjeħ tal-​kongregazzjoni għandu, u ħalliehom jitolbu fuqu, billi jidilkuh biż-​żejt f’isem Jehovah,” kiteb id-​dixxiplu Ġakbu. “U t-​talba tal-​fidi se tfejjaq lill-​marid, u Jehovah se jqajmu. Ukoll, jekk ikun ikkommetta d-​dnubiet, dan se jinħafirlu.” Iva, anzjani tal-​kongregazzjoni jistgħu b’mod effettiv jitolbu maʼ u għal wieħed minn sħabhom fit-​twemmin li nidem bit-​tama li jirrestawrawh għal saħħa spiritwali tajba.—Ġakbu 5:14-16.

19. Jekk bniedem ġie maqtugħ mis-​sħubija, x’irid jagħmel biex jiġi maħfur u jiġi aċċettat mill-​ġdid?

19 Saħansitra jekk kumitat ġudizzjarju jaqtaʼ mis-​sħubija lil wieħed midneb li ma jindimx, hu mhux bil-​fors li kkommetta d-​dnub li ma jinħafirx. Biex jiġi maħfur u aċċettat mill-​ġdid, madankollu, hu jrid bl-​umiltà jobdi l-​liġijiet t’Alla, jipproduċi frott li jixraq lill-​indiema, u jistaqsi lill-​anzjani biex jiġi aċċettat mill-​ġdid. Wara li wieħed żieni ġie maqtugħ mis-​sħubija mill-​kongregazzjoni taʼ Korintu tal-​qedem, Pawlu kiteb: “Din iċ-​ċanfira mogħtija mill-​maġġoranza hi biżżejjed għal bniedem bħal dan, sabiex, għall-​kuntrarju issa, għandkom taħfrulu b’qalb tajba u tfarrġuh, biex b’xi mod bniedem bħal dan jistaʼ ma jinbelax billi jkun qalbu sewda żżejjed. Għalhekk inħeġġiġkom biex tikkonfermaw l-​imħabba tagħkom lejh.”—2 Korintin 2:6-8; 1 Korintin 5:1-13.

Alla Jagħti s-​Saħħa

20, 21. X’jistaʼ jgħin lil bniedem li qed iġarrab anzjetà dwar li forsi kkommetta d-​dnub li ma jinħafirx?

20 Jekk xi fatturi bħal nuqqas taʼ saħħa jew stress qegħdin jikkaġunaw l-​anzjetà dwar jekk wieħed ikkommettiex id-​dnub li ma jinħafirx, li jieħu mistrieħ u rqad adekwati jistaʼ jkun taʼ għajnuna. B’mod speċjali, madankollu, għandek tiftakar il-​kliem taʼ Pietru: “Itfgħu l-​anzjetà kollha tagħkom fuq [Alla], għaliex hu jimportah minnkom.” U qatt la tħalli lil Satana jiskuraġġik, għax Pietru żied: “Ibqgħu f’sensikom, kunu għassa. L-​avversarju tagħkom, ix-​Xitan, idur bħal iljun igħajjat, ifittex biex jiblaʼ lil xi ħadd. Imma ħudu l-​waqfa tagħkom kontra tiegħu, solidi fil-​fidi, billi tafu li l-​istess affarijiet f’dawk li huma tbatijiet qegħdin jiġu mwettqa fis-​sħubija kollha kemm hi taʼ ħutkom fid-​dinja. Imma, wara li tkunu batejtu għal ftit żmien, dak Alla taʼ kull qalb tajba mhix mistħoqqa . . . se jtemm hu stess it-​taħriġ tagħkom, se jagħmilkom sodi, se jagħmilkom qawwijin.”—1 Pietru 5:6-10.

21 Mela jekk int niedem imma kont beżgħan li int ħati tad-​dnub li ma jinħafirx, ftakar li l-​mogħdijiet t’Alla huma għaqlin, ġusti, u taʼ mħabba. Għalhekk, itlob lilu bil-​fidi. Ibqaʼ ħu l-​ikel spiritwali li hu jipprovdi permezz tal-​“irsir fidil u diskret. (Mattew 24:45-47) Assoċja maʼ sħabek fit-​twemmin u ħu sehem fil-​ministeru Kristjan regolarment. Dan se jsaħħaħ il-​fidi tiegħek u se jeħilsek minn kwalunkwe biżaʼ li Alla jistaʼ forsi ma ħafirx id-​dnub tiegħek.

22. X’se nikkunsidraw fl-​artiklu li jmiss?

22 Residenti tal-​ġenna spiritwali jistgħu jsibu faraġ fil-​għarfien li Jehovah jaħfer bil-​kbir. Madankollu, ħajjithom m’hijiex mingħajr provi llum. Forsi huma dipressi għaliex mitilhom xi ħadd maħbub jew xi ħabib għażiż jinsab marid serjament. Kif se naraw, f’dawn iċ-​ċirkostanzi u f’oħrajn, Jehovah igħin u jmexxi lill-​poplu tiegħu permezz tal-​ispirtu qaddis tiegħu.

X’Inhuma t-​Tweġibiet Tiegħek?

◻ Xi prova hemm li Jehovah ‘jaħfer bil-​kbir’?

◻ Għal liema dnub ma hemmx maħfra?

◻ Taħt liema ċirkostanzi jinħafru d-​dnubiet taʼ dak li jkun?

◻ Midinbin li jindmu għala jistgħu jkunu fiduċjużi dwar il-​maħfra t’Alla?

◻ Liema għajnuna hija disponibbli għall-​midinbin li jindmu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja